KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-BAĦĦARA BIEX 
JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.51 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.51
ORDNI TAL-KUNSILL TAL-PAGI
GĦALL-BAĦĦARA BIEX JIRREGOLA L-PAGI
8 ta’ Awissu, 1977
L-AVVIŻ LEGALI 100 ta’ l-1977, kif emendat bl-Avviżi Legali 118 ta’ l-
1978 u 113 ta’ l-1990.
Titolu.
Baħħara biex jirregola l-Pagi.
Applikazzjoni ta’ l-
Ordni.
2. Id-disposizzjonijiet murija fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-
Ordni għandhom ikunu japplikaw għall-impjegati kollha li
dwarhom il-Kunsill tal-Pagi għall-Baħħara jaħdem.
Emendata:
A.L. 118 ta’ l-
1978;
A.L. 113 ta’ l-
1990.
SKEDA
Tifsir.
xort’oħra -
"boatswain" tfisser impjegat inkarigat mill-ekwipaġġ ta’ fuq il-
gverta u li jagħmel xogħol ieħor skond ma jordnawlu l-uffiċjali tal-
bastiment;
"kaptan/master" tfisser impjegat li jassumi r-responsabbilità
kollha ta’ bastiment, iħares mill-periklu lill-passiġġieri, lill-
ekwipaġġ, lill-bastiment u lit-tagħbija, jikkontrolla l-velocità  u
jidderiġi d-direzzjoni tal-vapur, jispezzjona x-xogħol ta’ l-
ekwipaġġ u jassigura l-manutenzjoni u l-indafa u jikkontrolla
uffiċjali ta’ grad inqas fil-qadi ta’ dmirijiethom;
"coxswain" tfisser impjegat li jidderiġi u jikkontrolla l-velocità
tal-bastiment u li jista’ jkun inkarigat minn bċejjeċ żgħar tal-baħar;
Kap. 252.
"vaganzi tas-soltu" tfisser il-ġranet (barra mill-Ħdud) iddikjarati
għal dak iż-żmien bħala btajjel pubbliċi skond jew taħt l-Att dwar
il-Jum Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi oħra:
Iżda mpjegat ma jkollux dritt għal ġurnata ta’ vaganza
żejda jekk xi vaganza tas-soltu taħbat f’ġurnata li ma tkunx tax-
xogħol;
"impjegat fil-Kategorija A" tfisser kull impjegat whole-time li
jkun impjegat għal kollox jew prinċipalment abbord light duty tugs
jew lighters;
"impjegat fil-Kategorija B" tfisser kull impjegat whole-time li
jkun impjegat għal kollox jew prinċipalment abbord heavy duty
tugs;
"impjegat fil-Kategorija Ċ" tfisser kull impjegat whole-time li
jkun impjegat għal kollox jew prinċipalment abbord kwalunkwe
2 L.S.452.51 ħ
KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-BAĦĦARA BIEX 
JIRREGOLA L-PAGI
luzzu;
"impjegat fil-Kategorija D" tfisser kull impjegat whole-time li
jkun impjegat għal kollox jew prinċipalment abbord vapur ta’
Għawdex;
L.S. 452.28
"impjegat fil-Kategorija E" tfisser kull impjegat whole-time li
jkun impjegat għal kollox jew prinċipalment abbord yachts jew
pleasure boats u tinkludi kwalunkwe impjegat ieħor whole-time (li
ma jkunx impjegat f’waħda mill-Kategoriji A, B, Ċ jew D) li għalih
japplika l-Ordni dwar il-Kunsill tal-Pagi għall-Baħħara;
"inġinier" tfisser impjegat li għandu l-kwalifiki kollha meħtieġa
biex iħaddem, jagħmel manutenzjoni u jsewwi makni, pompi bil-
mutur, condensers u tagħmir ieħor mekkaniku u/jew elettriku;
"engine driver" tfisser impjegat li prinċipalment iħaddem u
jagħmel manutenzjoni tal-makni u tagħmir ieħor mekkaniku;
"vapur ta’ Għawdex" tfisser kwalunkwe vapur jew bastiment li
jiġi mħaddem għal kollox jew prinċipalment biex iġorr il-
passiġġieri u/jew tagħbija fuq skeda regolari bejn Malta, Għawdex
u Kemmuna;
"heavy duty tugs" tfisser kwalunkwe vapur ta’ rmonk li jiġi
mħaddem biex igħin lill-bastimenti ġewwa l-portijiet u l-ibħra
territorjali;
"rata ta’ siegħa" tfisser ir-riżultat tad-diviżjoni tal-paga ta’
ġimgħa ta’ mpiegat bin-numru ta’ sigħat ta’ xogħol li dak l-
impjegat ikun imqabbad biex jaħdem;
"ħinijiet tax-xogħol" tfisser il-ħin f’kull jum li matulu l-
impjegati jkunu għad-disposizzjoni tal-prinċipal, esklużi l-
intervalli permessi għall-ikel u għall-mistrieħ;
Kap. 343.
