KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-INDUSTRIJA TA’ 
L-IPPRESERVAR BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.45 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.45
ORDNI TAL-KUNSILL TAL-PAGI
GĦALL-INDUSTRIJA TA’ L-IPPRESERVAR
BIEX JIRREGOLA L-PAGI
2 ta’ Mejju, 1977
L-AVVIŻ LEGALI 51 ta’ l-1977, kif emendat bl-Avviżi Legali 90 ta’ l-
1977, 130 ta’ l-1978 u 115 ta’ l-1989.
Titolu.
Industrija ta’ l-Ippreservar biex jirregola l-Pagi.
Applikazzjoni ta’ l-
Ordni.
2. Id-disposizzjonijiet murija fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-
Ordni għandhom japplikaw għall-impjegati kollha li dwarhom il-
Kunsill tal-Pagi għall-Industrija ta’ l-Ippreservar jaħdem.
Emendata:
A.L. 90 ta’ l-1977;
A.L. 130 ta’ l-
1978;
A.L. 115 ta’ l-
1989.
SKEDA
Tifsir.
xort’oħra -
Kap. 252.
"festi tas-soltu" tfisser il-ġranet (barra mill-Ħdud) iddikjarati
għal dak iż-żmien bħala btajjel pubbliċi skond jew taħt l-Att dwar
il-Jum Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi oħra;
"ġurnata" tfisser perijodu li jibda minn nofs il-lejl ta’ ġurnata sa
nofs il-lejl tal-ġurnata ta’ wara;
"nofs ta’ nhar" tfisser perijodu ta’ tnax-il siegħa konsekuttivi li
jispiċċa fis-1.00 p.m. jew fis-1.00 a.m.;
"sigħat ta’ xogħol" tfisser il-ħin f’kull ġurnata li matulu l-
impjegati jkunu għad-disposizzjoni tal-prinċipal, barra mill-
intervalli permessi għall-ikel u għall-mistrieħ;
"impjegat part-time" tfisser impjegat li m’huwiex impjegat
whole-time;
"perijodu ta’ mpieg" tfisser il-ħin f’kull ġurnata li matulu l-
impjegati jkunu għad-disposizzjoni tal-prinċipal, iżda magħduda l-
intervalli permessi għall-ikel u għall-mistrieħ;
"ħin u nofs" u "ħin doppju" ifissru rispettivament darba u nofs u
d-doppju ta’ l-inqas rata ta’ ħin li tapplika għall-impjegat;
"paga" tfisser rimunerazzjoni jew qligħ li jitħallas bi flus minn
prinċipal lill-impjegat;
"ġimgħa" tfisser ġimgħa kalendarja;
"ġurnata ta’ mistrieħ fil-ġimgħa" tfisser perijodu ta’ erbgħa u
għoxrin siegħa konsekuttivi li jibda fil-ħin li fih l-impjegat
2 L.S.452.45 ħ
KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-INDUSTRIJA TA’ 
L-IPPRESERVAR BIEX JIRREGOLA L-PAGI
normalment jibda t-turn tiegħu ta’ xogħol f’kull jum;
"impjegat whole-time" tfisser impjegat li jkun impjegat għal
aktar minn tletin siegħa f’xi ġimgħa, imqassma f’mhux anqas minn
erbat ijiem.
Sigħat ta’ xogħol. 2. L-anqas rimunerazzjoni fil-ġimgħa għandha tkun relattiva
għal ġimgħa ta’ mhux aktar minn -
(a) erbgħin siegħa xogħol fil-każ ta’ mpjegati whole-time,
barra minn għassiesa, u
(b) sittin siegħa ta’ xogħol, imxerrda matul ġimgħa ta’ sitt
ijiem, fil-każ ta’ għassiesa.
L-anqas 
rimunerazzjoni ta’ 
mpjegati whole-
time.
3. L-anqas rimunerazzjoni fil-ġimgħa li għandha titħallas lill-
impjegati whole-time, irġiel u nisa, għandha tkun din li ġejja:
(a) Għassiesa .................................................. Lm17.38,0
(b) Impjegati oħra ta’ l-età  ta’:
(i) 18-il sena jew fuqhom ...................... Lm17.38,0
(ii) 17-il sena ......................................... Lm14.47,0
(iii) 16-il sena ........................................ Lm13.24,0.
L-anqas ħin ta’ 
mistrieħ kuljum.
4. L-impjegati whole-time kollha, barra mill-għassiesa,
għandu jkollhom intervalli għall-ikel u għall-mistrieħ ta’ mhux
anqas, b’kollox, minn siegħa kuljum.
L-anqas ħin ta’ 
mistrieħ fil-
ġimgħa.
5. L-imipjegati whole-time kollha għandu jkollhom ġurnata
ta’ mistrieħ fil-ġimgħa għal kull perijodu ta’ sebat ijiem
konsekuttivi.
L-anqas rati ta’ 
sahra.
