KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-ISKEJJEL 
PRIVATI LI JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.47 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.47
ORDNI TAL-KUNSILL TAL-PAGI
GĦALL-ISKEJJEL PRIVATI
LI JIRREGOLA L-PAGI
18 ta’ Mejju, 1977
L-AVVIŻ LEGALI 60 ta’ l-1977, kif emendat bl-Avviżi Legali 84 ta’ l-
1977, 38 ta’ l-1978, 5 ta’ l-1979 u 9 ta’ l-1980.
Titolu.
Iskejjel Privati li jirregola l-Pagi.
Applikazzjoni ta’ l-
Ordni.
2. Il-proposti li jirregolaw il-pagi murija fl-Iskeda li tinsab
ma’ dan l-Ordni għandhom japplikaw għall-impjegati kollha li
dwarhom il-Kunsill tal-Pagi għall-Iskejjel Privati jaħdem.
Emendata:
A.L. 84 ta’ l-1977;
A.L. 38 ta’ l-1978;
A.L. 5 ta’ l-1979;
A.L. 9 ta’ l-1980.
SKEDA
TAQSIMA I
Ġenerali
Tifsir.
xort’oħra -
Kap. 252.
"festi tas-soltu" tfisser il-ġranet (barra mill-Ħdud) iddikjarati
għal dak iż-żmien bħala btajjel pubbliċi skond jew taħt l-Att dwar
il-Jum Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi oħra;
"sigħat ta’ xogħol" tfisser il-ħin f’kull ġurnata li matulu l-
impjegati jkunu għad-disposizzjoni tal-prinċipal, esklużi l-
intervalli permessi għall-ikel u għall-mistrieħ;
"skola tan-nursery" tfisser skola jew dipartiment ta’ skola fejn il-
karatteristika predominanti tkun li jieħdu ħsieb it-tfal;
"ħin u nofs" u "ħin doppju" ifissru rispettivament darba u nofs u
darbtejn l-anqas rata tal-ħin applikalabli għall-impjegati.
TAQSIMA II
Għalliema
Applikabbilità .
nursery.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra:
"għalliem part-time" tfisser għalliem li mhux għalliem whole-
time;
"għalliem" tinkludi Assistant Headmaster/Headmistress u
Assistant Headteacher;
"għalliem whole-time" tfisser għalliem li jkun meħtieġ li jaħdem
2 L.S.452.47 ħ
KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-ISKEJJEL 
PRIVATI LI JIRREGOLA L-PAGI 
għal aktar minn ħmistax-il siegħa f’xi ġimgħa kalendarja.
Sigħat ta’ xogħol. 4. L-anqas rimunerazzjoni fix-xahar li titħallas lill-għalliema
whole-time għandha tkun relattiva għal ġimgħa ta’ mhux iżjed minn
sebgħa u għoxrin siegħa xogħol.
L-anqas 
rimunerazzjoni ta’ 
għalliema whole-
time.
5. L-anqas remunerazzjoni fix-xahar li għandha titħallas lill-
għalliema whole-time għandha tkun Lm129.91,0.
Vaganzi. 6. (1) Għalliema whole-time ikollhom dritt għal vaganzi tas-
soltu b’paga sħiħa, iżda meta vaganza minn dawn tiġi f’ġurnata li
fiha l-iskola normalment tagħlaq huma ma jkollhomx dritt għal
ġurnata oħra minflokha.
(2) Għalliema whole-time jkollhom dritt għall-vaganzi b’paga
sħiħa nklużi vaganzi ta’ l-iskola għall-Milied, Karnival, l-Għid u l-
vaganzi tas-sajf mill-egħluq sal-ftuħ mill-ġdid ta’ l-iskejjel.
Leave għal mard. 7. (1) Wara li jagħmlu tliet xhur servizz kontinwu għalliema
whole-time ikollhom dritt għal leave għal mard f’kull sena
skolastika kif ġej:
Kap. 318.