"learner" tfisser persuna li mhix apprendista li għandha ’l fuq
minn erbatax-il sena iżda inqas minn tmintax-il sena u li qegħda
tirċievi taħriġ f’xi sengħa li għaliha japplika l-ordni u li għaliha l-
prinċipal ikollu permess maħruġ mid-Direttur tax-Xogħol skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar Servizzi ta’ Impieg u Taħriġ;
"luzzu" tfisser kull bastiment inklużi dgħajjes ta’ Għawdex iżda
eskluż il-vapur ta’ Għawdex, li jkun imħaddem għal kollox jew
prinċipalment għall-ġarr ta’ tagħbija bejn il-Gżejjer ta’ Malta;
"shift bil-lejl" tfisser kull perijodu ta’ mpieg li jinkludi kull
ħinijet bejn l-10.00 p.m. ta’ jum sas-6.00 a.m. tal-jum ta’ wara;
"impjegat part-time" tfisser impjegat li m’huwiex impjegat
whole-time;
"perijodu ta’ mpieg" tfisser il-ħin kollu f’kull jum li matulu l-
impjegati jkunu għad-disposizzjoni tal-prinċipal, inklużi l-
intervalli permessi għall-ikel u għall-mistrieħ;
"impjegat bix-shift" tfisser impjegat li jaħdem regolarment fuq
bażi ta’ ċiklu regolari, li jaqleb minn shift bi nhar għal shift bil-lejl
jew viċi-versa;
"ibħra territorjali" tfisser ibħra territorjali kif imfissra bil-liġijiet
ta’ Malta;
KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-BAĦĦARA BIEX 
JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.51 3
"ħin u nofs" u "ħin doppju" jfissru rispettivament darba u nofs u
darbtejn ir-rata applikabbli għall-impjegati;
"leave ta’ vaganza" tfisser leave b’paga sħiħa;
"ġimgħa" tfisser ġimgħa kalendarja;
"ġurnata ta’ mistrieħ fil-ġimgħa" tfisser perijodu ta’ erbgħa u
għoxrin siegħa konsekuttivi f’ġimgħa li jibda fil-ħin li fih l-
impjegat soltu jibda t-turn tiegħu ta’ xogħol li matulu l-impjegat
ikun intitolat għall-mistrieħ;
"impjegat whole-time" tfisser impjegat li jaħdem iżjed minn
erbgħa u għoxrin siegħa mifruxa fuq perijodu ta’ mhux inqas minn
erbat ijiem.
L.S. 10.23
(2) Għall-fini ta’ din l-Iskeda kull persuna li tkun impjegata
biex tagħmel xogħol li biex tagħmlu jrid ikollha liċenza skond ir-
Regolamenti dwar Bastimenti li jitħaddmu mekkanikament
(Passiġġieri u Merkanzija) għandha titqies li hi hekk impjegata biss
jekk ikollha l-liċenza relattiva meħtieġa b’dak l-impieg.
Sigħat ta’ xogħol.
B, Ċ, D u E għandha tkun relattiva għal ġimgħa ta’ ħamest ijiem li
jiġu stabbiliti mill-prinċipal, ta’ mhux aktar minn -
(a) erbgħin siegħa xogħol fil-każ ta’ mpjegati whole-time
barra minn għassiesa; jew
(b) tmienja u erbgħin siegħa xogħol fil-każ ta’ għassiesa.
L-inqas pagi ta’ 
impjegati whole-
time.
