KUNSILL TAL-PAGI TA’ L-ISPTARIJIET U 
L-KLINIKI BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.54 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.54
ORDNI TAL-KUNSILL TAL-PAGI
TA’ L-ISPTARIJIET U L-KLINIKI
BIEX JIRREGOLA L-PAGI
22 ta’ Awissu, 1977
L-AVVIŻ LEGALI 115 ta’ l-1977, kif emendat bl-Avviż Legali 53 ta’ l-
1978.
Titolu.
Isptarijiet u l-Kliniki biex jirregola l-Pagi.
Applikazzjoni ta’ l-
Ordni.
2. Id-disposizzjonijiet murija fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-
Ordni għandhom japplikaw għall-impjegati kollha li dwarhom il-
Kunsill tal-Pagi ta’ l-Isptarijiet u l-Kliniki jaħdem.
Emendata:
A.L. 53 ta’ l-1978.
SKEDA
Tifsir.
xort’oħra -
Kap. 252.
"vaganzi tas-soltu" tfisser il-ġranet (barra mill-Ħdud) iddikjarati
għal dak iż-żmien bħala btajjel pubbliċi skond jew taħt l-Att dwar
il-Jum Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi oħra;
"ġimgħa" tfisser ġimgħa kalendarja;
"ġurnata ta’ mistrieħ fil-ġimgħa" tfisser perijodu ta’ erbgħa u
għoxrin siegħa konsekuttivi li jibda jgħodd fil-ħin li fih l-impjegat
normalment jibda t-turn tax-xogħol tiegħu;
"ħaddiem semi-skilled" tfisser ħaddiem li xort’oħra kien ikun
ħaddiem skilled iżda ma jkunx għamel apprendistat fis-sengħa;
"ħin u nofs" u "ħin doppju" jfissru rispettivament darba u nofs, u
d-doppju tar-rata ordinarja tal-ħin li titħallas lill-impjegat;
"ħinijiet tax-xogħol" tfisser il-ħin f’kull ġurnata li matulu l-
impjegati jkunu għad-disposizzjoni tal-prinċipal, esklużi kull
intervalli permessi għall-ikel u għall-mistrieħ;
"impjegat bix-shift" tfisser impjegat li hu mpjegat regolarment
għal perijodu alternattiv ta’ mpieg skond roster imħejji;
"impjegat part-time" tfisser kull impjegat li mhux impjegat
whole-time;
"impjegat whole-time" tfisser impjegat li jkun impjegat għal
aktar minn erbgħa u għoxrin siegħa f’xi ġimgħa waħda imqassma
f’mhux inqas minn erbat ijiem;
"klinika" tfisser kull stabbiliment jew organizzazzjoni li għaliha
japplika l-Kunsill tal-Pagi ta’ l-Isptarijiet u l-Kliniċi, li ma tkunx
sptar:
Iżda meta klinika tkun qegħda fi spiżerija, l-impjegati ta’
2 L.S.452.54 ħ
KUNSILL TAL-PAGI TA’ L-ISPTARIJIET U 
L-KLINIKI BIEX JIRREGOLA L-PAGI
dik l-ispiżerija ma jitqiesux li huma mpjegati ta’ dik il-klinika;
"paga" tfisser rimunerazzjoni jew qligħ li jitħallas bi flus minn
prinċipal lil impjegat;
"perijodu ta’ mpieg" tfisser il-ħin f’kull ġurnata li matulu l-
impjegati jkunu għad-disposizzjoni tal-prinċipal inklużi l-intervalli
permessi għall-ikel u għall-mistrieħ;
"sptar" tfisser kull istituzzioni ta’ kura mediko-kirurġika, kull
post ta’ maternità  jew stabbiliment idropatiku u tinkludi djar għax-
xjuħ u sanatorji barra minn dawk l-istituzzjonijiet tal-karità
magħrufa bħala hekk mill-Ministru responsabbli għax-xogħol.
L-anqas rati ta’ 
pagi.
2. Impjegati whole-time m’għandhomx jitħallsu anqas mir-
rati tal-pagi applikabbli għall-grad tagħhom kif jidher hawn taħt:
KATEGORIJA A - (Impjegati li mix-xorta ta’ l-impieg tagħhom
ordinarjament ikollhom x’jaqsmu direttament mal-pazjent)
Hospital/Clinic Attendant
Lm903.76 fis-sena li jitla’ b’żidiet annwali ta’ Lm24 fis-sena sa
ma jilħaq Lm1,063.76 fis-sena.
Enrolled Nurse
Lm1,016.76 fis-sena li titla’ b’żidiet annwali ta’ Lm36 fis-sena
sa ma tilħaq il-paga ta’ Lm1,452.64 fis-sena.
Dan is-salarju għandu japplika għal dawn l-impjegati li n-natura
tax-xogħol tagħhom hi li jagħtu kura medika lill-pazjent.