(a) ħmistax-il ġurnata ta’ l-iskola b’paga sħiħa nieqes kull
benefiċċju għal mard li għalih jista’ jkollhom dritt
skond l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali;
(b) ħmistax-il ġurnata ta’ l-iskola b’nofs paga.
(2) Ċertifikat mediku li jiċċertifika inkapaċità  għax-xogħol
għall-perijodu kollu ta’ nuqqas għandu jiġi mogħti lill-prinċipal,
jekk ikun hekk mitlub.
L-anqas 
rimunerazzjoni ta’ 
għalliema part-
time.
8. L-inqas rimunerazzjoni li titħallas lill-għalliema part-time
m’għandhiex tkun inqas mir-rata proporzjonali ta’ l-inqas
rimunerazzjoni li titħallas lill-għalliema whole-time, maħduma fuq
bażi ta’ ġimgħa ta’ sebgħa u għoxrin siegħa.
L-anqas 
rimunerazzjoni 
għal xogħol mhux 
ta’ tagħlim.
9. Xogħlijiet mhux ta’ tagħlim li jiġu mogħtija lill-għalliema
barra mis-sigħat tagħhom normali għandhom jiġu mħallsa bis-
sebgħin ċenteżmu is-siegħa.
Leave ieħor. 10. Għalliema whole-time ikunu ntitolati għall-istess leave
għal korriment, leave għal luttu, leave speċjali u leave għal ġurijiet
kif provdut fit-Taqsima IV ta’ din l-Iskeda għall-impjegati whole-
time oħra.
TAQSIMA III
Impjegati oħra
Tifsir. 11. F’din it-Taqsima ta’ l-Iskeda kemm-il darba r-rabta tal-
kliem ma teħtieġx xort’oħra:
"impjegat" tfisser impjegat li ma jaqax taħt it-Taqsima II ta’ din
l-Iskeda;
"impjegat part-time" tfisser impjegat li mhux impjegat whole-
time;
"impjegat whole-time" tfisser impjegat li jkun meħtieġ jaħdem-
(a) mhux inqas minn tmienja u erbgħin siegħa matul xi
KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-ISKEJJEL 
PRIVATI LI JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.47 3
ġimgħa waħda fil-każ ta’ għassies, jew
(b) mhux inqas minn erbgħa u għoxrin siegħa f’perijodu
ta’ sitt ijiem bejn it-Tnejn u s-Sibt fil-każ ta’ mpjegati
oħra.
Sigħat ta’ xogħol.
whole-time għandha tkun relatata għal ġimgħa ta’ sittin siegħa
xogħol fil-każ ta’ għassiesa jew erbgħa u erbgħin siegħa xogħol fil-
każ ta’ mpjegati oħra.
L-anqas 
rimunerazzjoni ta’ 
mpjegati whole-
time.
13. (1) L-inqas rimunerazzjoni fil-ġimgħa li titħallas lill-
impjegati whole-time, barra minn maids impjegati fi skejjel li
jipprovdu l-faċilitajiet residenzjali kollha lill-istudenti, jew
għassiesa, għandha tkun Lm25.13,0.
(2) L-inqas rimunerazzjoni fil-ġimgħa li titħallas lill-maids
whole-time impjegati fi skejjel li jipprovdu l-faċilitajiet residenzjali
kollha lill-istudenti, għandha tkun kif ġej:
ta’ l-età  ta’ 16-il sena ..................................... Lm18.74,0
ta’ l-età  ta’ 17-il sena ..................................... Lm19.97,0
ta’ l-età  ta’ 18-il sena jew iżjed ...................... Lm22.88,0
wara sena ....................................................... Lm3.88,0.
(3) L-inqas rimunerazzjoni fil-ġimgħa li titħallas lill-għassiesa
whole-time għandha tkun:
(a) għal xogħol li jsir ġewwa ....................... Lm22.88,0
(b) għal xogħol li jsir barra ......................... Lm23.88,0.