3. Impjegati whole-time li jagħmlu għal kollox jew
prinċipalment xogħol li soltu jsir minn nies tas-snajja’ speċifikati
f’xi kategorija tat-Tabella li ġejja jkollhom dritt għall-anqas paga
relattiva fil-ġimgħa speċifikata hawn taħt:
Iżda -
(a) impjegati whole-time taħt it-tmintax-il sena jkollhom
dritt għall-anqas paga fil-ġimgħa nieqsa -
(i) Lm0.50,0 fil-ġimgħa fil-każ ta’ mpjegati ta’ l-
età  ta’ sbatax-il sena, jew
(ii) Lm1.00,0 fil-ġimgħa fil-każ ta’ mpjegati ta’ l-
età  ta’ sittax-il sena jew taħthom; u
(b) is-sigħat kollha maħdumin fuq bażi ta’ shift bil-lejl
regolari għandhom jitħallsu bir-rata tal-ħin u minn
ħamsa wieħed tar-rata fis-siegħa li tapplika għal dak l-
impjegat.
Tabella ta’ l-Anqas Paga
KATEGORIJA A
(Light duty tugs jew lighters)
Coxswain ............................................................... Lm35.63,0 
Engine Driver .......................................................  Lm35.13,0
Pumpman  .............................................................. Lm34.38,0 
Għassies ................................................................ Lm33.38,0 
Baħri jew sengħa oħra  ........................................... Lm34.13,0
4 L.S.452.51 ħ
KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-BAĦĦARA BIEX 
JIRREGOLA L-PAGI
KATEGORIJA B
(Heavy duty tugs)
Master  .................................................................. Lm39.13,0
Inġinier ................................................................. Lm37.63,0
Boatswain  ............................................................. Lm34.63,0
Greaser ................................................................  Lm34.63,0
Għassies ................................................................ Lm33.38,0
Baħri jew sengħa oħra ........................................... Lm34.38,0
KATEGORIJA Ċ
(Luzzujiet)
Master  .................................................................. Lm39.13,0 
Coxswain ............................................................... Lm35.63,0
Inġinier ................................................................. Lm37.63,0 
Engine Driver ........................................................ Lm33.38,0 
Għassies ................................................................ Lm35.13,0 
Baħri jew sengħa oħra ........................................... Lm34.13,0
KATEGORIJA D
(Vapur ta’ Għawdex)
Kaptan ................................................................... Lm43.35,0
Coxswain  .............................................................. Lm36.63,0
Boatswain  ............................................................  Lm35.63,0
Inġinier ta’ l-Ewwel Klassi .................................... Lm40.65,0
Inġinier tat-Tieni Klassi  ........................................ Lm38.63,0
Inġinier tat-Tielet Klassi/Engine Driver ................  Lm36.13,0
Baħri/Deckhand  .................................................... Lm34.13,0
Għassies ................................................................ Lm33.38,0
Snajja’ oħra  .......................................................... Lm34.13,0
CATEGORY E 
(Yachts, pleasure boats, eċċ.)
Skipper/Kaptan  ..................................................... Lm39.63,0
Inġinier ................................................................. Lm37.63,0
Engine Driver  ....................................................... Lm35.38,0
Coxswain ..............................................................  Lm35.63,0
Boatswain/Mate  .................................................... Lm34.63,0
Baħri/Deckhand  .................................................... Lm33.63,0
Għassies ................................................................ Lm33.38,0.
L-anqas rati ta’ 
sahra.
4. (1) Impjegati whole-time, barra minn għassiesa, għandhom
KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-BAĦĦARA BIEX 
JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.51 5
jitħallsu l-anqas rati ta’ sahra kif ġej:
A. Mit-Tnejn sas-Sibt
(i) għas-sigħat kollha maħduma ’l fuq minn tmien
sigħat f’kull ġurnata ...................... ħin u nofs;
(ii) għas-sigħat kollha maħduma fil-ġurnata tal-
mistrieħ ......................................... ħin u nofs.
B. Il-Ħdud
għas-sigħat kollha maħduma ......... ħin doppju.
Ċ. Vaganzi tas-Soltu
(i) għas-sigħat kollha maħduma matul il-ħin tax-
xogħol tas-soltu li kieku dik il-ġurnata kienet
ġurnata ordinarja tax-xogħol .......... ħin u nofs;
(ii) għas-sigħat l-oħra kollha maħduma fi ġranet
bħal dawk ..................................... ħin doppju.
(2) Għassiesa jkollhom dritt għall-anqas rati ta’ sahra kif ġej:
(i) għas-sigħat kollha maħduma ’l fuq minn tmienja
u erbgħin f’kull ġimgħa ..... ħin u nofs;
(ii) għas-sigħat kollha maħduma fil-ġurnata ta’
mistrieħ li ma tkunx il-Ħadd jew dik ta’ flok il-
Ħadd ............................................. ħin u nofs;
(iii) għas-sigħat kollha maħduma fil-ġurnata ta’
mistrieħ li tkun jew il-Ħadd jew dik ta’ flok il-
Ħadd ............................................ ħin doppju.
