KUNSILL TAL-PAGI GĦAĊ-ĊINEMATOGRAFI U T-
TEATRI BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.43 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.43
ORDNI TAL-KUNSILL TAL-PAGI
GĦAĊ-ĊINEMATOGRAFI U T-TEATRI
BIEX JIRREGOLA L-PAGI
8 ta’ Novembru, 1976
L-AVVIŻ LEGALI 130 ta’ l-1976, kif emendat bl-Avviżi Legali 107 ta’ l-
1977, u 128 ta’ l-1978.
Titolu.
Ċinematografi u t-Teatri biex jirregola l-Pagi.
Applikazzjoni ta’ l-
Ordni.
2. Id-disposizzjonijiet li jirregolaw l-pagi murija fl-Iskeda li
tinsab ma’ dan l-Ordni għandhom japplikaw għall-impjegati kollha
li dwarhom il-Kunsill tal-Pagi għaċ-Ċinematografi u t-Teatri
jaħdem.
Emendata:
A.L. 107 ta’ l-
1977;
A.L. 128 ta’ l-
1978.
SKEDA
Tifsir.
xort’oħra -
Kap. 252.
"festi tas-soltu" tfisser il-ġranet (barra mill-Ħdud) iddikjarati
għal dak iż-żmien bħala btajjel pubbliċi skond jew taħt l-Att dwar
il-Jum Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi oħra;
"impjegat part-time" tfisser impjegat li ma huwiex impjegat
whole-time;
"impjegat whole-time" tfisser impjegat li jkun imħaddem iktar
minn erbgħa u tletin siegħa f’kull ġimgħa kalendarja, mifruxa fuq
perijodu ta’ mhux anqas minn erba’ ġimgħat:
Iżda l-impjegati li ġejjin għandhom jitqiesu bħala mpjegati
whole-time:
(a) makkinista wieħed u manager tal-persunal wieħed li
jaħdmu f’xi ċinematografu jew teatru fejn f’kull
ġurnata, barra l-Ħadd u vaganzi tas-soltu, isiru aktar
minn żewġ rappreżentazzjonijiet;
(b) kaxxier wieħed f’xi ċinematografu jew teatru fejn
f’kull ġurnata, barra l-Ħadd u vaganzi tas-soltu, isiru
aktar minn tliet rappreżentazzjonijiet; u
(ċ) żewġ kaxxiera f’kull ċinematografu jew teatru fejn
f’ġurnata waħda, barra l-Ħadd jew vaganza tas-soltu,
isiru aktar minn ħames rappreżentazzjonijiet;
"assistent makkinista" tfisser persuna ’l fuq minn dsatax-il sena
li hi mpjegata biex tgħin lil makkinista;
"kaxxier" tfisser impjegat li x-xogħol tiegħu jkun għal kollox jew
2 L.S.452.43 ħ
KUNSILL TAL-PAGI GĦAĊ-ĊINEMATOGRAFI U T-
TEATRI BIEX JIRREGOLA L-PAGI
prinċipalment li jirċievi l-flus u jagħmel prenotazzjonijiet għad-
dħul f’ċinematografu jew f’teatru;
"manager tal-persunal" tfisser impjegat li huwa responsabbli lejn
il-prinċipal għall-kontroll tal-persunal;
"nofs ta’ nhar" tfisser perijodu ta’ tnax-il siegħa li jispiċċa jew
jibda fis-siegħa ta’ wara nofs in-nhar;
"ħinijiet ta’ xogħol" tfisser il-ħin f’kull ġurnata li matulu l-
impjegati jkunu għad-disposizzjoni tal-prinċipal, barra mill-
intervalli permessi għall-ikel u għall-mistrieħ;
Kap. 343.
