KUNSILL TAL-PAGI TA’ L-AGRIKOLTURA U INDUSTR-
IJI KONNESSI MAGĦHA BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.50 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.50
ORDNI TAL-KUNSILL TAL-PAGI
TA’ L-AGRIKOLTURA U INDUSTRIJI KONNESSI 
MAGĦHA BIEX JIRREGOLA L-PAGI
8 ta’ Awissu, 1977
L-AVVIŻ LEGALI 99 ta’ l-1977, kif emendat bl-Avviżi Legali 121 ta’ l-
1978 u 111 ta’ l-1990.
Titolu.
Agrikoltura u Industriji Konnessi Magħha biex jirregola l-Pagi.
Applikazzjoni ta’ l-
Ordni.
2. Id-disposizzjonijiet murija fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-
Ordni għandhom ikunu japplikaw għall-impjegati kollha li
dwarhom il-Kunsill tal-Pagi ta’ l-Agrikoltura u Industriji Konnessi
Magħha jaħdem.
Emendata:
A.L. 121 ta’ l-
1978;
A.L. 111 ta’ l-
1990.
SKEDA
Tifsir.
xort’oħra -
Kap. 252.
"vaganzi tas-soltu" tfisser il-ġranet (barra mill-Ħdud) iddikjarati
għal dak iż-żmien bħala btajjel pubbliċi skond jew taħt l-Att dwar
il-Jum Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi oħra;
"ħinijiet tax-xogħol" tfisser il-ħin f’kull ġurnata li matulu l-
impjegati jkunu għad-disposizzjoni tal-prinċipal, esklużi l-
intervalli permessi għall-ikel u għall-mistrieħ;
"ħin u nofs" u "ħin doppju" jfissru rispettivament darba u nofs u
darbtejn ir-rata attwali li tapplika għall-impjegati;
"paga" tfisser rimunerazzjoni jew qligħ li jitħallas bi flus minn
prinċipal lil impjegat;
"għassies" tfisser persuna li tħares il-proprjetà  tal-prinċipal
tagħha kontra ħruq, serq, dħul mingħajr permess u okkorrenzi
simili;
"ġimgħa" tfisser ġimgħa kalendarja;
"impjegat part-time" tfisser impjegat li mhux impjegat whole-
time;
"impjegat whole-time" tfisser impjegat li jaħdem għal aktar minn
sitta u għoxrin siegħa mferrxa fuq perijodu ta’ mhux anqas minn
erbat ijiem f’xi ġimgħa ma’ l-istess prinċipal.
Ħinijiet ta’ xogħol.
whole-time għandha tkun relatata għal ġimgħa ta’ mhux aktar
minn-
2 L.S.452.50 ħ
KUNSILL TAL-PAGI TA’ L-AGRIKOLTURA U INDUSTR-
IJI KONNESSI MAGĦHA BIEX JIRREGOLA L-PAGI
(a) erbgħin siegħa fil-każ ta’ mpjegati li m’humiex
għassiesa;
(b) tnejn u ħamsin siegħa fil-każ ta’ għassiesa.
L-anqas pagi.  3. L-inqas paga fil-ġimgħa li għandha titħallas lill-impjegati
whole-time tkun kif ġej:
(a) għassiesa li huma mħaddmin għal kollox jew
prinċipalment fuq xogħol ġewwa .................. Lm32.88
(b) għassiesa li huma mħaddmin għal kollox jew
prinċipalment fuq xogħol barra ..................... Lm33.88
(ċ) impjegati oħra:
ta’ 18-il sena jew fuqhom ........................... Lm32.88
ta’ 17-il sena ........................................... Lm29.97
ta’ 16-il sena ............................................. Lm28.74.
L-anqas mistrieħ 
kuljum.
4. Impjegati whole-time għandu jkollhom intervalli għall-ikel
u għall-mistrieħ ta’ mhux anqas b’kollox minn siegħa kuljum.