(4) Impjegati whole-time barra minn għassiesa li jkunu
mpjegati għall-perijodu sħiħ ta’ sena skolastika, u li l-impieg
tagħhom jiġi mitmum mill-prinċipal fil-bidu ta’, jew matul, il-
vaganzi tas-sajf, barra minn dawk li jkunu laħqu l-età  ta’ l-irtir
mix-xogħol, għandhom jirċievu kumpens li jkun daqs l-inqas
rimunerazzjoni li għaliha dawk l-impjegati kien ikollhom dritt li
kieku l-impieg tagħhom ma kienx ġie mitmum, meta jiġi kalkolat
għall-perijodu ta’ dawk il-vaganzi li jibdew mit-tmiem ta’ l-impieg
sa meta jerġgħu jinfetħu l-iskejjel u li titħallas bl-istess mod kif ir-
rimunerazzjoni fil-ġimgħa kienet titħallas.
L-anqas mistrieħ 
fil-ġimgħa.
14. Għandu jingħata bħala l-inqas mistrieħ fil-ġimgħa -
(a) ġurnata lill-għassiesa whole-time; u
(b) ġurnata u nofs lill-impjegati whole-time l-oħra.
L-anqas mistrieħ 
ta’ kuljum.
15. Impjegati whole-time, barra minn għassiesa, jingħataw
intervalli kuljum għall-ikel u għall-mistrieħ ta’ mhux inqas,
b’kollox, minn siegħa.
Vaganzi.
kalendarja, għal -
(a) il-vaganzi tas-soltu kollha b’paga sħiħa, u
(b) wara tliet xhur fl-impieg, leave ta’ vaganza ta’ dak in-
numru ta’ ġranet tax-xogħol b’paga sħiħa li jkun daqs
in-numru ta’ ġranet tax-xogħol li dak l-impjegat
partikolari normalment ikollu jattendi għax-xogħol
4 L.S.452.47 ħ
KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-ISKEJJEL 
PRIVATI LI JIRREGOLA L-PAGI 
matul perijodu ta’ erba’ ġimgħat:
Iżda mpjegati whole-time li jkun ilhom fl-impieg
għal anqas minn sena jkollhom dritt għal dik il-parti
ta’ l-imsemmi leave ta’ vaganza li tkun bi proporzjon
għan-numru ta’ xhur fl-impieg:
Iżda wkoll li l-leave ta’ vaganza jista’ jittieħed
biss matul il-vaganzi tas-sajf ta’ l-iskola.
Leave għal mard. 17. (1) Wara li jagħmlu tliet xhur servizz kontinwu mpjegati
whole-time jkunu ntitolati għal leave għal mard f’kull sena
kalendarja kif ġej:
Kap. 318.
(a) għaxart ijiem b’paga sħiħa nieqes kull benefiċċju għal
mard li għalih jista’ jkollhom dritt skond l-Att dwar is-
Sigurtà  Soċjali;
(b) għaxart ijieim b’nofs paga; u
(ċ) għaxart ijiem mingħajr paga.
(2) Ċertifikat mediku li jiċċertifika inkapaċità  għax-xogħol
għall-perijodu kollu għandu jiġi mogħti lill-prinċipal jekk ikun
hekk mitlub.
L-anqas rati ta’ 
sahra.
18. Ħlief f’każ fejn skejjel jipprovdu faċilitajiet residenzjali
għall-istudenti, meta mpjegati whole-time jaħdmu permezz ta’
roster approvat, kemm mill-prinċipal u l-impjegati, impjegati
whole-time jkunu ntitolati għar-rati ta’ sahra kif ġej:
(a) fil-każ ta’ għassiesa whole-time -
(i) għall-ħin kollu li jinħadem fil-ġurnata ta’
mistrieħ jew f’vaganza tas-soltu ... ħin doppju;
(ii) għall-ħin kollu li jinħadem iżjed minn sittin
siegħa f’ġimgħa waħda .................. ħin u nofs;
(b) fil-każ ta’ mpjegati whole-time -
(i) għall-ħin kollu li jinħadem f’vaganza tas-soltu
jew fi btala pubblika oħra ............. ħin doppju;
(ii) għall-ħin kollu li jinħadem ’il fuq minn erbgħa u
erbgħin siegħa f’xi ġimgħa waħda li tibda mit-
Tnejn sas-Sibt ................................ ħin u nofs.
