INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI 
FUQ IR-REĠISTRU TA’ IMPJEGATI  ġ L.S.452.42 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.42
REGOLAMENTI DWAR INFORMAZZJONI 
ADDIZZJONALI FUQ IR-REĠISTRU TA’ 
IMPJEGATI 
9 ta’ April, 1976
L-AVVIŻ LEGALI 50 ta’ l-1976.
Titolu.
Informazzjoni Addizzjonali fuq ir-Reġistru ta’ Impjegati.
Informazzjoni 
addizzjonali fir-
reġistru.
Kap. 135.
2. Ir-Reġistru jew ir-Reġistri li għandhom jinżammu għall-
finijiet ta’ l-artikolu 14(1) ta’ l-Att li Jirregola l-Kundizzjonijiet ta’
l-Impieg għandhom jinkludu wkoll l-informazzjoni addizzjonali li
ġejja dwar kull impjegat:
(a) in-numru tal-card tas-sigurtà  nazzjonali;
(b) id-data ta’ meta beda jaħdem;
(ċ) kemm ikun intitolat vakanzi u leave għal mard;
(d) id-dati tal-vakanzi bi ħlas u leave għall-mard bi ħlas,
jekk ikun hemm, mogħtija lill-impjegat;
(e) in-numru tal-Ktieb tax-Xogħol; u
(f) fil-każ ta’ mpjegat li l-kundizzjonijiet ta’ l-impieg
tiegħu jkunu regolati minn xi Ordni li jirregola l-Pagi
li jistipula kondizzjonijiet li jiddependu mill-
esperjenza jew impieg preċedenti, dettalji dwar dik l-
esperjenza jew l-impieg preċedenti, skond il-każ,
inkluż iż-żmien tiegħu.
