KUNSILL TAL-PAGI DWAR IL-PRODOTTI TAT-TAFAL 
U L-ĦĠIEĠ BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.49 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.49
ORDNI TAL-KUNSILL TAL-PAGI
DWAR IL-PRODOTTI TAT-TAFAL U L-ĦĠIEĠ
BIEX JIRREGOLA L-PAGI
8 ta’ Awissu, 1977
L-AVVIŻ LEGALI 98 ta’ l-1977, kif emendat bl-Avviżi Legali 4 ta’ l-
1979, 75 ta’ l-1980 u 113 ta’ l-1991.
Titolu.
il-Prodotti tat-Tafal u l-Ħġieġ biex jirregola l-Pagi.
Applikazzjoni ta’ l-
Ordni.
2. Id-disposizzjonijiet murija fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-
Ordni għandhom ikunu japplikaw għall-impjegati kollha li
dwarhom il-Kunsill tal-Pagi dwar il-Prodotti tat-Tafal u l-Ħġieġ
jaħdem.
Emendata:
A.L. 4 ta’ l-1979;
A.L. 75 ta’ l-1980;
A.L. 113 ta’ l-
1991.
SKEDA
Tifsir.
xort’oħra -
Kap. 252.
"vaganzi tas-soltu" tfisser il-ġranet (barra mill-Ħdud) iddikjarati
għal dak iż-żmien bħala btajjel pubbliċi skond jew taħt l-Att dwar
il-Jum Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi oħra;
"ġurnata" tfisser fil-każ ta’ mpjegati bix-shift perijodu ta’ erbgħa
u għoxrin siegħa konsekuttivi; fil-każijiet l-oħra kollha perijodu li
jibda minn nofs il-lejl ta’ jum sa nofs il-lejl tal-jum ta’ wara;
"nofs ta’ nhar" tfisser perijodu ta’ tnax-il siegħa konsekuttivi li
jispiċċa fis-1.00 p.m. jew fis-1.00 a.m.;
"ħinijiet tax-xogħol" tfisser il-ħin f’kull ġurnata li matulu l-
impjegati jkunu għad-disposizzjoni tal-prinċipal esklużi l-intervalli
permessi għall-ikel u għall-mistrieħ;
"shift bil-lejl" tfisser perijodu ta’ mpieg li jinkludi fih is-sigħat
mill-10.00 p.m. ta’ ġurnata sas-6.00 a.m. tal-ġurnata ta’ wara;
"impjegat part-time" tfisser impjegat li m’huwiex impjegat
whole-time;
"perijodu ta’ mpieg" tfisser il-ħin f’kull ġurnata li matulu l-
impjegati jkunu għad-disposizzjoni tal-prinċipal, inklużi l-
intervalli permessi għall-ikel u għall-mistrieħ;
"impjegat bix-shift" tfisser impjegat li huwa regolarment
impjegat ġurnata xogħol bi nhar u ġurnata xogħol bil-lejl fuq bażi
ta’ ċiklu regolari;
"ħin u nofs" u "ħin doppju" jfissru rispettivament darba u nofs u
d-doppju tar-rata attwali tal-ħin li titħallas lill-impjegat;
2 L.S.452.49 ħ
KUNSILL TAL-PAGI DWAR IL-PRODOTTI TAT-TAFAL 
U L-ĦĠIEĠ BIEX JIRREGOLA L-PAGI
"paga" tfisser rimunerazzjoni jew qligħ li jitħallas bi flus minn
prinċipal lil impjegat;
"għassies" tfisser persuna li tħares il-proprjetà  tal-principal
tagħha kontra ħruq, serq, dħul mingħajr permess u ċirkostanzi oħra;
"ġimgħa" tfisser ġimgħa kalendarja;
"ġurnata mistrieħ fil-ġimgħa" tfisser perijodu ta’ erbgħa u
għoxrin siegħa konsekuttivi li jibda mill-ħin li fih l-impjegat soltu
jibda t-turn tiegħu ta’ xogħol;
"impjegat whole-time" tfisser impjegat li mhux għassies, li hu
impjegat għal aktar minn tletin siegħa f’xi ġimgħa waħda,
imqassma f’mhux anqas minn erbat ijiem.
Ħinijiet tax-
xogħol.
2. Il-paga minima fil-ġimgħa għandha tkun relattiva għal
ġimgħa ta’ mhux aktar minn:
(a) erbgħin siegħa xogħol fil-każ ta’ mpjegati whole-time
li m’humiex għassiesa mqassma fuq ġimgħa ta’ ħamest
ijiem;
(b) tnejn u ħamsin siegħa xogħol fil-każ ta’ għassiesa
mqassma fuq ġimgħa ta’ sitt ijiem.
Pagi minimi ta’ 
mpjegati whole-
time.
