KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-LAUNDRIES 
BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.53 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.53
ORDNI TAL-KUNSILL TAL-PAGI
GĦALL-LAUNDRIES BIEX JIRREGOLA L-PAGI
15 ta’ Awissu, 1977
L-AVVIŻ LEGALI 111 ta’ l-1977, kif emendat bl-Avviżi Legali 48 ta’ l-
1978, 3 ta’ l-1979 u 114 ta’ l-1991.
Titolu.
Laundries biex jirregola l-Pagi.
Applikazzjoni ta’ l-
Ordni.
2. Id-disposizzjonijiet murija fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-
Ordni għandhom ikunu japplikaw għall-impjegati kollha li
dwarhom il-Kunsill tal-Pagi għall-Laundries jaħdem.
Emendata:
A.L. 48 ta’ l-1978;
A.L. 3 ta’ l-1979;
A.L. 114 ta’ l-
1991.
SKEDA
Tifsir.
xort’oħra -
Kap. 252.
"vaganzi tas-soltu" tfisser il-ġranet (barra mill-Ħdud) iddikjarati
għal dak iż-żmien bħala btajjel pubbliċi skond jew taħt l-Att dwar
il-Jum Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi oħra;
"ġurnata" tfisser perjodu li jibda minn nofs il-lejl ta’ ġurnata sa
nofs il-lejl tal-ġurnata ta’ wara;
"nofs ta’ nhar" tfisser perijodu ta’ tnax-il siegħa konsekuttivi li
jispiċċa fis-1.00 p.m. jew fis-1.00 a.m.;
"ħinijiet ta’ xogħol" tfisser il-ħin f’kull ġurnata li matulu l-
impjegati jkunu għad-disposizzjoni tal-prinċipal, barra mill-
intervalli permessi għall-ikel u għall-mistrieħ;
"impjegat part-time" tfisser impjegat li mhuwiex impjegat
whole-time;
"perijodu ta’ mpieg" tfisser il-ħin f’kull ġurnata li matulu l-
impjegati jkunu għad-disposizzjoni tal-prinċipal, iżda magħduda l-
intervalli permessi għall-ikel u għall-mistrieħ;
"kumpens" tfisser paga jew qligħ li jitħallas bi flus minn
prinċipal lil impjegat;
"ħin u nofs" u "ħin doppju" ifissru rispettivament darba u nofs u
darbtejn l-anqas rata ta’ ħin li tapplika għal impjegat;
"ġimgħa" tfisser ġimgħa kalendarja;
"ġurnata ta’ mistrieħ fil-ġimgħa" tfisser perijodu ta’ erbgħa u
għoxrin siegħa konsekuttivi li jibda fil-ħin li fih l-imipjegat
normalment jibda t-turn tiegħu ta’ xogħol;
"impjegat whole-time" tfisser impjegat li jkun impjegat għal
2 L.S.452.53 ħ
KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-LAUNDRIES 
BIEX JIRREGOLA L-PAGI
aktar minn tletin siegħa f’xi ġimgħa, imqassma f’mhux anqas minn
erbat ijiem.
Sigħat ta’ xogħol. 2. L-anqas kumpens fil-gimgħa għandu jkun relattiv għal
ġimgħa ta’ mhux aktar minn -
(a) tnejn u erbgħin siegħa xogħol bejn April u Settembru u
tmienja u tletin siegħa xogħol bejn Ottubru u Marzu
fil-każ ta’ ħaddiema whole-time barra minn għassiesa;
u
(b) erbgħa u ħamsin siegħa xogħol fil-każ ta’ għassiesa.
L-anqas kumpens 
ta’ impjegati 
whole-time.
3. L-anqas kumpens fil-ġimgħa li għandu jitħallas lill-
impjegati whole-time għandu jkun dan li ġej:
(a) għassiesa li x-xogħol tagħhom isir prinċipalment
ġewwa .................................................. Lm34.13,0;
(b) għassiesa li x-xogħol tagħhom isir prinċipalment barra
..................................................... Lm35.88,0;
(ċ) impjegati oħra whole-time, kemm irġiel u nisa -
(i) ta’ 18-il sena u aktar ..................... Lm34.13,0;
(ii) taħt 18-il sena inklużi learners -
17-il sena ..................................... Lm31.49,0;
16-il sena ..................................... Lm30.38,0.
