KUNSILL TAL-PAGI GĦAX-XOGĦOL 
TA’ L-INJAM BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.44 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.44
ORDNI TAL-KUNSILL TAL-PAGI
GĦAX-XOGĦOL TA’ L-INJAM
BIEX JIRREGOLA L-PAGI
2 ta’ Mejju, 1977
L-AVVIŻ LEGALI 50 ta’ l-1977, kif emendat bl-Avviżi Legali 91 ta’ l-
1977, 1 ta’ l-1979 u 91 ta’ l-1990.
Titolu.
Xogħol ta’ l-Injam biex jirregola l-Pagi.
Applikazzjoni ta’ l-
Ordni.
2. Id-disposizzjonijiet murija fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-
Ordni għandhom japplikaw għall-impjegati kollha li dwarhom il-
Kunsill tal-Pagi għax-Xogħol ta’ l-Injam jaħdem.
Emendata:
A.L. 91 ta’ l-1977;
A.L. 1 ta’ l-1979;
A.L. 91 ta’ l-1990.
SKEDA
Tifsir.
xort’oħra -
Kap. 252.
"festi tas-soltu" tfisser il-ġranet (barra mill-Ħdud) iddikjarati
għal dak iż-żmien bħala btajjel pubbliċi skond jew taħt l-Att dwar
il-Jum Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi oħra;
"ġurnata" tfisser perijodu li jibda minn nofs il-lejl ta’ ġurnata sa
nofs il-lejl tal-ġurnata ta’ wara;
"esperjenza fis-sengħa" tfisser perijodu wieħed jew aktar
ċertifikati mid-Direttur tax-Xogħol li matulhom persuna li għaliha
tapplika din l-Iskeda tkun impjegata bħala learner ma’ prinċipal
wieħed jew ma’ prinċipali differenti, kemm jekk kontinwament kif
ukoll jekk mod ieħor;
"nofs ta’ nhar" tfisser perijodu ta’ tnax-il siegħa konsekuttivi li
jibda minn nofs il-lejl sa nofs in-nhar, jew minn nofs in-nhar sa
nofs il-lejl;
"sigħat ta’ xogħol" tfisser il-ħin f’kull ġurnata li matulu l-
impjegati jkunu għad-disposizzjoni tal-prinċipal, barra mill-
intervalli permessi għall-ikel u għall-mistrieħ;
Kap. 343.
Servizzi ta’ Impieg u Taħriġ;
"impjegat part-time" tfisser impjegat li mhux impjegat whole-
time hekk illi l-ebda impjegat part-time m’għandu jiġi mħaddem
għal aktar minn nofs ta’ nhar f’ġurnata waħda;
"perijodu ta’ mpieg" tfisser il-ħin f’kull ġurnata li matulu l-
impjegati jkunu għad-disposizzjoni tal-prinċipal, iżda magħduda l-
intervalli permessi għall-ikel u għall-mistrieħ;
2 L.S.452.44 ħ
KUNSILL TAL-PAGI GĦAX-XOGĦOL 
TA’ L-INJAM BIEX JIRREGOLA L-PAGI
"waqfien tas-soltu" tfisser waqfien tas-soltu ta’ sezzjonijiet
partikolari ta’ l-impjegati li għalihom tapplika din l-Iskeda;
"ħin u nofs" u "ħin doppju" ifissru rispettivament darba u nofs u
darbtejn l-inqas rata ta’ ħin li tapplika għall-impjegat;
"paga" tfisser kumpens jew qligħ li jitħallas bi flus minn
prinċipal lil impjegat;
"ġimgħa" tfisser ġimgħa kalendarja;
"ġurnata ta’ mistrieħ fil-ġimgħa" tfisser perijodu ta’ erbgħa u
għoxrin siegħa konsekuttivi li jibda fil-ħin li fih l-impjegat
normalment jibda t-turn tiegħu tax-xogħol;
"impjegat whole-time" tfisser impjegat li jaħdem għal aktar minn
tletin siegħa f’xi ġimgħa waħda.