3.(1) (a) Impjegati whole-time fl-industrija, barra minn
għassiesa, ikunu ntitolati għal dawn il-pagi minimi fil-
ġimgħa, fuq bażi ta’ età , kif ġej:
Fl-età  ta’ 18-il sena jew fuqha ................. Lm34.13,0
Fl-età  ta’ 17-il sena jew fuqha ................. Lm31.22,0
Fl-età  ta’ 16-il sena jew fuqha ................. Lm29.99,0
(b) Għassiesa għandhom jitħallsu paga minima fil-ġimgħa
ta’ Lm34.13,0 indipendentement mill-età  tagħhom.
(2) F’dan il-paragrafu "industrija" tinkludi l-istabbilimenti
kollha li jaqgħu fil-qasam li għalih japplika l-Kunsill tal-Pagi dwar
Prodotti tat-Tafal u l-Ħġieġ.
L-anqas ħlas ta’ 
mpjegati part-time.
4. Impjegati part-time għandhom jitħallsu pro rata b’rata fis-
siegħa li ma tkunx anqas mill-anqas rata tal-ħin applikabbli għal
impjegati whole-time.
Rata għal shift bil-
lejl.
5. L-impjegati whole-time mħaddmin fuq shift bil-lejl
għandhom fil-waqt li jkunu hekk imħaddma, jitħallsu bir-rata fis-
siegħa li tkun daqs darba u parti minn sitta tar-rata attwali ordinarja
li tapplika għall-impjegat. Din ir-rata ogħla għandha titqies bħala r-
rata attwali tal-ħin biex b’bażi tagħha jiġi ffissat l-ammont ta’
kwalunkwe sahra li titħallas skond id-disposizzjonijiet tal-
paragrafu 8 ta’ din l-Iskeda lill-impjegati safejn għandhom
x’jaqsmu ħinijiet maħdumin f’shift bil-lejl.
L-anqas mistrieħ 
kull jum.
6. Impjegati whole-time li m’humiex għassiesa għandhom
jingħataw intervalli għall-ikel u għall-mistrieħ ta’ mhux anqas
minn siegħa b’kollox kuljum.
L-anqas mistrieħ 
fil-ġimgħa.
7. (a) Impjegati whole-time, barra minn għassiesa, għandu
jkollhom jumejn mistrieħ fil-ġimgħa.
(b) Għassiesa għandu jkollhom ġurnata mistrieħ fil-
KUNSILL TAL-PAGI DWAR IL-PRODOTTI TAT-TAFAL 
U L-ĦĠIEĠ BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.49 3
ġimgħa.
L-anqas rata ta’ 
sahra.
8. (1) L-impjegati kollha, barra minn għassiesa, għandhom
jitħallsu sahra kif ġej:
(a) għall-ħin kollu maħdum ’il fuq mill-ħin tas-soltu ta’ l-
istabbiliment f’kull ġurnata mit-Tnejn sas-Sibt
.................................................................. ħin u nofs; 
(b) għall-ħin kollu fil-Ħdud jew fil-festi tas-soltu
................................................................. ħin doppju;
(ċ) eskluża kull sahra li titħallas skond id-disposizzjonijiet
ta’ qabel, għas-sigħat kollha maħduma ’l fuq minn
erbgħin f’ġimgħa waħda ............................ ħin u nofs.
(2) Fil-każ ta’ għassiesa għandhom jitħallsu sahra kif ġej:
(a) għall kull siegħa maħduma ’l fuq minn tnejn u ħamsin
siegħa f’ġimgħa waħda .............................. ħin u nofs;
(b) għall kull siegħa maħduma fil-ġurnata tal-mistrieħ jew
f’vaganza tas-soltu ................................... ħin doppju.
Vaganzi bi ħlas.
jkunu intitolati għalih impjegati whole-time skond il-paragrafu 7,
impjegati whole-time għandhom jedd għall-festi nazzjonali u għall-
btajjel pubbliċi kollha b’paga sħiħa, u għal dan il-leave għal
vaganza li ġej li ma jkunx inqas minn -
(a) erba’ ġimgħat tax-xogħol u jum wieħed tax-xogħol
matul is-snin kalendarji 1988 u 1989;
(b) erba’ ġimgħat tax-xogħol u jumejn tax-xogħol matul
is-sena kalendarja 1990;
(ċ) erba’ ġimgħat tax-xogħol u tliet ijiem tax-xogħol
matul is-sena kalendarja 1991;
(d) erba’ ġimgħat tax-xogħol u erbat ijiem tax-xogħol
matul is-sena kalendarja 1992 u matul kull sena oħra
kalendarja li tiġi wara:
Iżda meta mpjegat whole-time ikun ilu mpjegat għal inqas
minn tnax-il xahar matul xi sena kalendarja, ikollu jedd għal dik il-
parti tal-leave għal vaganza msemmi skond ma jkun il-proporzjon
tan-numru ta’ xhur li jkun ilu fl-impieg.
