KUNSILL TAL-PAGI GĦAX-XOGĦOL TA’ L-ISTAMPA U 
PUBBLIKAZZJONI BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.48 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.48
ORDNI TAL-KUNSILL TAL-PAGI
GĦAX-XOGĦOL TA’ L-ISTAMPA U 
PUBBLIKAZZJONI BIEX JIRREGOLA L-PAGI
1 ta’ Awissu, 1977
L-AVVIŻ LEGALI 88 ta’ l-1977, kif emendat bl-Avviż Legali 6 ta’ l-
1979.
Titolu.
Xogħol ta’ l-Istampa u Pubblikazzjoni biex jirregola l-Pagi.
Applikazzjoni ta’ l-
Ordni.
2. Id-disposizzjonijiet murija fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-
Ordni għandhom ikunu japplikaw għall-impjegati kollha li
dwarhom il-Kunsill tal-Pagi għax-Xogħol ta’ l-Istampa u
Pubblikazzjoni jaħdem.
Emendata:
A.L. 6 ta’ l-1979.
SKEDA
Tifsir.
xort’oħra -
Kap. 252.
"festi tas-soltu" tfisser il-ġranet (barra mill-Ħdud) iddikjarati
għal dak iż-żmien bħala btajjel pubbliċi skond jew taħt l-Att dwar
il-Jum Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi oħra;
"ħaddiem ta’ bi nhar" tfisser impjegat li m’huwiex ħaddiem ta’
bil-lejl;
"ħinijet tax-xogħol" tfisser il-ħin f’kull ġurnata li matulu l-
impjegati jkunu għad-disposizzjoni tal-prinċipal, bla ma jingħaddu
l-intervalli permessi għall-ikel u għall-mistrieħ;
"ħaddiem ta’ bil-lejl" tfisser impjegat minbarra għassies li l-
ħinijet tiegħu tax-xogħol f’kull ġurnata eskluża s-sahra jibdew wara
l-5.00 p.m. jew jispiċċaw wara t-8.00 p.m.;
"impjegat part-time" tfisser impjegat li m’huwiex impjegat
whole-time;
"impjegat whole-time" tfisser impjegat li jaħdem għal aktar minn
tletin siegħa fil-ġimgħa;
"perijodu ta’ mpieg" tfisser il-ħin f’kull ġurnata li matulu l-
impjegati jkunu għad-disposizzjoni tal-prinċipal, iżda magħdud il-
ħin permess għall-ikel u għall-mistrieħ;
"ħin u nofs" tfisser darba u nofs ir-rata fis-siegħa li tirriżulta billi
wieħed jiddividi b’erbgħin, fil-każ ta’ ħaddiem ta’ bi nhar, u
tmienja u tletin, fil-każ ta’ ħaddiem ta’ bil-lejl, l-inqas
rimunerazzjoni fil-ġimgħa li għaliha mpjegat ikollu dritt skond id-
disposizzjonijiet tal-paragrafu 3 ta’ din l-Iskeda;
"paga" tfisser rimunerazzjoni jew qligħ, li jitħallsu bi flus minn
prinċipal lil impjegat;
2 L.S.452.48 ħ
KUNSILL TAL-PAGI GĦAX-XOGĦOL TA’ L-ISTAMPA U 
PUBBLIKAZZJONI BIEX JIRREGOLA L-PAGI
"ġurnata tax-xogħol" dwar kull impjegat tfisser kull ġurnata li
soltu dak l-impjegat ikun mistenni jaħdem.
Ħinijiet ta’ xogħol. 2. L-inqas rimunerazzjoni fil-ġimgħa speċifikata fil-paragrafu
3 ta’ din l-Iskeda tapplika:
(a) fil-każ ta’ ħaddiem bi nhar, għal ġimgħa ta’ erbgħin
siegħa xogħol mifruxa fuq ħamest ijiem;
(b) fil-każ ta’ ħaddiem bil-lejl, għal ġimgħa ta’ tmienja u
tletin siegħa xogħol eskluża s-sahra; u
(ċ) fil-każ ta’ għassies, għal ġimgħa ta’ tmienja u erbgħin
siegħa xogħol eskluża s-sahra.
