KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-INDUSTRIJI TA’ L-ARMAR 
TAT-TRASPORT, TA’ METALL U INDUSTRIJI LI 
JAGĦMLU MAGĦHOM BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ S.L.452.52 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.52
ORDNI TAL-KUNSILL TAL-PAGI
GĦALL-INDUSTRIJI TA’ L-ARMAR 
TAT-TRASPORT, TA’ METALL U INDUSTRIJI LI 
JAGĦMLU MAGĦHOM BIEX JIRREGOLA L-PAGI
8 ta’ Awissu, 1977
L-AVVIŻ LEGALI 101 ta’ l-1977, kif emendat bl-Avviżi Legali 123 ta’ l-
1978, 24 ta’ l-1979 u 45 ta’ l-1990.
Titolu.
Industriji ta’ l-Armar tat-Trasport, ta’ Metall u Industriji li jagħmlu
magħhom biex jirregola l-Pagi.
Applikazzjoni ta’ l-
Ordni.
2. Id-disposizzjonijiet murija fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-
Ordni għandhom ikunu japplikaw għall-impjegati kollha li
dwarhom il-Kunsill tal-Pagi għall-Industriji ta’ l-Armar tat-
Trasport, ta’ Metall u Industriji li jagħmlu magħhom jaħdem.
Emendata:
A.L. 123 ta’ l-
1978;
A.L. 24 ta’ l-1979;
A.L. 45 ta’ l-1990.
SKEDA
Tifsir.
xort’oħra -
Kap. 252.
"vaganzi tas-soltu" tfisser il-ġranet (barra mill-Ħdud) iddikjarati
għal dak iż-żmien bħala btajjel pubbliċi skond jew taħt l-Att dwar
il-Jum Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi oħra;
"ġurnata" tfisser perjodu li jibda minn nofs il-lejl ta’ ġurnata sa
nofs il-lejl tal-ġurnata ta’ wara;
"nofs ta’ nhar" tfisser perjodu li jibda minn nofs il-lejl sa nofs in-
nhar jew minn nofs in-nhar sa nofs il-lejl;
"sigħat ta’ xogħol" tfisser il-ħin f’kull ġurnata li matulu l-
impjegati jkunu għad-disposizzjoni tal-prinċipal barra mill-
intervalli permessi għall-ikel u għall-mistrieħ;
Kap. 343.
ta’ Impieg u Taħriġ;
"impjegat part-time" tfisser impjegat li m’huwiex impjegat
whole-time:
Iżda ebda mpjegat part-time ma jitħaddem għal aktar minn
nofs ta’ nhar f’xi ġurnata;
"perijodu ta’ mpieg" tfisser il-ħin f’kull ġurnata li matulu l-
impjegati jkunu għad-disposizzioni tal-prinċipal, magħduda l-
intervalli permessi għall-ikel u għall-mistrieħ;
"impjegati bix-shift" tfisser impjegati f’kull fabbrika li għaliha
2 ġ S.L.452.52
KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-INDUSTRIJI TA’ L-ARMAR 
TAT-TRASPORT, TA’ METALL U INDUSTRIJI LI 
JAGĦMLU MAGĦHOM BIEX JIRREGOLA L-PAGI
din l-Iskeda tapplika li normalmemt iridu jkunu għad-disposizzjoni
tal-prinċipal tagħhom erbgħa u għoxrin siegħa kull ġurnata;
"ħin u nofs" u "ħin doppju" ifissru rispettivament darba u nofs u
darbtejn l-anqas rata ta’ ħin li tapplika għall-impjegati;
"paga" tfisser rimunerazzjoni jew qligħ li jitħallas bi flus minn
prinċipal lil impjegat;
"ġimgħa" tfisser ġimgħa kalendarja;
"ġurnata ta’ mistrieħ fil-ġimgħa" tfisser perijodu ta’ erbgħa u
għoxrin siegħa konsekuttivi li jibda fil-ħin li fih l-impjegat
normalment jibda t-turn tiegħu ta’ xogħol;
"impjegat whole-time" tfisser impjegat li jaħdem iktar minn
ħamsa u għoxrin siegħa f’xi ġimgħa mifruxa fuq mhux inqas minn
erbat ijiem.