Leave għal 
vaganza.
5. (1) B’żieda ma’ l-anqas mistrieħ fil-ġimgħa li jistgħu
ikunu intitolati għalih impjegati whole-time skond il-paragrafu 9,
impjegati whole-time għandhom jedd għall-festi nazzjonali u għall-
btajjel pubbliċi kollha b’paga sħiħa, u għal dan il-leave għal
vaganza li ġej li ma jkunx inqas minn -
(a) erba’ ġimgħat tax-xogħol u jum wieħed tax-xogħol
matul is-snin kalendarji 1988 u 1989;
(b) erba’ ġimgħat tax-xogħol u jumejn tax-xogħol matul
is-sena kalendarja 1990;
(ċ) erba’ ġimgħat tax-xogħol u tliet ijiem tax-xogħol
matul is-sena kalendarja 1991;
(d) erba’ ġimgħat tax-xogħol u erbat ijiem tax-xogħol
matul is-sena kalendarja 1992 u matul kull sena oħra
kalendarja li tiġi wara:
Iżda meta impjegat whole-time ikun ilu impjegat għal inqas
minn tnax-il xahar matul xi sena kalendarja, ikollu jedd għal dik il-
parti tal-leave għal vaganza msemmi skond ma jkun il-proporzjon
tan-numru ta’ xhur li jkun ilu fl-impieg.
(2) Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu "leave għal vaganza"
tfisser leave bi ħlas li jista’ jittieħed f’jiem miftehmin bejn
prinċipal u impjegat, b’dan illi jum wieħed leave għal vaganza
matul l-1988 u l-1989, jumejn leave għal vaganza matul l-1990,
tliet ijiem leave għal vaganza matul l-1991 u erbat ijiem leave għal
vaganza matul l-1992 u matul kull sena oħra kalendarja li tiġi wara
6 L.S.452.51 ħ
KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-BAĦĦARA BIEX 
JIRREGOLA L-PAGI
ma jkunux jagħmlu parti minn xi shut-down u għandhom jingħataw
mill-prinċipal bħala leave li jittieħed b’għażla b’żieda ma’ kull
leave li jittieħed b’għażla li l-impjegat seta’ kellu jedd għalih fid-9
ta’ Novembru, 1988.
Leave għal mard. 6. L-impjegati whole-time kollha li għalihom japplika dan l-
ordni jkollhom dritt f’kull sena kalendarja għal -
Kap. 318.
(a) ħmistax-il ġurnata għal mard b’paga sħiħa nieqes kull
benefiċċju għal mard li għalih jistgħu jkollhom dritt
skond l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali; u
Kap. 318.
(b) ħmistax-il ġurnata oħra leave għal mard b’nofs paga
nieqes nofs il-benefiċċju għal mard li għalih jistgħu
jkollhom dritt skond l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali:
Iżda -
(i) certifikat mediku li jiċċertifika nkapaċità  għax-
xogħol għandu jiġi ppreżentat lill-prinċipal li
jkollu d-dritt, jekk ikun irid, li jqabbad it-tabib
tiegħu biex imur għand l-impjegat u jeżaminah.
Għall-fini ta’ dan il-paragrafu, waqfien fl-
impieg għal mhux aktar minn xahrejn ma
għandux jiġi kkunsidrat li jtellef il-kontinwità
tas-servizz, u
(ii) l-impjegati jkollhom dritt għal leave għal mard
wara sitt xhur servizz kontinwu.
Impjegati part-
time.
7. Ir-rata ta’ siegħa xogħol li għandha titħallas lil impjegat
part-time m’għandhiex tkun anqas minn darba u kwart ta’ darba
tar-rata ta’ siegħa li titħallas lil impjegat whole-time li jagħmel l-
istess kwalità  ta’ xogħol iżda kull impjegat li jaħdem aktar minn
erba’ sigħat f’ġurnata jkollu dritt għall-paga ta’ ġurnata relattiva
għal dik il-kategorija partikolari.
L-anqas ħin ta’ 
mistrieħ kuljum.
8. L-impjegati whole-time kollha, barra minn għassiesa,
ikollhom intervalli biżżejjed għall-ikel u għall-mistrieħ ta’ siegħa
b’kollox f’kull ġurnata li fiha s-sigħat ta’ xogħol ikunu iżjed minn
sitta u nofs.
L-anqas ħin ta’ 
mistrieħ fil-
ġimgħa.