L-anqas mistrieħ 
f’ġimgħa.
5. Impjegati whole-time għandhom ikunu ntitolati għal
ġurnata mistrieħ f’kull perijodu ta’ sebat ijiem konsekuttivi.
L-anqas rati ta’ 
sahra.
6. L-impjegati whole-time ikunu ntitolati għall-ħlas ta’ sahra
kif ġej:
(a) għassiesa:
(i) għal kull siegħa maħduma ’l fuq minn disa’
sigħat f’ġurnata waħda, barra l-Ħadd
......................................................... ħin u nofs;
(ii) għas-sigħat kollha ta’ xogħol fil-Ħdud
........................................................ ħin doppju;
(iii) għall-ħin kollu maħdum f’vaganza tas-soltu
........................................................ ħin doppju;
(iv) għal kull siegħa maħduma ’l fuq minn tnejn u
ħamsin siegħa f’ġimgħa waħda, esklużi s-sigħat
kollha li għalihom għandha titħallas sahra skond
id-disposizzjonijiet ta’ qabel ............. ħin u nofs;
(b) impjegati oħrajn li m’humiex għassiesa:
(i) għal kull siegħa maħduma ’l fuq minn tmien
sigħat f’kull ġurnata, barra l-ġurnata tal-mistrieħ
fil-ġimgħa ta’ l-impjegat .................. ħin u nofs;
(ii) għas-sigħat kollha maħdumin fil-ġurnata tal-
mistrieħ fil-ġimgħa ta’ l-impjegat .... ħin doppju;
(iii) għall-ħin kollu maħdum f’vaganza tas-soltu
........................................................ ħin doppju;
(iv) għal kull siegħa li tinħadem ’il fuq minn erbgħin
siegħa f’ġimgħa waħda, esklużi s-sigħat li
għalihom għandha titħallas sahra skond id-
disposizzjonijiet ta’ qabel ................. ħin u nofs.
Vaganzi bi ħlas. 7. (1) B’żieda ma’ l-anqas mistrieħ fil-ġimgħa li jistgħu
jkunu intitolati għalih impjegati whole-time skond il-paragrafu 5,
impjegati whole-time għandhom jedd għall-festi nazzjonali u għall-
KUNSILL TAL-PAGI TA’ L-AGRIKOLTURA U INDUSTR-
IJI KONNESSI MAGĦHA BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.50 3
btajjel pubbliċi kollha b’paga sħiħa, u għal dan il-leave għal
vaganza li ġej li ma jkunx inqas minn -
(a) erba’ ġimgħat tax-xogħol u jum wieħed tax-xogħol
matul is-snin kalendarji 1988 u 1989;
(b) erba’ ġimgħat tax-xogħol u jumejn tax-xogħol matul
is-sena kalendarja 1990;
(ċ) erba’ ġimgħat tax-xogħol u tliet ijiem tax-xogħol
matul is-sena kalendarja 1991;
(d) erba’ ġimgħat tax-xogħol u erbat ijiem tax-xogħol
matul is-sena kalendarja 1992 u matul kull sena oħra
kalendarja li tiġi wara:
Iżda meta impjegat whole-time ikun ilu mpjegat għal inqas
minn tnax-il xahar matul xi sena kalendarja, ikollu jedd għal dik il-
parti tal-leave għal vaganza msemmi skond ma jkun il-proporzjon
tan-numru ta’ xhur li jkun ilu fl-impieg.
(2) Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu "leave għal vaganza"
tfisser leave bi ħlas li jista’ jittieħed f’jiem miftehmin bejn
prinċipal u mpjegat, b’dan illi jum wieħed leave għal vaganza
matul 1988 u 1989, jumejn leave għal vaganza matul 1990, tliet
ijiem leave għal vaganza matul l-1991 u erbat ijiem leave għall-
vaganza matul l-1992 u matul kull sena oħra kalendarja li tiġi wara
ma jkunux jagħmlu parti minn xi shut-down u għandhom jingħataw
mill-prinċipal bħala leave li jittieħed b’għażla b’żieda ma’ kull
leave li jittieħed b’għażla li l-impjegat seta’ kellu jedd għalih fid-9
ta’ Novembru, 1988.