Sigħat ta’ xogħol. 2. L-anqas rimunerazzioni fil-ġimgħa għandha tkun relattiva
għal ġimgħa ta’ xogħol kif jidher hawn taħt:
(a) fil-każ ta’ l-impjegati kollha, barra minn għassiesa u
mpjegati bix-shift ta’ bil-lejl, erbgħin siegħa xogħol
mifruxa fuq ġimgħa ta’ ħamest ijiem;
(b) fil-każ ta’ għassiesa għal sittin siegħa;
(ċ) fil-każ ta’ impjegati li jaħdmu shift ta’ bil-lejl ghal
sebgħa u tletin siegħa u nofs.
L-anqas ħlas. 3. L-inqas rimurerazzioni fil-ġimgħa li għandha titħallas lill-
impjegati whole-time kollha, inklużi learners, għandha tkun din li
ġejja:
(a) għassiesa ................................................. Lm19.38;
(b) impjegati whole-time oħrajn:
ta’ 16-il sena .......................................... Lm15.38;
ta’ 17-il sena .......................................... Lm16.38;
ta’ 18-il sena jew fuqhom ....................... Lm19.38:
Iżda -
(a) meta stabbiliment ikun kundizzjonat għal
ġimgħa ta’ xogħol ta’ anqas minn erbgħin
siegħa, l-anqas rimunerazzjoni msemmija hawn
fuq għandha tapplika; u
(b) impjegat, li f’xi ġimgħa jitħaddem għal numru
ta’ sigħat inqas minn numru xieraq ta’ sigħat li
għalih l-anqas rimunerazzjoni fil-ġimgħa
tirriferixxi skond id-disposizzjonijiet tal-
paragrafu 2 ta’ din l-Iskeda, għandu jitħallas pro
rata fuq rata bis-siegħa mhux anqas minn dik
applikabbli għalih, jiġifieri r-rata xierqa fil-
ġimgħa maqsuma bin-numru ta’ sigħat fil-
ġimgħa li għalih l-istabbiliment tiegħu jkun
ikkundizzjonat.
Ħlas għal xogħol 
bix-shift.
4. Il-ħaddiema li jaħdmu b’sistema ta’ shift jiġu mogħtija ħlas
ta’ lira fil-ġimgħa meta jaħdmu l-ewwel shift (fil-għodu) jew it-
KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-INDUSTRIJI TA’ L-ARMAR 
TAT-TRASPORT, TA’ METALL U INDUSTRIJI LI 
JAGĦMLU MAGĦHOM BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ S.L.452.52 3
tieni shift (wara nofs in-nhar). Dawk li jaħdmu t-tielet shift (bil-
lejl) jiġu mħallsa b’ħin u kwart tar-rata normali.
L-anqas mistrieħ 
kuljum.
5. L-impjegati kollha whole-time, barra minn għassiesa,
ikollhom permess għall-intervalli għall-ikel u għall-mistrieħ ta’
mhux anqas, b’kollox, minn siegħa kuljum:
Iżda -
(a) bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu (b) ta’
dan il-proviso, l-intervall jew l-intervalli għandhom
jingħataw wara l-ewwel jew qabel l-aħħar siegħa tal-
perjodu ta’ l-impieg; u
(b) fejn l-aħħar nofs siegħa tal-perijodu tkun permessa
bħala nofs siegħa ta’ mistrieħ, l-impjegat ikun intitolat
li jħalli l-post tax-xogħol malli tibda dik in-nofs
siegħa.
L-anqas ħin ta’ 
mistrieħ fil-
ġimgħa.