L-anqas ħin ta’ 
mistrieħ kuljum.
4. Imgjegati whole-time, ħlief l-għassiesa, għandu jkollhom
intervalli għall-ikel u mistrieħ, ta’ mhux anqas, fit-total, minn
siegħa kuljum.
L-anqas ħin ta’ 
mistrieħ fil-
ġimgħa.
5. L-impjegati whole-time għandu jkollhom ġurnata ta’
mistrieħ f’kull perijodu ta’ sebat ijiem konsekuttivi.
L-anqas rati ta’ 
sahra.
6. (1) L-impjegati whole-time, barra għassiesa, jitħallsu sahra
kif ġej:
(a) għall-ħin kollu li jinħadem għal iżjed minn tnejn u
erbgħin siegħa fil-ġimgħa bejn April u Settembru u
għall-ħin kollu li jinħadem għal iżjed minn tmienja u
tletin siegħa fil-ġimgħa bejn Ottubru u Marzu
............................................................... ħin u nofs;
(b) fil-każ ta’ mpjegati li jaħdmu ġimgħa ta’ ħamest ijiem
u nofs (is-Sibt inkluż), għall-ħin kollu li jinħadem għal
iżjed minn 7.40 sigħat, f’kull ġurnata mit-Tnejn sal-
Ġimgħa jew iżjed minn erba’ sigħat nhar ta’ Sibt bejn
April u Settembru, u għall-ħin kollu li jinħadem għal
iżjed minn 6.45 sigħat, f’kull ġurnata mit-Tnejn sal-
Ġimgħa jew iżjed minn erba’ sigħat nhar ta’ Sibt bejn
Ottubru u Marzu
............................................................... ħin u nofs;
(ċ) fil-każ ta’ mpjegati li jaħdmu ġimgħa ta’ ħamest ijiem
(mit-Tnejn sal-Ġimgħa), għall-ħin kollu li jinħadem
għal iżjed minn tmien sigħat u nofs bejn April u
Settembru u għall-ħin kollu li jinħadem għal izjed
minn seba’ sigħat u nofs bejn Ottubru u Marzu
............................................................... ħin u nofs;
KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-LAUNDRIES 
BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.53 3
(d) għall-ħin kollu li jinħadem fil-Ħdud ...... ħin doppju;
(e) għall-ħin kollu li jinħadem fil-vaganzi tas-soltu barra
mill-paga tal-vaganza ................... ħin doppju:
Iżda għandha titħallas lill-impjegati whole-time kollha,
barra minn għassiesa, sahra bil-ħin u nofs -
(a) għall-ħin kollu li jinħadem aktar minn erbgħa u tletin
siegħa f’xi ġimgħa li fiha vaganza tas-soltu taħbat bejn
it-Tnejn u l-Ġimgħa, jew iktar minn tmienja u tletin
siegħa meta dik il-vaganza taħbat nhar ta’ Sibt, bejn
April u Settembru; u
(b) għall-ħin kollu li jinħadem aktar minn wieħed u tletin
siegħa f’xi ġimgħa li fiha vaganza tas-soltu taħbat bejn
it-Tnejn u l-Ġimgħa, jew aktar minn erbgħa u tletin
siegħa meta il-vaganza taħbat nhar ta’ Sibt, bejn
Ottubru u Marzu, f’kull każ eskluż il-ħin imħallas bir-
rata ta’ sahra.
(2) Għandha titħallas sahra bir-rata ta’ ħin u nofs lill-għassiesa
għall-ħin kollu ta’ iżjed minn erbgħa u ħamsin siegħa f’perijodu ta’
sitt ijiem konsekuttivi, u bir-rata ta’ ħin doppju għall-ħin kollu li
jinħadem fis-seba’ ġurnata, u/jew f’vaganza tas-soltu, hekk iżda li
jekk vaganza tas-soltu tigi fis-seba’ ġurnata, is-sahra titħallas biss
bir-rata ta’ ħin doppju.