L-inqas 
rimunerazzjoni.
2. L-inqas rimunerazzjoni fil-ġimgħa li għandha titħallas lill-
impjegati whole-time għandha tkun din li ġejja:
(a) Għassiesa .................................................. Lm17.38,0
u
(b) Impjegati oħra ta’ l-età  ta’:
(i) 18-il sena jew fuqhom ...................... Lm17.38,0
(ii) 17-il sena ......................................... Lm14.47,0
(iii) 16-il sena ........................................ Lm13.24,0.
L-anqas ħin ta’ 
mistrieħ kuljum.
4. L-impjegati, sew ta’ bi nhar kemm ta’ bil-lejl, jingħataw
intervalli ta’ mhux anqas, b’kollox, minn siegħa għall-ikel u għall-
mistrieħ f’kull perijodu ta’ mpieg li fih is-sigħat tax-xogħol ma
jkunux inqas minn ħames sigħat u nofs.
L-anqas mistrieħ 
ta’ kull ġimgħa.
5. L-impjegati jingħataw ġurnata sħiħa frank kull ġimgħa.
Sahra. 6. (1) Is-sahra titħallas kif ġej:
(a) fil-każ ta’ għassiesa, ħin u nofs għax-xogħol kollu ’l
fuq minn tmienja u erbgħin siegħa f’xi ġimgħa;
(b) fil-każ ta’ ħaddiema ta’ bi nhar barra minn għassiesa -
(i) għal xogħol ’il fuq minn tmien sigħat f’ġurnata
waħda .............................................. ħin u nofs;
(ii) għal xogħol ’il fuq minn erbgħin siegħa
f’ġimgħa eskluż kull ħin imħallas bir-rati ta’
sahra ................................................ ħin u nofs;
(ċ) fil-każ ta’ ħaddiema ta’ bil-lejl barra minn għassiesa -
(i) għal xogħol ’il fuq minn sitt sigħat u nofs f’kull
perijodu ta’ mpieg ............................ ħin u nofs;
(ii) għal xogħol ’il fuq minn tmienja u tletin siegħa
f’ġimgħa eskluż kull ħin imħallas bir-rati ta’
sahra ................................................ ħin u nofs.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-sub-paragrafu (1) ta’
dan il-paragrafu -
(a) fil-każ ta’ ħaddiema ta’ bil-lejl li jaħdmu ġimgħa ta’
ħamest ijiem, in-numru ta’ sigħat li meta jiġi skorrut
għandha titħallas is-sahra għandu jkun ta’ seba’ sigħat
u nofs f’kull perijodu ta’ mpieg, u
KUNSILL TAL-PAGI GĦAX-XOGĦOL TA’ L-ISTAMPA U 
PUBBLIKAZZJONI BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.48 3
(b) bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 7 ta’ din
l-Iskeda, kull ġimgħa li fiha jkun hemm ġurnata tax-
xogħol li taħbat vaganza tas-soltu, is-sahra titħallas
għal xogħol li jiskorri tnejn u tletin siegħa fil-każ ta’
ħaddiema ta’ bi nhar, u wieħed u tletin siegħa u nofs
fil-każ ta’ ħaddiema ta’ bil-lejl li jkunu jaħdmu
ġimgħa ta’ sitt ijiem u tletin siegħa u nofs fil-każ ta’
ħaddiema ta’ bil-lejl li jaħdmu ġimgħa ta’ ħamest
ijiem.
Leave.
għal -
(a) il-vaganzi tas-soltu kollha b’paga sħiħa, u
(b) wara tliet xhur fl-impieg, leave ta’ vaganza ta’ dak in-
numru ta’ ġranet tax-xogħol b’paga sħiħa li jkun daqs
in-numru ta’ ġranet tax-xogħol li dak l-impjegat
partikolari normalment ikollu jattendi għax-xogħol
matul perijodu ta’ erba’ ġimgħat:
Iżda mpjegati whole-time li jkun ilhom fl-impieg
għal anqas minn sena jkollhom dritt għal dik il-parti
ta’ l-imsemmi leave ta’ vaganza li tkun bi proporzjon
għan-numru ta’ xhur fl-impieg.