Staff Nurse/State Registered Nurse
Lm1,224.76 fis-sena li titla’ b’żidiet annwali ta’ Lm36 fis-sena
sa ma tilħaq il-paga ta’ Lm1,375.12 fis-sena, u wara b’żidiet
annwali ta’ Lm48 fis-sena sa ma tilħaq l-ogħla paga ta’ Lm1,672.96
fis-sena:
Iżda dawk l-S.R.N.’s li barra x-xogħol normali tagħhom jagħmlu
wkoll xogħol ta’ qabla dawn għandhom jitħallsu żieda ta’ Lm48
fis-sena fuq is-salarju li jkollhom.
KATEGORIJA B - (impjegati li mix-xorta ta’ l-impieg tagħhom
ordinarjament ma jkollhomx x’jaqsmu direttament mal-pazjent)
Hospital Auxiliaries
(a) Servi u Impjegati fil-Laundry
Lm17.38 fil-ġimgħa li titla’ b’żidiet annwali ta’ 50ċ
fil-ġimgħa sa ma tilħaq l-ogħla paga ta’ Lm19.88 fil-
ġimgħa.
(b) Fattigi/Labourers/Caretakers/Gate Keepers
Lm18.63 fil-ġimgħa li titla’ b’żidiet annwali ta’ 75ċ
fil-ġimgħa sa ma tilħaq l-ogħla paga ta’ Lm20.88 fil-
ġimgħa.
Ix-xogħol ta’ gate keeper għandu jikkonsisti biss li jikkontrolla
d-dħul u l-ħruġ mill-grounds ta’ l-isptar.
Ħaddiema Semi-Skilled
KUNSILL TAL-PAGI TA’ L-ISPTARIJIET U 
L-KLINIKI BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.54 3
Lm20.63 fil-ġimgħa li titla’ b’żidiet ta’ 75ċ fil-ġimgħa sa ma
tilħaq l-ogħla paga ta’ Lm22.88 fil-ġimgħa.
Ħaddiema Skilled
Lm21.63 fil-ġimgħa li titla’ b’żidiet annwali ta’ 75ċ fil-ġimgħa
sa ma tilħaq l-ogħla paga ta’ Lm25.13 fil-ġimgħa.
Impjegati Mhux Industrjali (inklużi appointments clerk, skrivan/
clerk-typist)
Lm19.13 fil-ġimgħa li titla’ b’żidiet annwali ta’ 75ċ fil-ġimgħa
sa ma tilħaq l-ogħla paga ta’ Lm23.38 fil-ġimgħa.
KATEGORIJA Ċ
Dental Auxiliaries
Matul l-ewwel sena ta’ mpieg fil-professjoni mpjegat taħt it-18-il
sena għandu jitħallas paga ta’ mhux anqas minn Lm17.38 fil-
ġimgħa; wara l-ewwel sena ta’ mpieg fil-professjoni l-paga li
titħallas għandha tkun ta’ mhux anqas minn Lm18.88 fil-ġimgħa u
tibqa’ tiela’ b’żidiet annwali ta’ 55ċ fil-ġimgħa sa ma tintlaħaq l-
ogħla paga ta’ Lm21.63 fil-ġimgħa.
Dental Laboratory Assistants
Ta’ 16-il sena ........................................................... Lm13.23
Ta’ 17-il sena ........................................................... Lm14.48
Ta’ 18-il sena u fuqhom il-paga li għandha titħallas għandha tkun
ta’ Lm18.63 fil-ġimgħa li titla’ b’żidiet annwali ta’ 75ċ fil-ġimgħa
sa ma tintlaħaq l-ogħla paga ta’ Lm20.88 fil-ġimgħa.
Dental Mechanics
Meta dental mechanic li jkollu kwalifika rikonoxxuta mill-Bord
Konsultattiv u Eżekuttiv u li jagħmel xogħol ta’ dentatura u xogħol
ieħor li għandu x’jaqsam ma’ dan sew jekk ikun jagħmel dawn ix-
xogħlijiet kollha li ġejjin, jew uħud minnhom, jiġifieri l-
kostruzzjoni ta’ obturators, splints għal fratturi, chrome cobalt
prosthesis, attachment bridge work ta’ preċiżjoni u porċellana fuża
ma’ bridgework, tad-deheb, huwa għandu jiġi mħallas salarju ta’
Lm1,224.76 fis-sena b’żidiet annwali ta’ Lm36 sa ma jintlaħaq
salarju ta’ Lm1,375.12 fis-sena u mbagħad b’żidiet annwali ta’
Lm48 sa ma jintlaħaq l-ogħla salarju ta’ Lm1,672.96 fis-sena.
Dental mechanic li ma jkollux il-kwalifiki msemmija fil-
paragrafu ta’ qabel għandu jitħallas paga ta’ Lm21.63 fil-ġimgħa
b’żidiet annwali ta’ 75ċ fil-ġimgħa sa ma tintlaħaq l-ogħla paga ta’
Lm24.38 fil-ġimgħa.
L-anqas rati ta’ 
impjegati part-
time.