"wieħed li jitgħallem" tfisser persuna, barra minn apprendista, li
tkun ’il fuq minn sittax-il sena u taħt id-dsatax-il sena u li tkun
qegħda tigi mrawma fis-sengħa ta’ makkinista li għaliha l-prinċipal
jkollu permess maħruġ mid-Direttur tax-Xogħol skond l-Att dwar
Servizzi ta’ Impieg u Taħriġ;
"perijodu ta’ l-impieg" tfisser il-ħin f’kull ġurnata li matulu l-
impjegati jkunu għad-disposizzjoni tal-prinċipal, iżda magħduda l-
intervalli permessi għall-ikel u għall-mistrieħ;
"makkinista" tfisser persuna li jkollha l-liċenza biex hekk
taħdem;
"ħin u nofs" tfisser darba u nofs l-inqas rata ta’ paga kull siegħa
applikabbli għall-impjegati;
"pagi" tfisser ir-rimunerazzjoni jew qligħ, li jitħallsu bi flus minn
prinċipal lil impjegat;
"ġurnata sħiħa" tfisser perijodu ta’ erbgħa u għoxrin siegħa
konsekuttivi.
Sigħat ta’ xogħol. 2. L-anqas rimunerazzjoni fil-ġimgħa għandha tkun relattiva
għal gimgħa ta’ mhux aktar minn sitta u erbgħin siegħa xogħol.
Fejn hemm xi sistema ta’ żewġ shifts jew aktar ir-rati murija fil-
paragrafu 3 ikunu relattivi għal bejn wieħed u ieħor mhux aktar
minn sitta u erbgħin siegħa meħuda fuq ġimgħatejn jew iżjed skond
in-numru ta’ shifts li jkunu jitħaddmu.
L-anqas 
rimunerazzjoni ta’ 
mpjegati whole-
time.
3. L-anqas rimunerazzjoni fil-ġimgħa li għandha titħallas lill-
impjegati whole-time għandha tkun dik li tidher hawn taħt:
Makkinista.............................................. Lm19.38,0
Assistent Makkinista............................... Lm18.38,0
Manager tal-persunal ..............................Lm19.38,0
Barman...................................................Lm18.38,0
Kaxxier...................................................Lm18.38,0
Uxxier/Uxxiera .......................................Lm18.38,0
Kontrollur............................................... Lm18.38,0
Wieħed li jitgħallem - 
ta’ 16-il sena........................................... Lm13.24,0
ta’ 17-il sena........................................... Lm14.47,0
ta’ 18-il sena jew fuqhom........................Lm17.38,0
KUNSILL TAL-PAGI GĦAĊ-ĊINEMATOGRAFI U T-
TEATRI BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.43 3
Impjegati oħra.............................................Lm17.38,0
L-anqas ħin ta’ 
mistrieh kuljum.
4. L-impjegati kollha whole-time jkollhom l-anqas perijodu
għall-ikel u mistrieħ kull jum kif ġej:
(a) fejn il-perijodu tax-xogħol jinkludi l-ġurnata kollha,
siegħa b’kollox;
(b) fejn il-perijodu tax-xogħol huwa wara nofs in-nhar
biss, nofs siegħa b’kollox.
L-anqas mistrieh 
ta’ kull ġimgħa.
5. L-impjegati whole-time jingħataw mistrieħ ta’ ġurnata, jew
żewġ nofs ta’ nhari, kull ġimgħa kalendarja.
L-anqas rati ta’ 
sahra.
6. Is-sahra li għandha titħallas lill-impjegati whole-time
għandha tkun din li ġejja:
Għall-ħin kollu li jinħadem ’il fuq minn sitta u erbgħin
siegħa f’ġimgħa - ħin u nofs:
Iżda, f’sistema fejn jitħaddmu x-shifts, is-sahra għandha
titħallas għall-ħin kollu maħdum fuq medja ta’ sitta u erbgħin
siegħa kalkulat f’ċiklu sħiħ ta’ shifts.
Vaganzi.
kalendarja, għal -
(a) il-vaganzi tas-soltu kollha b’paga sħiħa, u
(b) wara tliet xhur fl-impieg, leave ta’ vaganza ta’ dak in-
numru ta’ ġranet tax-xogħol b’paga sħiħa li jkun daqs
in-numru ta’ ġranet tax-xogħol li dak l-impjegat
partikolari normalment ikollu jattendi għax-xogħol
matul perijodu ta’ erba’ ġimgħat:
Iżda mpjegati whole-time li jkun ilhom fl-impieg għal
anqas minn sena jkollhom dritt għal dik il-parti ta’ l-imsemmi leave
ta’ vaganzi li tkun bi proporzjon għan-numru ta’ xhur fl-impieg.