6. (1) Fil-każ ta’ impjegati whole-time, barra mill-għassiesa,
s-sahra għandha titħallas kif ġej:
(a) għall-ħin kollu li jinħadem iżjed minn erbgħin siegħa
f’kull ġimgħa minbarra xi ħin imħallas bir-rata ta’
sahra ......................................................... ħin u nofs;
(b) f’każ ta’ ġimgħa ta’ ħamest ijiem għall-ħin kollu li
jinħadem iżjed minn tmien siegħat kull ġurnata
.................................................................. ħin u nofs;
(ċ) f’każ ta’ ġimgħa ta’ sitt ijiem għall-ħin kollu li
jinħadem iżjed minn seba’ siegħat mit-Tnejn sal-
Ġimgħa, u ħames sigħat nhar ta’ Sibt ......... ħin u nofs;
(d) għall-ħin kollu li jinħadem fil-Ħdud u fil-vaganzi tas-
soltu ......................................................... ħin doppju:
Iżda f’kull ġimgħa li tinkludi vaganza tas-soltu għandha
titħallas sahra ta’ ħin u nofs għal xogħol ta’ iżjed minn tlieta u
tletin siegħa, mhux magħdud il-ħin imħallas b’rati ta’ sahra, lill-
impjegati whole-time minbarra għassiesa.
(2) Għandha titħallas sahra bir-rata ta’ ħin u nofs lill-għassiesa
għall-ħin kollu ta’ iżjed minn sittin siegħa f’perijodu ta’ sitt ijiem
konsekuttivi, u għall-ħin kollu li jinħadem fis-seba’ ġurnata.
Leave għal 
vaganza.
7. (1) B’żieda ma’ l-anqas mistrieħ fil-ġimgħa li jistgħu
jkunu intitolati għalih impjegati whole-time skond il-paragrafu 5,
impjegati whole-time għandhom jedd għall-festi nazzjonali u għall-
KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-INDUSTRIJA TA’ 
L-IPPRESERVAR BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.45 3
btajjel pubbliċi kollha b’paga sħiħa, u għal dan il-leave għal
vaganza li ġej li ma jkunx inqas minn -
(a) erba’ ġimgħat tax-xogħol u jum wieħed tax-xogħol
matul is-snin kalendarji 1988 u 1989;
(b) erba’ ġimgħat tax-xogħol u jumejn tax-xogħol matul
is-sena kalendarja 1990;
(ċ) erba’ ġimgħat tax-xogħol u tlett ijiem tax-xogħol
matul is-sena kalendarja 1991;
(d) erba’ ġimgħat tax-xogħol u erbat ijiem tax-xogħol
matul is-sena kalendarja 1992 u matul kull sena oħra
kalendarja li tiġi wara:
Iżda meta impjegat whole-time ikun ilu impjegat għal inqas
minn tnax-il xahar matul xi sena kalendarja, ikollu jedd għal dik il-
parti tal-leave għal vaganza msemmi skond ma jkun il-proporzjon
tan-numru ta’ xhur li jkun ilu fl-impieg.
(2) Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu "leave għal vaganza"
tfisser leave bi ħlas li jista’ jittieħed f’jiem miftehmin bejn
prinċipal u impjegat, b’dan illi jum wieħed leave għal vaganza
matul 1988 u 1989, jumejn leave għal vaganza matul 1990, tliet
ijiem leave għal vaganza matul l-1991 u erbat ijiem leave għall-
vaganza matul l-1992 u matul kull sena oħra kalendarja li tiġi wara
ma jkunux jagħmlu parti minn xi shut-down u għandhom jingħataw
mill-prinċipal bħala leave li jittieħed b’għażla b’żieda ma’ kull
leave li jittieħed b’għażla li l-impjegat seta’ kellu jedd għalih fid-9
ta’ Novembru, 1988.
Leave għal mard.
mard f’kull sena kalendarja kif ġej:
Kap. 318.
(a) tnax-il ġurnata b’paga sħiħa nieqes kull benefiċċju
għal mard illi għalih huma jista’ jkollhom dritt skond
l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali;
Kap. 318.
(b) erbgħa u għoxrin ġurnata b’nofs paga nieqes nofs il-
benefiċċju għal mard li għalih huma jista’ jkollhom
dritt skond l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali:
Iżda f’kull każ għandu jingħata lill-prinċipal ċertifikat
mediku li jiċċertifika inkapaċità  għax-xogħol li jkopri l-perijodu
tan-nuqqas.
(2) L-impjegati li jaħdmu għal perijodu ta’ anqas minn sena
jkunu ntitolati għal leave għal mard bi proporzjon għan-numru ta’
xhur fl-impieg.
Leave għal 
korriment.
Kap. 318.
9. Impjegat whole-time ikollu dritt għal mhux iktar minn sena
leave b’paga sħiħa f’każ ta’ korriment, nieqes il-benefiċċju sħiħ
għal korriment li għalih dak l-impjegat jista’ jkollu dritt skond l-Att
dwar is-Sigurtà  Soċjali, jekk ikorri waqt il-qadi attwali ta’
dmirijietu u dak il-korriment ma jkunx minħabba traskuraġni min-
naħa tiegħu jew minħabba kontravenzjoni minnu ta’ xi regoli dwar
ħarsien mill-periklu stabbiliti mill-management.