Vaganzi.
jkunu ntitolati għalih impjegati whole-time skond il-paragrafu 5,
impjegati whole-time għandhom jedd għall-festi nazzjonali u għall-
btajjel pubbliċi kollha b’paga sħiħa, u għal dan il-leave għal
vaganza li ġej li ma jkunx inqas minn -
(a) erba’ ġimgħat tax-xogħol u jum wieħed tax-xogħol
matul is-snin kalendarji 1988 u 1989;
(b) erba’ ġimgħat tax-xogħol u jumejn tax-xogħol matul
is-sena kalendarja 1990;
(ċ) erba’ ġimgħat tax-xogħol u tliet ijiem tax-xogħol
matul is-sena kalendarja 1991;
(d) erba’ ġimgħat tax-xogħol u erbat ijiem tax-xogħol
matul is-sena kalendarja 1992 u matul kull sena oħra
kalendarja li tiġi wara:
Iżda meta mpjegat whole-time ikun ilu mpjegat għal inqas
minn tnax-il xahar matul xi sena kalendarja, ikollu jedd għal dik il-
parti tal-leave għal vaganza msemmi skond ma jkun il-proporzjon
tan-numru ta’ xhur li jkun ilu fl-impieg.
(2) Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu "leave għal vaganza"
tfisser leave bi ħlas li jista’ jittieħed f’jiem miftehmin bejn
prinċipal u mpjegat, b’dan illi jum wieħed leave għal vaganza
matul l-1988 u l-1989, jumejn leave għal vaganza matul l-1990,
tliet ijiem leave għal vaganza matul l-1991 u erbat ijiem leave għal
vaganza matul l-1992 u matul kull sena oħra kalendarja li tiġi wara
ma jkunux jagħmlu parti minn xi shut-down u għandhom jingħataw
mill-prinċipali bħala leave li jittieħed b’għażla b’żieda ma’ kull
leave li jittieħed b’għażla li l-impjegat seta’ kellu jedd għalih fid-9
4 L.S.452.53 ħ
KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-LAUNDRIES 
BIEX JIRREGOLA L-PAGI
ta’ Novembru, 1988.
Leave għal mard.
Kap. 318.
8. (1) Wara li jagħmlu l-ewwel tnax-il xahar fl-impieg,
impjegati whole-time ikollhom dritt għal tnax-il ġurnata leave għal
mard f’kull sena kalendarja b’paga sħiħa nieqes kull benefiċċju
għall-mard illi għalih huma jista’ jkollhom dritt skond l-Att dwar
is-Sigurtà  Soċjali, u għal sitta u tletin ġurnata oħra b’nofs paga
f’kull sena kalendarja nieqes nofs il-benefiċċju għal mard li għalih
huma jista’ jkollhom dritt skond l-imsemmi Att, b’dan li f’kull każ
jingħata lill-prinċipal ċertifikat mediku li jiċċertifika nkapaċità
għax-xogħol li jkopri l-perijodu tan-nuqqas.
(2) Għall-fini tas-sub-paragrafu (1) ta’ dan il-paragrafu,
interruzzjoni ta’ l-impieg għal mhux aktar minn tmienja u erbgħin
ġurnata ma taqtax il-kontinwità  tas-servizz.
Leave għal 
korriment.
Kap. 318.
9. Impjegat whole-time ikollu dritt għal massimu ta’ sena
leave għal korriment b’paga sħiħa, nieqes l-ammont sħiħ ta’ kull
benefiċċju għal korriment li għalih dak l-impjegat jista’ jkollu dritt
skond l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali, jekk dak l-impjegat ikorri waqt
il-qadi attwali ta’ dmirijietu, u dak il-korriment ma jkunx minħabba
traskuraġni minn naħa tiegħu jew minħabba ksur minnu ta’ xi
regoli dwar ħarsien mill-periklu stabbiliti mill- management.