(2) Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu "leave għal vaganza"
tfisser leave bi ħlas li jista’ jittieħed f’jiem miftehmin bejn
prinċipal u mpjegat, b’dan illi jum wieħed leave għal vaganza
matul l-1988 u l-1989, jumejn leave għal vaganza matul l-1990,
tliet ijiem leave għal vaganza matul l-1991 u erbat ijiem leave għal
vaganza matul l-1992 u matul kull sena oħra kalendarja li tiġi wara
ma jkunux jagħmlu parti minn xi shut-down u għandhom jingħataw
mill-prinċipal bħala leave li jittieħed b’għażla b’żieda ma’ kull
leave li jittieħed b’għażla li l-impjegat seta’ kellu jedd għalih fid-9
ta’ Novembru, 1988.
Leave għal mard.
Kap. 318.
10. F’kull sena kalendarja mpjegati whole-time jkunu ntitolati
għal għaxart ijiem leave għal mard bi ħlas sħiħ nieqes kull ammont
ta’ benefiċċju għal mard li għalih jista’ jkunu ntitolati skond l-Att
dwar is-Sigurtà  Soċjali, iżda għandu jintbagħat ċertifikat mediku
4 L.S.452.49 ħ
KUNSILL TAL-PAGI DWAR IL-PRODOTTI TAT-TAFAL 
U L-ĦĠIEĠ BIEX JIRREGOLA L-PAGI
lill-prinċipal, li jkollu d-dritt, jekk iħoss xieraq, li jibgħat it-tabib
tiegħu jagħmel eżami mediku lill-impjegat.
Leave għal ġurat. 11. Impjegati whole-time jkollhom leave bi ħlas, meta meħtieġ
u għal tant ħin kemm ikun hemm bżonn biex iservu ta’ ġurati
f’dawk l-okkażjonijiet li jkunu msejħa jservu fil-Qrati.
Leave għal luttu. 12. Impjegati whole-time jkollhom leave bi ħlas fil-ġurnata tal-
mewt u fil-ġurnata tal-funeral ta’ xi wieħed minn dawn il-qraba: il-
mara jew ir-raġel, l-omm jew il-missier, iben jew bint, ħu jew oħt.
Leave speċjali. 13. Impjegat whole-time jingħata tliet ijiem tax-xogħol leave
b’paga sħiħa fl-okkażjoni taż-żwieġ tiegħu u jumejn tax-xogħol
leave b’paga sħiħa fl-okkażjoni tat-twelid ta’ tarbija lil martu.
Leave għal 
korriment.
Kap. 318.
14. Impjegat whole-time ikollu dritt għal sena leave b’paga
sħiħa f’każ ta’ korriment, nieqes l-ammont sħiħ ta’ kull benefiċċju
għal korriment li għalih dak l-impjegat ikollu dritt skond l-Att dwar
is-Sigurtà  Soċjali, jekk ikorri waqt il-qadi attwali ta’ dmirijietu u
dak il-korriment ma jkunx minħabba traskuraġni kontributorja
minn naħa tiegħu jew minħabba ksur minnu ta’ xi regoli dwar
ħarsien mill-periklu stabbiliti mill-management.
Ħin ta’ stennija. 15. Impjegat ikun intitolat għall-ħlas tal-paga attwali
applikabbli għalih fil-ħin kollu li matulu jkun preżenti fil-post tal-
prinċipal jew band’oħra, sakemm ma jkunx qiegħed hemm f’waħda
minn dawn iċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a) mingħajr il-permess tal-prinċipal, imfisser jew
mifhum;
(b) għal xi raġuni li m’hix konnessa max-xogħol tiegħu u
ma jkunx qed jistenna xogħol jiġi mogħti lilu
x’jagħmel;
(ċ) għar-raġuni biss tal-fatt li hu residenti hemmhekk; 
(d) matul il-ħinijiet ta’ l-ikel tas-soltu, f’kamra jew f’post
fejn mhux qed jistenna xogħol jiġi mogħti lilu
x’jagħmel.
Età  ta’ rtirar. 15. F’każ fejn impjegat ikun mistenni jirtira fl-età  ta’ sittin
sena dak l-impjegat jingħata l-opportunità  mill-prinċipal tiegħu li
jibqa’ f’dak l-impieg ’il fuq minn dik l-età  għall-anqas sa l-età  ta’
wieħed u sittin sena iżda l-impjegat li jkun għandu xorta jitħalla,
jekk huwa hekk ikun irid, li jirtira fl-età  ta’ sittin sena.
NOTA TA’ TIFSIR
(Din in-nota m’hix parti mill-Iskeda iżda hija maħsuba biex turi
l-applikabbilità  tagħha).
Din l-Iskeda tapplika għall-impjegati kollha f’kull impriża jew
parti minn impriża, li l-attivitajiet tagħha jikkonsistu għal kollox
jew prinċipalment fi prodotti tat-tafal, fuħħar, kina, fajjenza,
ċeramika, ħġieġ, oġġetti tal-ħġieġ, mirja u neon signs u fibreglass u
prodotti tal-fibreglass.