9. L-impjegati whole-time kollha, barra minn għassiesa,
ikollhom il-Ħadd bħala ġurnata ta’ mistrieħ f’kull ġimgħa.
Leave għal luttu. 10. L-impjegati whole-time kollha jingħataw jumejn leave bil-
paga fl-okkażjoni tal-mewt ta’ xi wieħed mill-qraba li ġejjin: il-
mara, ir-raġel, il-missier, l-omm, (jew il-persuna li f’dak iż-żmien
tkun fil-fatt tagħmilha ta’ omm jew missier), l-iben, il-bint, ħu jew
oħt l-impjegat.
Leave ieħor. 11. (a) Impjegat whole-time jingħata tliet ijiem leave bil-paga
fl-okkażjoni taż-żwieġ tiegħu u jumejn leave bil-paga
fl-okkażjoni tat-twelid ta’ tarbija lil martu.
(b) Impjegat whole-time jkollu dritt għal għaxart ijiem
study leave b’paga sħiħa f’kull sena biex jikseb
ċertifikat fis-sengħa tiegħu:
Iżda study leave jiġi approvat suġġett għall-
preżentazzjoni ta’ l-informazzjoni meħtieġa dwar iċ-
KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-BAĦĦARA BIEX 
JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.51 7
ċertifikat konċernat mill-impjegat u li hu jkun marbut
li jaħdem għall-perijodu ta’ mill-anqas tliet xhur mal-
kumpanija wara li r-riżultati jiġu pubblikati. Study
leave bħal dak ma jistax jittieħed aktar minn darbtejn
għall-istess ċertifikat:
Iżda wkoll, jekk impjegat jagħżel li jitlaq mix-
xogħol qabel ma jgħaddu t-tliet xhur, l-impjegat ikollu
jħallas lill-prinċipal tiegħu dik is-somma ta’ flus
ekwivalenti għall-paga li tkun tħallset lilu dwar dak in-
numru ta’ ġranet meħudin bħala study leave.
Leave għal ġurijiet.
l-ħin kollu meħtieġ, mingħajr ebda tnaqqis mill-paga li kieku kien
xort’oħra jirċievi sabiex ikun jista’ jattendi għad-dmirijiet tiegħu
fil-Qrati.
Leave għal 
korriment.
Kap. 318.
13. Impjegat whole-time jkollu dritt għal massimu ta’ sena
leave għal korriment b’paga sħiħa, nieqes l-ammont kollu ta’ kull
benefiċċju għal korriment li għalih dak l-impjegat jista’ jkollu dritt
skond l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali dwar xi korriment li jkun ġarrab
waqt il-qadi attwali ta’ dmirijietu u mhux b’xi traskuraġni min-
naħa tiegħu.
Ħin ta’ stennija.
għalih għall-ħin kollu li matulu jkun preżenti fuq il-bastiment jew
il-vapur tal-prinċipal tiegħu jew f’xi post ieħor, ħlief meta jkun
preżenti hemmhekk f’xi waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a) mingħajr il-kunsens tal-prinċipal, imfisser jew
mifhum;
(b) għal xi skop li m’għandux x’jaqsam max-xogħol
tiegħu ħlief meta jkun jistenna li jingħata xogħol
x’jagħmel; u
(ċ) għar-raġuni biss tal-fatt li huwa residenti hemmhekk.
Età  ta’ rtirar mix-
xogħol.
15. F’każ fejn impjegat raġel huwa mistenni li jirtira mix-
xogħol fl-età  ta’ sittin sena, impjegat bħal dan għandu jingħata l-
opportunità  minn min iħaddmu biex jibqa’ fl-impieg tiegħu ’l fuq
minn din l-età  u ta’ l-anqas sakemm jilħaq l-età  ta’ wieħed u sittin
sena, iżda l-impjegat konċernat xorta għandu jitħalla, jekk huwa
hekk ikun irid, li jirtira fl-età  ta’ sittin sena.
NOTA TA’ TIFSIR
(Din in-nota mhix parti mill-Ordni iżda hija maħsuba biex turi l-
applikabbilità  tiegħu).
Id-disposizzjonijiet ta’ hawn fuq japplikaw għall-impjegati
kollha li jaħdmu abbord bastimenti li jaħdmu regolarment fl-ibħra
territorjali ta’ Malta, iżda ma japplikawx għall-impjegati li jaħdmu
abbord bastimenti tas-sajd jew vapuri tas-safar.