Leave għal mard.
Kap. 318.
8. Wara li jagħmlu sena servizz kontinwu, l-impjegati
jkollhom dritt għal tnax-il ġurnata leave għal mard bil-paga sħiħa
f’kull sena kalendarja, nieqes kull benefiċċju għal mard li għalih
huma jista’ jkollhom dritt skond l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali,
kemm-il darba jingħata lill-prinċipal ċertifikat tat-tabib li
jiċċertifika inkapacità  għax xogħol matul il-perijodu kollu tan-
nuqqas.
Leave għal 
korriment.
Kap. 318.
9. Impjegat whole-time ikollu dritt għal massimu ta’ sena
leave għal korriment b’paga sħiħa nieqes l-ammont sħiħ ta’ kull
benefiċċju għal korrrment li għalih dak l-impjegat ikollu dritt
skond l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali, jekk ikorri waqt il-qadi attwali
ta’ dmirijietu, u dak il-korriment ma jkunx minħabba xi traskuraġni
kontributorja minn naħa tiegħu jew minħabba ksur minnu ta’ xi
regoli dwar ħarsien mill-periklu stabbiliti mill-management.
Leave għal luttu.
każ tal-mewt ta’ xi ħadd mill-qraba li ġejjin: il-mara, ir-raġel, l-
omm, il-missier (jew il-persuna li f’dak iż-żmien kienet fil-fatt
qegħda tagħmilha ta’ omm jew missier l-impjegat), bint jew iben, u
oħt jew ħu l-impjegat.
Leave speċjali.
okkażjoni taż-żwieġ tagħhom u ġurnata leave bil-ħlas fl-okkażjoni
tat-twelid ta’ tarbija lill-mara ta’ l-impjegat.
Servizz għal ġurat.
ġurati jingħataw iż-żmien kollu li jkun meħtieġ b’paga sħiħa sabiex
ikunu jistgħu jattendu għal dak is-servizz fil-Qorti.
Impjegati part-
time.
13. Impjegati part-time għandhom jitħallsu pro rata b’rata fis-
siegħa ta’ mhux anqas minn dik applikabbli għall-impjegati whole-
time jiġifieri r-rata xierqa fil-ġimgħa kif tidher fil-paragrafu 3 ta’
din l-Iskeda diviża bin-numru ta’ sigħat kif stipulati fil-paragrafu 2
4 L.S.452.48 ħ
KUNSILL TAL-PAGI GĦAX-XOGĦOL TA’ L-ISTAMPA U 
PUBBLIKAZZJONI BIEX JIRREGOLA L-PAGI
ta’ l-imsemmija Skeda.
Età  ta’ rtirar. 14. F’każ fejn impjegat raġel huwa mistenni li jirtira mix-
xogħol fl-età  ta’ sittin sena, impjegat bħal dan għandu jingħata l-
opportunità  minn min iħaddmu biex jibqa’ fl-impieg tiegħu ’l fuq
minn din l-età  u ta’ l-anqas sakemm jilħaq l-età  ta’ wieħed u sittin
sena, iżda dak l-impjegat xorta għandu jitħalla, jekk huwa jkun irid,
li jirtira fl-età  ta’ sittin sena.
NOTA TA’ TIFSIR
(Din in-nota mhix parti mill-Ordni iżda hija maħsuba biex turi l-
applikabbilità  tiegħu).
Id-disposizzjonijiet fl-Iskeda ta’ hawn fuq japplikaw għall-
imgjegati kollha, barra minn apprendisti, fl-istabbilimenti kollha
ta’ l-istampa, pubblikazzjoni jew legatura tal-kotba.