Leave għal mard.
Kap. 318.
8. Wara sena ta’ mpieg, impjegat whole-time ikun intitolat
f’kull sena kalendarja għal tnax-il ġurnata leave għal mard b’paga
sħiħa nieqes l-ammont sħiħ ta’ kull benefiċċju għal mard li għalih
l-impjegat jista’ jkun intitolat skond l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali,
iżda għandu jiġi prodott lill-prinċipal ċertifikat mediku li jkopri ż-
żmien tan-nuqqas.
Leave għal luttu.
okkażjoni tal-mewt ta’ xi wieħed minn dawn il-qraba: il-missier, l-
omm jew il-persuna li fil-ħin tal-mewt kienet tagħmilha ta’ missier
jew omm l-impjegat, il-mara, ir-raġel, l-iben, il-bint, ħu jew oħt l-
impjegat.
Leave għal twelid.
okkażjoni tat-twelid ta’ tarbija lil martu.
Leave għal żwieġ.
ijiem leave b’paga sħiħa fl-okkażjoni taż-żwieġ tagħhom.
Leave għal 
korriment.
Kap. 318.
12. Impjegati whole-time għandhom ikunu ntitolati għal sena
leave b’paga sħiħa f’każ ta’ korriment, nieqes kull benefiċċju għall-
korriment li għalih jista’ jkollhom dritt skond l-Att dwar is-Sigurtà
Soċjali, jekk ikorru waqt il-qadi attwali ta’ dmirijiethom u mhux bi
traskuraġni kontributorja min-naħa tagħhom jew bi ksur ta’ regoli
ta’ ħarsien mill-periklu stabbiliti mill-management.
Leave għal ġurati.
jiġu mogħtija l-ħin kollu meħtieġ b’paga sħiħa sabiex jagħtu s-
servizz tagħhom fil-Qorti.
4 L.S.452.50 ħ
KUNSILL TAL-PAGI TA’ L-AGRIKOLTURA U INDUSTR-
IJI KONNESSI MAGĦHA BIEX JIRREGOLA L-PAGI
Impjegati part-
time.
14. Impjegati part-time huma ntitolati għall-anqas rata ta’
siegħa kalkolata pro rata skond id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 2
u 3 ta’ din l-Iskeda.
Età  ta’ rtirar mix-
xogħol.
15. F’każ fejn impjegat raġel huwa mistenni li jirtira mix-
xogħol fl-età  ta’ sittin sena, impjegat bħal dan għandu jingħata l-
opportunità  minn min iħaddmu biex jibqa’ fl-impieg tiegħu ’l fuq
minn din l-età  u ta’ l-anqas sakemm jilħaq l-età  ta’ wieħed u sittin
sena, iżda l-impjegat konċernat xorta għandu jitħalla, jekk huwa
hekk ikun irid, li jirtira fl-età  ta’ sittin sena.
NOTA TA’ TIFSIR
(Din in-nota m’hijiex parti mill-Iskeda iżda hija maħsuba biex
turi l-applikabbiltà  tagħha).
Id-disposizzjonijiet ta’ hawn fuq japplikaw għal kull impriża jew
parti minn impriża li l-attivitajiet tagħha jikkonsistu għal kollox
jew prinċipalmient f’xi waħda minn dawn li ġejjin:
Agrikoltura, ortikoltura, florikoltura, u vitikoltura, it-trobbija u t-
tagħmir ta’ bhejjem, tjur, fniek, it-trobbija tan-naħal u l-ipproċessar
ta’ prodotti tal-ħalib u prodotti ta’ xorta simili.