Sigħat ta’ xogħol. 2. (1) L-anqas kumpens fil-ġimgħa għall-impjegati whole-
time, barra minn għassiesa, għandu jkun relattiv għal ġimgħa ta’
mhux aktar minn erbgħin siegħa xogħol, barra minn ħinijiet ta’
sahra u waqfien tas-soltu għall-ikel u għall-mistrieħ:
Iżda għall-ħaddiema ta’ bi nhar, dawk is-sigħat tax-xogħol
jiġu mqassma f’ġimgħa ta’ ħamest ijiem (mit-Tnejn sal-Ġimgħa
jew mit-Tlieta sas-Sibt).
(2) L-anqas kumpens fil-ġimgħa għall-għassiesa għandu jkun
relattiv għal ġimgħa ta’ mhux aktar minn tnejn u ħamsin siegħa ta’
xogħol, eskluż ħin ta’ sahra, imqassma f’perijodu ta’ sitt ijiem.
L-anqas kumpens. 3. Bla hsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 6 ta’ din l-
Iskeda, l-anqas rati ta’ paga fil-ġimgħa li jitħallsu lill-impjegati
whole-time għandhom ikunu dawn li ġejjin:
(a) (i) Għassiesa li d-dmirijiet tagħhom isiru
prinċipalment ġewwa ..................... Lm32.88ċ
(ii) Għassiesa li d-dmirijiet tagħhom isiru
prinċipalment barra ........................ Lm32.88ċ
(b) Impjegati oħra whole-time -
Ta’ 18-il sena jew fuqhom ..................... Lm32.88ċ
Ta’ 17-il sena ........................................ Lm29.97ċ
Ta’ 16-il sena ....................................... Lm28.74ċ.
L-anqas ħin ta’ 
mistrieħ.
4. Impjegati whole-time, barra minn għassiesa, għandu
jkollhom intervalli għall-ikel u għall-mistrieħ, ta’ mhux anqas,
b’kollox, minn siegħa f’kull ġurnata li fiha s-sigħat ta’ xogħol
ikunu aktar minn ħames sigħat u nofs.
L-anqas ħin ta’ 
mistrieħ fil-
ġimgħa.
5. L-impjegati whole-time kollha għandu jkollhom ġurnata ta’
mistrieħ fil-ġimgħa.
L-anqas rati ta’ 
sahra.
6. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu u
tal-paragrafu 2 ta’ din l-Iskeda, għandhom jitħallsu l-anqas rati ta’
sahra lill-impjegati whole-time kollha, barra minn għassiesa li
għalihom tapplika din l-Iskeda, kif ġej:
(a) f’kull ġurnata, li tkun ġurnata ta’ xogħol għall-
impjegat partikolari, għas-sigħat kollha maħduma iktar
minn tmien sigħat ........................... ħin u nofs;
KUNSILL TAL-PAGI GĦAX-XOGĦOL 
TA’ L-INJAM BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.44 3
(b) għas-sigħat kollha maħduma f’kull ġurnata, barra minn
Ħadd jew vaganza tas-soltu, li ma tkunx ġurnata tax-
xogħol għall-impjegat partikolari
............:.................................................. ħin u nofs;
(ċ) għas-sigħat kollha ’l fuq minn erbgħin siegħa f’kull
ġimgħa eskluż kull ħin imħallas bir-rati ta’ sahra
............................................................... ħin u nofs;
(d) għas-sigħat kollha ta’ xogħol nhar ta’ Ħadd
.............................................................. ħin doppju;
(e) għas-sigħat kollha ta’ xogħol f’vaganzi tas-soltu
.............................................................. ħin doppju:
Iżda f’kull ġimgħa li tinkludi vaganza tas-soltu, is-sahra
titħallas bil-ħin u nofs għal xogħol ’il fuq minn tnejn u tletin
siegħa, eskluż kull ħin imħallas bir-rata ta’ sahra, lill-impjegati
kollha barra minn għassiesa.
(2) Ir-rati tas-sahra ta’ ħin u nofs għandhom jitħallsu lill-
għassiesa għax-xogħol kollu maħdum ’il fuq minn tnejn u ħamsin
siegħa f’perijodu ta’ sitt ijiem konsekuttivi, u għall-ħin kollu li
jinħadem fis-seba’ ġurnata.