6. L-impjegati kollha whole-time għandu ikollhom ġurnata ta’
mistrieħ fil-ġimgħa.
L-anqas rati ta’ 
sahra.
7. (1) L-għassiesa jkunu ntitolati għal sahra bir-rata ta’ ħin u
nofs għall-ħin kollu għax-xogħol li jaħdmu iżjed minn sittin siegħa
għall-perjodu ta’ sitt ijiem konsekuttivi u għall-ħin kollu tax-
xogħol li jaħdmu fis-seba’ ġurnata u jkunu ntitolati għal sahra bil-
ħin doppju għal ħin kollu ta’ xogħol fil-vaganzi tas-soltu jew
vaganzi mhux mogħtija.
(2) L-impjegati li jaħdmu bix-shift ikunu intitolati għar-rata ta’
rimunerazzjoni ta’ sahra ta’ ħin u nofs għall-ħin kollu li jaħdmu
aktar minn bejn wieħed u ieħor erbgħin siegħa fil-każ ta’ shifts ta’
fil-għodu u wara nofs in-nhar, u sebgħa u tletin siegħa u nofs fil-
każ ta’ shift ta’ bil-lejl, meta f’xi ċiklu ta’ ġimgħatejn jew aktar,
skond kif ikun il-każ, in-numru bejn wieħed u ieħor ta’ sigħat ta’
kull ġimgħa tax-xogħol jaqbeż erbgħin siegħa jew sebgħa u tletin
siegħa u nofs, skond kif ikun il-każ.
(3) L-impjegati kollha, barra minn dawk speċifikati fis-sub-
paragrafi (1) u (2) ta’ dan il-paragrafu jkollhom dritt għall-ħlas ta’
sahra kif ġej:
(a) għall-ħin kollu li jinħadem ’il fuq minn erbgħin siegħa
f’kull ġimgħa ............................... ħin u nofs;
(b) għall-ħin kollu li jinħadem ’il fuq minn tmien sigħat
f’kull ġurnata barra mill-Ħdud jew vaganzi tas-soltu
............................................................... ħin u nofs;
(ċ) għall-ħin kollu ta’ xogħol fil-Ħdud, vaganzi tas-soltu,
jew vaganzi mhux mogħtija .......... ħin doppju.
(4) Meta n-numru normali ta’ sigħat ta’ xogħol fil-ġimgħa ta’
mpjegat ikun inqas minn erbgħin siegħa, ir-rata xierqa ta’ sahra
għandha titħallas għal kull ħin maħdum aktar minn numru normali
ta’ sigħat ta’ xogħol f’kull ġimgħa.
Leave għal 
vaganza.
8. (1) B’żieda ma’ l-anqas mistrieħ fil-ġimgħa li jistgħu
jkunu intitolati għalih impjegati whole-time skond il-paragrafu 6,
impjegati whole-time għandhom jedd għall-festi nazzjonali u għall-
4 ġ S.L.452.52
KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-INDUSTRIJI TA’ L-ARMAR 
TAT-TRASPORT, TA’ METALL U INDUSTRIJI LI 
JAGĦMLU MAGĦHOM BIEX JIRREGOLA L-PAGI
btajjel pubbliċi kollha b’paga sħiħa, u għal dan il-leave għal
vaganza li ġej li ma jkunx inqas minn -
(a) erba’ ġimgħat tax-xogħol u jum wieħed tax-xogħol
matul is-snin kalendarji 1988 u 1989;
(b) erba’ ġimgħat tax-xogħol u jumejn tax-xogħol matul
is-sena kalendarja 1990;
(ċ) erba’ ġimgħat tax-xogħol u tliet ijiem tax-xogħol
matul is-sena kalendarja 1991;
(d) erba’ ġimgħat tax-xogħol u erbat ijiem tax-xogħol
matul is-sena kalendarja 1992 u matul kull sena oħra
kalendarja li tiġi wara:
Iżda meta impjegat whole-time ikun ilu impjegat għal inqas
minn tnax-il xahar matul xi sena kalendarja, ikollu jedd għal dik il-
parti tal-leave għal vaganza msemmi skond ma jkun il-proporzjon
tan-numru ta’ xhur li jkun ilu fl-impieg.
