KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-INDUSTRIJA TA’ 
L-ELECTRONICS LI JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.46 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.46
ORDNI TAL-KUNSILL TAL-PAGI
GĦALL-INDUSTRIJA TA’ L-ELECTRONICS
LI JIRREGOLA L-PAGI
5 ta’ Mejju, 1977
L-AVVIŻ LEGALI 55 ta’ l-1977, kif emendat bl-Avviżi Legali 94 ta’ l-
1977 u 68 ta’ l-1979.
Titolu.
Industrija ta’ l-Electronics li jirregola l-Pagi.
Applikazzjoni ta’ l-
Ordni.
2. Id-disposizzjonijiet murija fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-
Ordni għandhom japplikaw għall-impjegati kollha li dwarhom il-
Kunsill tal-Pagi għall-Industrija ta’ l-Electronics jaħdem.
Emendata:
A.L. 94 ta’ l-1977;
A.L. 68 ta’ l-1979.
SKEDA
Tifsir.
xort’oħra -
Kap. 252.
"festi tas-soltu" tfisser il-ġranet (barra mill-Ħdud) iddikjarati
għal dak iż-żmien bħala btajjel pubbliċi skond jew taħt l-Att dwar
il-Jum Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi oħra;
"ġurnata" tfisser perijodu li jibda minn nofs il-lejl sa nofs il-lejl
tal-ġurnata ta’ wara;
"nofs ta’ nhar" tfisser perijodu li jibda minn nofs il-lejl sa nofs
in-nhar jew minn nofs in-nhar sa nofs il-lejl;
"sigħat ta’ xogħol" tfisser il-ħin f’kull ġurnata li matulu l-
impjegati jkunu għad-disposizzjoni tal-prinċipal, barra mill-
intervalli permessi għall-ikel u għall-mistrieħ;
"impjegat part-time" tfisser impjegat li mhux impjegat whole-
time;
"impjegat bix-shift" tfisser impjegat li jaħdem regolarment fuq
bażi ta’ shift ta’ ċiklu regolari;
"ħin u nofs" u "ħin doppju" ifissru rispettivament darba u nofs u
darbtejn l-anqas rata ta’ ħin li tapplika għall-impjegat;
"paga" tfisser rimunerazzjoni jew qligħ li jitħallas bi flus minn
prinċipal lil impjegat;
"ġimgħa" tfisser ġimgħa kalendarja;
"ġurnata ta’ mistrieħ" tfisser perijodu ta’ erbgħa u għoxrin siegħa
konsekuttivi li jibda fil-ħin li l-impjegat normalment jibda t-turn
tiegħu ta’ xogħol;
"impjegat whole-time" tfisser impjegat li huwa impjegat għal
aktar minn tletin siegħa f’ġimgħa waħda.
2 L.S.452.46 ħ
KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-INDUSTRIJA TA’ 
L-ELECTRONICS LI JIRREGOLA L-PAGI
Sigħat ta’ xogħol. 2. L-anqas rimunerazzjoni fil-ġimgħa għandha tkun relattiva
għal ġimgħa ta’ xogħol normali ta’ mhux aktar minn -
(a) erbgħin siegħa mifruxa fuq ħames ġranet fil-każ ta’ l-
impjegati kollha whole-time barra minn għassiesa/
security guards u mpjegati bix-shift;
(b) erbgħa u ħamsin siegħa fil-każ ta’ l-għassiesa/security
guards;
(ċ) tmienja u tletin siegħa mifruxa fuq ħames ġranet fil-
każ ta’ mpjegati li jaħdmu bix-shift:
Iżda, fil-każ ta’ mpjegati bix-shift, in-numru ta’ sigħat
għandhom jittieħdu bħala medja, u jkunu mifruxa fuq żewġ
ġimgħat jew iżjed skond in-numru ta’ shifts li jkun qed jinħadem.
L-anqas 
rimunerazzjoni.
3. L-anqas rimunerazzjoni fil-ġimgħa li għandha titħallas lill-
impjegati kollha għandha tkun din li ġejja:
(a) impjegati whole-time, barra minn għassiesa/security
guards:
(i) ta’ 18-il sena jew fuqhom ................ Lm18.88,0;
(ii) ta’ 17-il sena ................................... Lm15.97,0;
(iii) ta’ 16-il sena ................................... Lm14.74,0;
(b) għassiesa/security guards ......................... Lm18.88,0.
Ħlas għal xogħol 
bix-shift.
4. Impjegati bix-shift, barra minn għassiesa/security  guards
għandhom jiġu mogħtija ħlas ta’ Lm1.40,0 fil-ġimgħa.
L-anqas mistrieħ 
kuljum.