Leave għal 
vaganza.
7. (1) B’żieda ma’ l-anqas mistrieħ fil-ġimgħa li jistgħu
jkunu ntitolati għalih impjegati whole-time skond il-paragrafu 5,
impjegati whole-time għandhom jedd għall-festi nazzjonali u għall-
btajjel pubbliċi kollha b’paga sħiħa, u għal dan il-leave għal
vaganza li ġej li ma jkunx inqas minn:
(a) erba’ ġimgħat tax-xogħol u jum wieħed tax-xogħol
matul is-snin kalendarji 1988 u 1989;
(b) erba’ ġimgħat tax-xogħol u jumejn tax-xogħol matul
is-sena kalendarja 1990;
(ċ) erba’ ġimgħat tax-xogħol u tlett ijiem tax-xogħol
matul is-sena kalendarja 1991;
(d) erba’ ġimgħat tax-xogħol u erbat ijiem tax-xogħol
matul is-sena kalendarja 1992 u matul kull sena oħra
kalendarja li tigi wara:
Iżda meta impjegat whole-time ikun ilu mpjegat għal inqas
minn tnax-il xahar matul xi sena kalendarja, ikollu jedd għal dik il-
parti tal-leave għal vaganza imsemmi skond ma jkun il-proporzjon
tan-numru ta’ xhur li jkun ilu fl-impieg.
(2) Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu leave għal vaganza
tfisser leave bi ħlas li jista’ jittieħed f’jiem miftehmin bejn
prinċipal u mpjegat, b’dan illi jum wieħed leave għal vaganza
matul 1988 u 1989, jumejn leave għal vaganza matul 1990, tliet
ijiem leave għal vaganza matul l-1991 u erbat ijiem leave għall-
vaganza matul l-1992 u matul kull sena oħra kalendarja li tiġi wara
ma jkunux jagħmlu parti minn xi shut-down u għandhom jingħataw
mill-prinċipal bħala leave li jittieħed b’għażla b’żieda ma kull
leave li jittieħed b’għażla li l-impjegat seta’ kellu jedd għalih fid-9
ta’ Novembru, 1988.
(3) Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, waqfien minn impieg ta’
mhux aktar minn tletin ġurnata ma għandux jitqies li jinterrompi l-
4 L.S.452.44 ħ
KUNSILL TAL-PAGI GĦAX-XOGĦOL 
TA’ L-INJAM BIEX JIRREGOLA L-PAGI
kontinwità  tas-servizz.
Leave għal mard.
Kap. 318.
8. (1) Wara l-egħluq ta’ sitt xhur servizz kontinwu, l-
impjegati whole-time jkollhom dritt għal tnax-il ġurnata tax-xogħol
leave għal mard b’paga sħiħa f’kull sena kalendarja nieqes kull
benefiċċju għal mard illi għalih jista’ jkollhom dritt skond l-Att
dwar is-Sigurtà  Soċjali wkoll f’ġurnata mhux tax-xogħol li taħbat
fil-perijodu ta’ leave għal mard, u għal tnax-il ġurnata oħra b’nofs
paga f’kull sena kalendarja nieqes nofs il-benefiċċju għall-mard illi
għalih jista’ jkollhom dritt skond l-imsemmi Att:
Iżda għandu jiġi ppreżentat ċertifikat tat-tabib li
jiċċertifika inkapaċità  għax-xogħol lill-prinċipal, li jkollu dritt,
jekk ikun jixtieq, li jibgħat lit-tabib tiegħu biex jeżamina lill-
impjegat.
(2) Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, kull waqfien minn
impieg ta’ mhux aktar minn tletin ġurnata ma għandux jitqies li
jinterrompi l-kontinwità  tas-servizz.
Leave għal luttu. 9. Impjegati whole-time jkollhom tliet ijiem konsekuttivi
leave mingħajr telf ta’ ħlas mill-ġurnata tal-mewt ta’ xi wieħed jew
waħda minn dawn il-qraba li ġejjin: il-mara, ir-raġel, l-omm, il-
missier (jew il-persuna li f’dak iż-żmien kienet fil-fatt qegħda
tagħmilha ta’ omm jew missier l-impjegat), l-iben, il-bint, ħuh jew
oħtu:
Iżda fil-każ ta’ aħwa li ma jkunux joqogħdu fl-istess dar ta’
l-impjegat il-leave jkun limitat għal ġurnata waħda biss.