(2) Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu "leave għal vaganza"
tfisser leave bi ħlas li jista’ jittieħed f’jiem miftehmin bejn
prinċipal u impjegat, b’dan illi jum wieħed leave għal vaganza
matul 1988 u 1989, jumejn leave għal vaganza matul 1990, tliet
ijiem leave għal vaganza matul l-1991 u erbat ijiem leave għall-
vaganza matul l-1992 u matul kull sena oħra kalendarja li tiġi wara
ma jkunux jagħmlu parti minn xi shut-down u għandhom jingħataw
mill-prinċipal bħala leave li jittieħed b’għażla b’żieda ma’ kull
leave li jittieħed b’għażla li l-impjegat seta’ kellu jedd għalih fid-9
ta’ Novembru, 1988.
Leave għal mard.
Kap. 318.
9. Wara li jagħmlu l-ewwel sitt xhur ta’ l-impieg, l-impjegati
whole-time ikunu intitolati għal għoxrin ġurnata leave għal mard
f’kull sena kalendarja b’paga sħiħa nieqes kull benefiċċju għal
mard illi għalih huma jista’ jkollhom dritt skond l-Att dwar is-
Sigurtà  Soċjali. Wara sena fl-impieg dawk l-impjegati jkunu
intitolati għal għoxrin ġurnata oħra leave għal mard b’nofs paga,
nieqes nofs kull benefiċċju għal mard illi għalih huma jista’
jkollhom dritt skond l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali:
Iżda ċertifikat li jiċċertifika inkapaċità  għax-xogħol illi
jkopri l-perijodu ta’ assenza għandu jiġi ppreżentat lill-prinċipal fi
żmien jumejn, li jkollu d-dritt, jekk jixtieq, li jibgħat lit-tabib
tiegħu jeżamina lill-impjegat.
Leave għal luttu. 10. L-impjegati whole-time jkollhom jumejn leave bi ħlas fil-
każ tal-mewt ta’ xi wieħed jew waħda minn dawn il-qraba li ġejjin:
il-mara, ir-raġel, l-omm jew il-missier (jew il-persuna li f’dak iż-
żmien kienet fil-fatt qegħda tagħmilha bħala omm jew missier l-
impjegat), l-iben jew il-bint, ħuh jew oħtu.
Leave speċjali. 11. L-impjegati whole-time jkunu ntitolati għal ġimgħa ta’
xogħol vaganza bi ħlas fl-okkażjoni taż-żwieġ tagħhom, basta
jibqgħu fl-impieg għall-anqas tliet xhur wara ż-żwieġ, u għal
jumejn vaganza bil-ħlas fl-okkażjoni tat-twelid ta’ tarbija lill-mara
ta’ l-impjegat.
KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-INDUSTRIJI TA’ L-ARMAR 
TAT-TRASPORT, TA’ METALL U INDUSTRIJI LI 
JAGĦMLU MAGĦHOM BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ S.L.452.52 5
Leave għal 
korriment.
Kap. 318.
12. Impjegat whole-time jkun intitolat għal sena leave b’paga
sħiħa f’każ ta’ korriment nieqes kull benefiċċju għal korriment li
għalih jista’ jkollu dritt skond l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali jekk
ikorri waqt il-qadi attwali ta’ dmirijietu u dak il-korriment ma
jkunx bi traskuraġni kontributorja minn naħa tiegħu.
Leave għal ġurati.
l-ħin kollu mieħtieġ mingħajr ebda tnaqqis mill-paga li kieku kien
xort’oħra jirċievi sabiex ikun jista’ jattendi għad-dmirijiet tiegħu
fil-Qorti.
L-anqas kumpens 
għall-impjegati 
part-time.