Leave għal mard.
Kap. 318.
8. Wara li jagħmlu sena servizz kontinwu mpjegati whole-
time ikunu intitolati għal mhux anqas minn tnax-il ġurnata leave
għal mard b’paga sħiħa f’kull sena kalendarja nieqes kull
benefiċċju għal mard li għalih huma jista’ jkollhom dritt skond l-
Att dwar is-Sigurtà  Soċjali, iżda għandu jingħata lill-prinċipal
ċertifikat mediku li jiċċertifika inkapacità  għax-xogħol li jkopri l-
perijodu tan-nuqqas.
L-anqas 
rimunerazzjoni 
għall-impjegati 
part-time.
9. L-anqas rimunerazzjoni li għandha titħallas lill-impjegati
part-time fil-kategoriji speċifikati fil-paragrafu 3 ta’ din l-Iskeda
għandha tkun rata ta’ kull siegħa li tinħadem billi jiġi diviż b’sitta u
erbgħin l-ammont li jidher għall-kategorija relattiva.
Leave għal luttu.
każ tal-mewt ta’ xi wieħed jew waħda mill-qraba li ġejjin: il-mara,
ir-raġel, l-omm, il-missier (jew il-persuna li f’dak iż-żmien kienet
fil-fatt qegħda tagħmilha ta’ omm jew ta’ missier l-impjegat), l-
iben, il-bint, ħuh jew oħtu.
Leave għal 
korriment.
Kap. 318.
11. Impjegat whole-time ikollu jedd għal leave għal korriment
b’paga sħiħa sa massimu ta’ sena, nieqes l-ammont sħiħ ta’ kull
benefiċċju għal korriment li għalih dak l-impjegat jista’ jkollu jedd
skond l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali, jekk ikorri waqt il-qadi attwali
ta’ dmirijietu u dak il-korriment ma jiġġarrabx minħabba xi
4 L.S.452.43 ħ
KUNSILL TAL-PAGI GĦAĊ-ĊINEMATOGRAFI U T-
TEATRI BIEX JIRREGOLA L-PAGI
negliġenza kontributorja minn naħa tiegħu jew minħabba l-ksur
minnu ta’ xi regoli ta’ tħaris mill-periklu stabbiliti mill-
management.
Leave speċjali. 12. (1) Impjegat whole-time jingħata tliet ijiem leave b’paga
sħiħa fl-okkażjoni taż-żwieġ tiegħu.
(2) Impjegat whole-time jingħata ġurnata leave b’paga sħiħa
fl-okkażjoni tat-twelid ta’ tarbija lil martu.
(3) Impjegat whole-time li jissejjaħ għal servizz bħala ġurat
jingħata l-ħin kollu meħtieġ b’paga sħiħa sabiex ikun jista’ jattendi
għal dak is-servizz fil-qorti.
Età  ta’ rtirar mix-
xogħol.
13. F’każijiet fejn impjegat raġel huwa mistenni li jirtira mix-
xogħol fl-età  ta’ sittin sena, impjegat bħal dan għandu jingħata l-
opportunità  minn min iħaddmu biex jibqa’ fl-impieg tiegħu ’l fuq
minn din l-età  u ta’ l-anqas sakemm jilħaq l-età  ta’ wieħed u sittin
sena, iżda l-impjegat konċernat xorta għandu jitħalla, jekk huwa
hekk ikun irid, li jirtira fl-età  ta’ sittin sena.
NOTA TA’ TIFSIR
(Din in-nota mhix parti mill-Ordni iżda hija maħsuba biex turi l-
applikabilità  tiegħu).
Id-disposizzjonijiet ta’ l-Iskeda ta’ hawn fuq japplikaw għall-
impjegati f’ċinematografi u teatri, minbarra atturi tal-palk u
mużiċisti.