Leave speċjali. 10. Impjegat whole-time jingħata tliet ijiem leave b’paga sħiħa
fl-okkażjoni taż-żwieġ tiegħu u jumejn leave b’paga sħiħa fl-
okkażjoni tat-twelid ta’ tarbija lil martu.
Leave għall-
korriment.
Kap. 318.
11. Impjegat whole-time ikollu dritt għal sena leave għal
korriment b’paga sħiħa, nieqes l-ammont sħiħ ta’ kull benefiċċju
għal korriment li għalih dak l-impjegat ikollu dritt skond l-Att dwar
is-Sigurtà  Soċjali, jekk dak l-impjegat ikorri waqt il-qadi attwali ta’
dmirijietu, u dak il-korriment ma jkunx minħabba traskuraġni
kontributorja minn naħa tiegħu jew minħabba ksur minnu ta’ xi
regoli dwar ħarsien mill-periklu stabbiliti mill-management.
Servizz ta’ ġurati. 12. Impjegat whole-time li jigi msejjaħ bħala ġurat jiġi mogħti
l-ħin kollu meħtieġ bla telf ta’ paga biex jattendi l-Qrati.
Lanqas kumpens 
ta’ impjegati part-
time.
13. Impjegati part-time huma ntitolati għall-anqas rata ta’
siegħa kalkolata pro rata skond id-disposizzjomjiet tal-paragrafi 2
u 3 ta’ din l-Iskeda.
Ħin ta’ stennija. 14. Impjegat għandu dritt għall-ħlas ta’ l-anqas kumpens
applikabbli għalih għall-ħin kollu li matulu jkun preżenti fil-post
tal-prinċipal tiegħu jew f’kull post ieħor li għandu x’jaqsam ma’ l-
impieg tiegħu ħlief meta jkun preżenti hemmhekk f’xi waħda miċ-
ċirkostanzi li ġejjin:
(a) mingħajr il-kunsens tal-prinċipal, imfisser jew
mifhum;
(b) għal xi skop li m’għandux x’jaqsam max-xogħol
tiegħu u li ma jkunx dak li jistenna għal xogħol li
jingħata lilu biex jagħmel;
KUNSILL TAL-PAGI GĦAX-XOGĦOL 
TA’ L-INJAM BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.44 5
(ċ) għar-raġuni biss tal-fatt li huwa jirrisjedi hemmhekk;
(d) matul waqfien tas-soltu għall-ikel jew mistrieħ, u
huwa ma jkunx qiegħed jistenna għal xogħol biex
jingħata lilu biex jagħmel.
Età  ta’ rtirar mix-
xogħol.
15. F’każ fejn impjegat raġel huwa mistenni li jirtira mix-
xogħol fl-età  ta’ sittin sena, impjegat bħal dan għandu jingħata l-
opportunità  minn min iħaddmu biex jibqa’ fl-impieg tiegħu ’l fuq
minn din l-età  u ta’ l-anqas sakemm jilħaq l-età  ta’ wieħed u sittin
sena, iżda dak l-impjegat xorta għandu jitħalla, jekk huwa hekk
ikun irid, li jirtira fl-età  ta’ sittin sena.
NOTA TA’ TIFSIR
(Din in-nota mhix parti mill-Ordni iżda hija maħsuba biex turi l-
applikabilità  tiegħu).
Id-disposizzjonijiet ta’ l-Iskeda ta’ hawn fuq japplikaw għall-
impjegati kollha fl-istabbilimenti kollha li jaħdmu l-għamara,
fixtures u oġġetti oħra magħmula kollha jew prinċipalment mill-
injam (barra mill-pipi, iżda jinkludu dgħajjes u bodies tal-vetturi
bil-mutur), tapizzerija u xogħol tal-wicker jew qasab, naturali jew
mhux, u għall-impjegati mħaddma minn kuntratturi tax-xogħol ta’
l-injam fil-bini u fl-inġinerija ċivili.