5. Impjegati whole-time, barra minn għassiesa/security
guards ikollhom permess għall-intervalli għall-ikel u għall-mistrieħ
ta’ mhux anqas, b’kollox, minn siegħa kuljum:
Iżda -
(a) bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu (b) ta’
dan il-proviso, l-intervall jew l-intervalli għandhom
jingħataw wara l-ewwel jew qabel l-aħħar siegħa tal-
perijodu ta’ l-impieg, u
(b) fejn l-aħħar nofs siegħa tal-perijodu tkun permessa
bħala nofs siegħa ta’ mistrieħ, l-impjegat ikun intitolat
li jħalli l-post tax-xogħol malli tibda dik in-nofs
siegħa.
L-anqas mistrieħ 
fil-ġimgħa.
6. L-impjegati whole-time ikollhom ġurnata ta’ mistrieħ fil-
ġimgħa.
L-anqas rati ta’ 
sahra.
7. (1) L-għassiesa/security guards ikunu intitolati għal
rimunerazzjoni ta’ sahra kif ġej:
(a) għall-ħin kollu maħdum ’il fuq minn erbgħa u ħamsin
siegħa sa, u jinkludi, sittin siegħa fil-ġimgħa ........ ħin;
(b) għall-ħin kollu maħdum ’il fuq minn sittin siegħa fil-
ġimgħa ...................................................... ħin u nofs:
Iżda, fil-każ ta’ għassiesa/security guards li jaħdmu fuq
bażi ta’ shift, in-numru ta’ sigħat imsemmija għandhom ikunu
ikkalkolati billi tittieħed il-medja tan-numru ta’ sigħat li jkunu
mifruxa fuq żewġ ġimgħat jew aktar skond in-numru ta’ shifts li
KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-INDUSTRIJA TA’ 
L-ELECTRONICS LI JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.46 3
jkun qed jinħadem.
(2) L-impjegati li jaħdmu bix-shift, barra minn għassiesa/
security guards, ikunu ntitolati għar-rata tar-rimunerazzjoni ta’
sahra ta’ ħin u nofs għall-ħin kollu li jaħdmu aktar mill-medja ta’
tmienja u tletin siegħa f’kull ġimgħa, liema medja tiġi kkalkulata
billi tittieħed il-medja tan-numru ta’ sigħat li jkunu mifruxa fuq
żewġ ġimgħat jew aktar skond in-numru ta’ shifts li jkun qed
jinħadem.
(3) Impjegati whole-time, barra minn dawk speċifikati fis-sub-
paragrafi (1) u (2) ta’ dan il-paragrafu, ikollhom dritt għall-ħlas ta’
sahra kif ġej:
(a) għall-ħin kollu li jinħadem ’il fuq minn erbgħin siegħa
f’kull ġimgħa ............................................ ħin u nofs;
(b) għall-ħin kollu li jinħadem ’il fuq minn tmien sigħat
f’kull ġurnata barra mill-Ħdud jew vaganzi tas-soltu
.................................................................. ħin u nofs;
(ċ) għall-ħin kollu li jinħadem fil-Ħdud ......... ħin doppju;
(d) għall-ħin kollu li jinħadem fil-vaganzi tas-soltu ..........
ħin doppju b’żieda mal-paga normali tal-ġurnata.
Festi u leave bi 
ħlas.
8. L-impjegati whole-time ikollhom dritt, f’kull sena
kalendarja, għal -
(a) il-vaganzi tas-soltu kollha b’paga sħiħa, u
(b) wara tliet xhur fl-impieg, leave ta’ vaganza ta’ dak in-
numru ta’ ġranet tax-xogħol b’paga sħiħa li jkun daqs
in-numru ta’ ġranet tax-xogħol li dak l-impjegat
partikolari normalment ikollu jattendi għax-xogħol
matul perijodu ta’ erba ġimgħat:
Iżda mpjegati whole-time li jkun ilhom fl-impieg
għal anqas minn sena jkollhom dritt għal dik il-parti
ta’ l-imsemmi leave ta’ vaganza li tkun bi proporzjon
għan-numru ta’ xhur fl-impieg.
Leave għal mard.
Kap. 318.
9. (1) Wara li jagħmlu sitt xhur ta’ mpieg, l-impjegati jkunu
ntitolati għal tnax-il ġurnata leave għal mard b’paga sħiħa f’kull
sena kalendarja nieqes kull benefiċċju għal mard li għalih jistgħu
jkunu ntitolati skond l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali, u għall-perijodu
ieħor ta’ tmintax-il ġurnata leave għal mard b’nofs paga nieqes nofs
il-benefiċċju għal mard li għalih jistgħu jkunu ntitolati skond l-Att
dwar is-Sigurtà  Soċjali:
Iżda, ċertifikat tat-tabib li jiċċertifika nkapaċità  għax-
xogħol li jkopri l-perijodu ta’ l-assenza għandu jiġi prodott, mhux
aktar tard mit-tieni ġurnata tax-xogħol ta’ assenza, lill-prinċipal li
jkollu dritt, jekk jixtieq, li jibgħat it-tabib tiegħu biex jeżamina lill-
impjegat.