Leave ieħor. 19. Impjegati whole-time ikunu ntitolati għall-istess leave għal
korriment, leave għal luttu, leave speċjali u leave għal ġurijiet kif
provdut fit-Taqsima IV ta’ din l-Iskeda għall-impjegati whole-time
oħra.
L-anqas 
rimunerazzjoni ta’ 
impjegati part-
time.
20. Impjegati part-time huma ntitolati għall-anqas rata ta’
siegħa kalkolata pro rata skond id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 12
u 13 ta’ din l-Iskeda.
TAQSIMA IV
Dritt għal leave ieħor
Leave għal 
korriment.
Kap. 318.
21. Impjegat whole-time ikollu dritt għal sena leave għal
korriment b’paga sħiħa, nieqes l-ammont sħiħ ta’ kull benefiċċju
għal korriment li għalih dak l-impjegat ikollu dritt skond l-Att dwar
KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-ISKEJJEL 
PRIVATI LI JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.47 5
is-Sigurtà  Soċjali, jekk ikorri waqt il-qadi attwali ta’ dmirijietu u
dak il-korriment ma jkunx minħabba traskuraġni kontributorja
minn naħa tiegħu jew minħabba ksur minnu ta’ xi regoli dwar
ħarsien mill-periklu stabbiliti mill-management.
Leave għal luttu.
ħlas fil-każ tal-mewt ta’ xi wieħed mill qraba li ġejjin: il-mara, ir-
raġel, l-omm, il-missier (jew il-persuna li f’dak iż-żmien tkun fil-
fatt tagħmilha ta’ omm jew missier l-impjegat), l-iben, il-bint, ħuh
jew oħtu.
Leave speċjali.
fl-okkażjoni taż-żwieġ tiegħu u għal ġurnata leave b’paga sħiħa fl-
okkażjoni tat-twelid ta’ tarbija lil martu.
Servizz ta’ ġurijiet.
għandu jiġi mogħti l-ħin kollu meħtieġ biex jattendi l-Qrati
mingħajr telf ta’ paga.
TAQSIMA V
Supplimentari
Età  ta’ rtirar mix-
xogħol.
25. F’każ fejn impjegat raġel, kemm jekk ikun għalliem kif
ukoll jekk ma jkunx għalliem, huwa mistenni li jirtira mix-xogħal
fl-età  ta’ sittin sena, impjegat bħal dan għandu jingħata l-
opportunità  minn min iħaddmu biex jibqa’ fl-impieg tiegħu ’l fuq
minn din l-età  u ta’ l-anqas sakemm jilħlaq l-età  ta’ wieħed u sittin
sena, iżda l-impjegat konċernat xorta għandu jitħalla, jekk huwa
ikun irid, li jirtira fl-età  ta’ sittin sena.
Ikel.
tletin ċenteżmu għal kull ġurnata li huwa, bi ftehim ma’ l-impjegat,
jipprovdi ikla prinċipali lill-impjegat.
(2) Għall-fini ta’ dan il-paragrafu, "ikla prinċipali" tfisser ikla
ta’ nofs in-nhar jew ikla ta’ fil-għaxija.
NOTA TA’ TIFSIR
(Din in-nota mhix parti mill-Ordni, iżda hija maħsuba biex turi l-
applikabilità  tiegħu).
Il-Kunsill tal-Pagi għall-Iskejjel Privati jopera għall-impjegati
kollha li jaħdmu b’kuntratt ta’ servizz fl-iskejjel kollha (barra minn
dawk l-iskejjel imwaqqfin u mmexxijin mill-Gvern ta’ Malta jew l-
Università  ta’ Malta) iżda esklużi dawk il-membri tal-persunal li
għalihom il-Gvern ta’ Malta jħallas salarju jew allowance
individwali lir-rappreżentanti ta’ l-assoċjazzjoni reliġjuża li
minnha jagħmlu parti dawk il-membri.