Leave għal luttu.
tal-mewt ta’ xi wieħed jew waħda mill-qraba li ġejjin: il-mara, ir-
raġel, l-omm, il-missier (jew il-persuna li f’dak iż-żmien kienet fil-
4 L.S.452.45 ħ
KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-INDUSTRIJA TA’ 
L-IPPRESERVAR BIEX JIRREGOLA L-PAGI
fatt qiegħda tagħmilha ta’ omm jew ta’ missier l-impjegat), l-iben,
il-bint, ħuh jew oħtu.
Leave speċjali. 11. L-impjegati whole-time jkunu ntitolati għal tliet ijiem tax-
xogħol leave bi ħlas fl-okkażjoni taż-żwieġ tagħhom u għal ġurnata
tax-xogħol leave bi ħlas fl-okkażjoni tat-twelid ta’ tarbija lil mart l-
impjegat.
Servizz ta’ ġurati. 12. L-impjegati kollha li jissejħu bħala ġurati jiġu mogħtija l-
ħin meħtieġ bla telf ta’ paga biex jattendu l-Qrati.
L-anqas 
rimunerazzjoni ta’ 
mpjegati part-time.
13. Impjegati part-time għandhom jitħallsu pro rata bir-rata
fis-siegħa ta’ mhux anqas minn dik applikabbli għall-impjegati
whole-time, jiġifieri r-rata xierqa fil-ġimgħa kif jidher fil-paragrafu
3 ta’ din l-Iskeda diviża b’sittin fil-każ ta’ għassiesa, u diviża
b’erbgħin fil-każ ta’ l-impjegati l-oħra.
Ħin ta’ stennija. 14. Impjegat ikollu dritt għall-ħlas ta’ l-anqas rimunerazzjoni
applikabbli għalih għall-ħin kollu li matulu jkun preżenti fil-post
tal-prinċipal tiegħu jew f’kull post ieħor li għandu x’jaqsam ma’ l-
impieg sakemm ma jkunx preżenti hemmhekk f’xi waħda miċ-
ċirkostanzi li ġejjin:
(a) mingħajr il-kunsens tal-prinċipal, imfisser jew
mifhum;
(b) għal xi skop li m’għandux x’jaqsam max-xogħol
tiegħu u li ma jkunx dak li jistenna għal xogħol li
jingħata lilu biex jagħmel;
(ċ) għar-raġuni biss tal-fatt li huwa jirrisjedi hemmhekk;
(d) matul il-ħinijiet normali ta’ l-ikel f’kamra jew f’post li
fih ma jkun qiegħed isir ebda xogħol, u huwa ma jkunx
qiegħed jistenna xogħol biex jingħata lilu biex
jagħmel.
Età  ta’ rtirar. 15. F’każ fejn impjegat raġel huwa mistenni li jirtira mix-
xogħol fl-età  ta’ sittin sena, impjegat bħal dan għandu jingħata l-
opportunità  minn min iħaddmu biex jibqa’ fl-impieg tiegħu ’il fuq
minn din l-età  u ta’ l-anqas sakemm jilħaq l-età  ta’ wieħed u sittin
sena, iżda l-impjegat konċernat xorta għandu jitħalla, jekk huwa
ikun irid, li jirtira fl-età  ta’ sittin sena.
NOTA TA’ TIFSIR
(Din in-nota mhix parti mill-Ordni iżda hija maħsuba biex turi l-
applikabilità  tiegħu).
Id-disposizzjonijiet ta’ l-Iskeda ta’ hawn fuq japplikaw għall-
impjegati kollha f’kull impriża jew parti minn impriża li l-
attivitajiet tagħha jikkonsistu għal kollox jew prinċipalment f’xi
waħda minn dawn li ġejjin:
(a) ħżin fil-laned u ppriservar, magħdud ippakkjar
f’reċipjenti li minnhom ma tgħaddix arja, ta’ frott,
ħaxix u meraq ta’ frott u ta’ ħaxix; tnixxif mill-ilma u
friżar ta’ malajr ta’ frott u ħaxix; u kull proċess
KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-INDUSTRIJA TA’ 
L-IPPRESERVAR BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.45 5
inċidentali għal dan;
(b) manifattura ta’ ippriservar, jams, jellies, pickles, zlazi
jew sopop fil-laned, magħdud il-ħżin fil-laned u
ippriservar ta’ laħam, prodotti tal-laħam u kull forma
oħra ta’ proċessar ta’ laħam; u l-manifattura ta’ silġ;
(ċ) ħżin fil-laned u ippriservar ta’ ħut u ikel ieħor tal-
baħar, magħdud tmelliħ, tnixxif, tfawwir, tqaddid,
tqegħid fis-salmura, tnixxif mill-ilma, ippakkjar
f’reċipjenti li minnhom ma tgħaddix arja, friżar ta’
malajr, u kull forma oħra ta’ proċessar;
(d) ħżin fil-kiesaħ ta’ frott, ħaxix, laħam, ħut u ikel ieħor.