(2) B’dak kollu li hemm fid-disposizzjonijiet tas-sub-
paragrafu (1) ta’ dan il-paragrafu, l-impjegati ma jkunux intitolati
għall-ħlas ta’ xi paga għall-ewwel ġurnata ta’ kull perijodu ta’
leave għal mard:
Iżda, in-numru ta’ ġranet mhux imħallsa ta’ leave għal
4 L.S.452.46 ħ
KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-INDUSTRIJA TA’ 
L-ELECTRONICS LI JIRREGOLA L-PAGI
mard ma jiġix imnaqqas mid-dritt ta’ leave għal mard bi ħlas kif
huwa provdut fis-sub-paragrafu (1) ta’ dan il-paragrafu.
Leave għal luttu. 10. Impjegat whole-time jkollu żewġ ġranet kalendarji leave
speċjali mingħajr telf ta’ paga, li jridu jittieħdu wara xulxin, fl-
okkażjoni tal-mewt, u li jridu jibdew mhux aktar tard mill-ġurnata
li taħbat wara l-mewt, ta’ xi wieħed minn dawn il-qraba: il-mara,
ir-raġel, il-missier, l-omm (jew il-persuna li fil-ħin tal-mewt tkun
qed tagħmilha ta’ missier jew omm l-impjegat), l-iben, il-bint, ħuh
u oħtu.
Leave għal twelid. 11. Impjegat whole-time jingħata żewġ ġranet ta’ xogħol leave
speċjali bi ħlas, li jridu jittieħdu matul l-ewwel xahar mid-data tat-
twelid ta’ tarbija lill-mart l-impjegat.
Leave għal żwieġ. 12. Impjegat whole-time jingħata erba’ ġranet ta’ xogħol leave
speċjali bi ħlas fl-okkażjoni taż-żwieġ tiegħu bil-kundizzjoni li
huwa jkompli fl-impieg għal mhux anqas minn tliet xhur wara li
jiżżewweġ.
Leave għal ġurijiet. 13. Impjegat whole-time li jiġi msejjaħ bħala ġurat, jiġi mogħti
l-ħin kollu meħtieġ, mingħajr ebda tnaqqis mill-paga li kieku kien
xort’oħra jirċievi, sabiex ikun jista’ jattendi għad-dmirijiet tiegħu
fil-Qrati.
Leave għal 
korriment.
Kap. 318.
14. Impjegat whole-time jkollu dritt għal sena leave b’paga
sħiħa f’każ ta’ korriment nieqes il-benefiċċju sħiħ tal-korriment li
għalih jista’ jkollu dritt skond l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali, jekk
ikorri waqt il-qadi ta’ dmirijietu u mhux bi traskuraġni minn naħa
tiegħu jew b’kontravenzjoni tar-regolamenti tas-safety stipulati
mill-management.
L-anqas paga għal 
impjegati part-
time.
15. Impjegati part-time huma ntitolati għall-anqas rata ta’
siegħa kalkulata pro rata skond id-disposizzjomjiet tal-paragrafi 2
u 3 ta’ din l-Iskeda.
Età  ta’ rtirar. 16. F’każ fejn impjegat raġel huwa mistenni li jirtira mix-
xogħol fl-età  ta’ sittin sena, impjegat bħal dan għandu jingħata l-
opportunità  minn min iħaddmu biex jibqa’ fl-impieg tiegħu ’l fuq
minn din l-età  u ta’ l-anqas sakemm jilħaq l-età  ta’ wieħed u sittin
sena, iżda l-impjegat konċernat xorta għandu jitħalla, jekk huwa
hekk ikun irid, li jirtira fl-età  ta’ sittin sena.
Ħin ta’ stennija. 17. Impjegat għandu dritt għall-ħlas ta’ l-anqas kumpens
applikabbli għalih għall-ħin kollu li matulu jkun preżenti fil-post
tal-prinċipal tiegħu ħlief meta jkun preżenti hemmhekk f’xi waħda
miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a) mingħajr il-kunsens tal-prinċipal, imfisser jew
mifhum;
(b) għal xi skop li m’għandux x’jaqsam max-xogħol
tiegħu u li ma jkunx dak li jistenna għal xogħol li
għandu jingħata lilu biex jagħmel;
(ċ) għar-raġuni biss tal-fatt li huwa jirrisjedi hemmhekk;
(d) matul il-ħinijiet normali ta’ l-ikel, u huwa ma jkunx
qiegħed jistenna għal xogħol biex jingħata lilu biex
jagħmel.
KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-INDUSTRIJA TA’ 
L-ELECTRONICS LI JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.46 5
NOTA TA’ TIFSIR
(Din in-nota mhix parti mill-Ordni iżda hija maħsuba biex turi l-
applikabilità  tiegħu).
Id-disposizzjonijiet ta’ l-Iskeda ta’ hawn fuq japplikaw għall-
impjegati kollha f’kull impriża jew parti minn impriża li l-
attivitajiet tagħha jikkonsistu għal kollox jew prinċipalment fil-
manifattura, tiswija jew immuntar ta’ tagħmir elettroniku jew
xjentifiku.