14. Impjegati part-time huma ntitolati għall-anqas rata ta’
siegħa kalkolata pro rata skond id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 2
u 3 ta’ din l-Iskeda.
Ħin ta’ stennija.
applikabbli għalih għall-ħin kollu li matulu jkun preżenti fil-post
tal-prinċipal tiegħu jew f’kull post ieħor li għandu x’jaqsam ma’ l-
impieg tiegħu ħlief meta jkun preżenti hemmhekk f’xi waħda miċ-
ċirkostanzi li ġejjin:
(a) mingħajr il-kunsens tal-prinċipal, imfisser jew
mifhum;
(b) għal xi skop li m’għandux x’jaqsam max-xogħol
tiegħu u li ma jkunx dak illi jistenna għal xogħol li
għandu jingħata lilu biex jagħmel;
(ċ) għal raġuni biss tal-fatt li huwa jirrisjedi hemmhekk;
(d) matul il-ħinijiet normali ta’ l-ikel f’kamra jew post li
fih ma jkun qiegħed isir ebda xogħol, u huwa ma jkunx
qiegħed jistenna għal xogħol biex jingħata lilu biex
jagħmel.
Età  ta’ rtirar mix-
xogħol.
16. F’każ fejn impjegat raġel huwa mistenni li jirtira mix-
xogħol fl-età  ta’ sittin sena, impjegat bħal dan għandu jingħata l-
opportunità  minn min iħaddmu biex jibqa’ fl-impieg tiegħu ’l fuq
minn din l-età  u ta’ l-anqas sakemm jilħaq l-età  ta’ wieħed u sittin
sena, iżda l-impjegat konċernat xorta għandu jitħalla, jekk huwa
hekk ikun irid, li jirtira fl-età  ta’ sittin sena.
NOTA TA’ TIFSIR
(Din in-nota mhix parti mill-Ordni iżda hija maħsuba biex turi l-
applikabilità  tiegħu).
1. Id-disposizzonijiet ta’ l-Iskeda ta’ hawn fuq japplikaw
għall-impjegati kollha fil-fabbriki kollha li jaħdmu fil-manifattura
ta’ tagħmir ta’ trasport, tal-metall u l-prodotti li jagħmlu magħhom,
illi jkunu fabbriki li jagħmlu dan li ġej:
(a) il-manifattura ta’ prodotti tal-metall barra mill-
manifattura ta’ arloġġi kbar jew tal-but jew ta’ l-idejn,
oġġetti xjentifiċi u ottiċi, oġġetti tal-fidda u
ġojjellerija iżda tinkludi plating u lustrar ta’ prodotti
tal-metall;
6 ġ S.L.452.52
KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-INDUSTRIJI TA’ L-ARMAR 
TAT-TRASPORT, TA’ METALL U INDUSTRIJI LI 
JAGĦMLU MAGĦHOM BIEX JIRREGOLA L-PAGI
(b) manifattura ta’ makkinarju;
(ċ) manifattura ta’ makkinarju ta’ l-elettriku;
(d) manifattura ta’ tagħmir ta’ trasport inkluż it-tiswija,
rebuilding u re-treading ta’ tyres, iżda eskluża l-
manifattura kollha jew prinċipalment ta’ dgħajjes ta’ l-
injam u l-body tal-vetturi bil-mutur;
(e) xogħlijiet ta’ skart tal-metall, inkluż il-qtugħ, għażla,
ikkraxjar, tiksir jew baling ta’ metalli;
(f) tiswija ta’ settijiet tat-television u radjijiet.
2. Id-disposizzjonijiet ta’ din l-Iskeda ma japplikaw għal
ebda ħaddiema mpjegati fl-istallazzjonijiet, bini, u fitting ta’
tagħmir ta’ trasmissjonijiet u distribuzzjoni għall-enerġija elettrika,
gass jew ilma, kemm ġewwa jew barra l-bini.