Leave għal luttu. 10. Impjegati whole-time ikollhom jumejn leave bi ħlas fil-każ
tal-mewt ta’ xi wieħed jew waħda mill-qraba li ġejjin: il-mara jew
ir-raġel, l-omm jew il-missier (jew il-persuna li f’dak iż-żmien
kienet fil-fatt tagħmilha ta’ omm jew ta’ missier l-impjegat), l-iben
jew il-bint, u ħuh jew oħtu.
Leave speċjali. 11. Impjegat whole-time jingħata tliet ijiem leave b’paga sħiħa
fl-okkażjoni taż-żwieġ tiegħu u jumejn leave b’paga sħiħa fl-
okkażjoni tat-twelid ta’ tarbija lil martu.
Servizz ta’ ġurati. 12. L-impjegati whole-time li jiġu msejħa bħala ġurati jiġu
mogħtija l-ħin kollu meħtieġ bla telf ta’ paga biex jattendu l-Qrati.
L-anqas kumpens 
ta’ impjegati part-
time.
13. L-inqas rimunerazzjoni li titħallas lill-impjegati part-time
fil-kategoriji speċifikati fil-paragrafu 3 ta’ din l-Iskeda
m’għandhiex tkun inqas mir-rata proporzjonali ta’ l-inqas
rimunerazzjoni li titħallas lill-impjegati whole-time fl-istess
kategorija, maħduma fuq bażi ta’ ġimgħa ta’ erbgħa u ħamsin
siegħa fil-każ ta’ għassiesa u ta’ ġimgħa ta’ erbgħin siegħa fil-każ
ta’ mpjegati oħra.
Ħin ta’ stennija. 14. Impjegat ikollu dritt għall-ħlas ta’ l-anqas kumpens
applikabbli għalih għall-ħin kollu li matulu jkun preżenti fil-post
tal-prinċipal tiegħu ħlief meta huwa jkun preżenti hemmhekk f’xi
waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a) mingħajr il-kunsens tal-prinċipal, imfisser jew
mifhum;
(b) għal xi skop li m’għandux x’jaqsam max-xogħol
tiegħu u li ma jkunx dak li jistenna għal xogħol biex
jingħata lilu biex jagħmel;
(ċ) għar-raġuni biss tal-fatt li huwa jirrisjedi hemmhekk;
(d) matul il-ħinijiet normali ta’ l-ikel f’kamra jew post li
fih ma jkun qiegħed isir ebda xogħol u huwa ma jkunx
KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-LAUNDRIES 
BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.53 5
qiegħed jistenna għal xogħol biex jingħata lilu biex
jagħmel.
Età  ta’ rtirar mix-
xogħol.
15. F’każ fejn impjegat raġel ikun mistenni jirtira mix-xogħol
fl-età  ta’ sittin sena, impjegat bħal dan għandu jingħata l-
opportunità  minn min iħaddmu biex jibqa’ fl-impieg tiegħu ’l fuq
minn din l-età  u ta’ l-anqas sakemm jilħaq l-età  ta’ wieħed u sittin
sena, iżda l-impjegat konċernat xorta għandu jitħalla, jekk huwa
hekk ikun irid, li jirtira fl-età  ta’ sittin sena.
NOTA TA’ TIFSIR
(Din in-nota mhix parti mill-Ordni iżda hija maħsuba biex turi l-
applikabilità  tiegħu).
Id-disposizzjonijiet fl-Iskeda ta’ hawn fuq japplikaw għall-
impjegati kollha f’kull impriża jew parti minn impriża li l-
attivitajiet tagħha jikkonsistu għal kollox jew prinċipalment f’xi
waħda mmn dawn li ġejjin:
Tindif bi proċessar ta’ wet jew dry cleaning, pressar, għoti
ta’ kulur jew tiswija bl-idejn jew bil-makni ta’ ħwejjeġ ta’ kull
għamla, bjankerija u tagħmir tad-djar, u għall-impjegati kollha
f’kull laundry f’lukanda fejn laundry bħal dik ma tkunx immexxija
esklużivament għall-użu tal-lukanda u l-viżitaturi tagħha.