3. (1) Impjegati part-time m’għandhomx jitħallsu anqas mir-
rati ta’ paga fis-siegħa ta’ xogħol li japplikaw għall-grad tagħhom
kif jidher hawn taħt:
KATEGORIJA A
Dental auxiliaries .......................................................... 66ċ5;
KATEGORIJA B
Hospital auxiliaries:
4 L.S.452.54 ħ
KUNSILL TAL-PAGI TA’ L-ISPTARIJIET U 
L-KLINIKI BIEX JIRREGOLA L-PAGI
(a) servi u mpjegati fil-laundry ............................ 61ċ5;
(b) fattigi/labourers/caretakers/gate keepers ........ 64ċ5;
ħaddiema semi-skilled .................................... 71ċ5;
ħaddiema skilled ............................................. 81ċ5;
impjegati mhux industrjali .............................. 66ċ5;
dental laboratory assistant (l-etajiet kollha) ... 64ċ5;
ħaddiema oħra - minn erbgħin wieħed ta’ l-inqas paga
fil-ġimgħa, kull siegħa.
Kap. 452.
(2) Ir-rati fuq imsemmija għandhom jiżdiedu bir-rata ta’ parti
waħda minn erbgħin ta’ kwalunkwe żieda fil-ġimgħa applikabbli
għall-impjegati kollha whole-time, skond l-Att dwar l-Impiegi u r-
Relazjonijiet Industrijali.
Sahra. 4. Impjegati whole-time għandhom jitħallsu sahra kif ġej:
(1) Sptarijet -
(a) għall-ħin kollu li jinħadem barra l-ħinijiet ordinarji
tax-xogħol f’kull ġurnata tal-ġimgħa, inkluża l-ġurnata
ta’ mistrieħ fil-ġimgħa barra mill-Ħdud jew festi tas-
soltu .......................................... ħin u nofs;
(b) għall-ħin kollu li jinħadem fil-Ħdud u fil-festi tas-soltu
...................................................... ħin doppju.
(2) Kliniki -
(a) għall-ħin kollu li jinħadem barra l-ħinijiet ordinarji
tax-xogħol f’kull ġurnata barra mill-Ħdud u l-festi tas-
soltu ................................................. ħin u nofs;
(b) għall-ħin kollu li jinħadem fil-Ħdud u fil-festi tas-soltu
...................................................... ħin doppju.
Ħinijiet ordinarji 
tax-xogħol.
5. Il-ħinijiet ordinarji tax-xogħol ta’ mpjegati whole-time
f’kull stabbiliment jew organizzazzjoni ma għandhomx jeċċedu
b’kollox erbgħin siegħa xogħol f’ġimgħa waħda, u l-anqas paga ta’
dawn l-impjegati għandha tkun relatata għal ġimgħa ta’ mhux aktar
minn erbgħin siegħa xogħol:
Iżda -
(a) il-ħinijiet ordinarji tax-xogħol ta’ mpjegati whole-time
bix-shift fi sptar għandhom ikunu mqassma matul
perijodu ta’ mpieg kontinwu kif stabbilit mill-
prinċipali bi ftehim ma’ l-impjegati għal dik il-ġurnata
skond roster imħejji minnhom;
(b) il-ħinijiet ordinarji tax-xogħol ta’ mpjegati whole-time
fi sptar barra minn impjegati bix-shift għandhom jiġu
mqassma matul perijodu ta’ mpieg kontinwu ta’ mhux
aktar minn disa’ sigħat f’ġurnata waħda inkluż il-ħin
tal-mistrieħ; u
(ċ) il-ħinijiet ordinarji tax-xogħol ta’ mpjegati whole-time
li jaħdmu fi kliniki għandhom jiġu mqassma bejn it-
8.00 a.m. u s-7.00 p.m. f’kull ġurnata mit-Tnejn sal-
Ġimgħa. Fil-jum tas-Sibt il-ħinijiet tax-xogħol
KUNSILL TAL-PAGI TA’ L-ISPTARIJIET U 
L-KLINIKI BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.54 5
għandhom ikunu mit-8.00 a.m. sas-1.00 p.m.
Ħin ta’ stennija.
li tapplika għalih għall-ħin kollu li matulu jkun preżenti fil-post tal-
prinċipal jew fi kwalunkwe post ieħor li għandu x’jaqsam ma’ l-
impieg tiegħu, jekk ma jkunx preżenti hemm f’waħda miċ-
ċirkostanzi li ġejjin:
(a) mingħajr il-kunsens tal-prinċipal, imfisser jew
mifhum;
(b) għal xi skop li m’għandux x’jaqsam max-xogħol
tiegħu li ma jkunx dak li qed jistenna jingħata lilu
xogħol x’jagħmel;
(ċ) għar-raġuni biss tal-fatt li hu jinsab residenti
hemmhekk;
(d) matul il-ħinijiet normali ta’ l-ikel u ta’ mistrieħ, b’dan
iżda, li ma jkunx qed jistenna jingħata lilu xogħol
x’jagħmel.
Ikel u uniformijiet 
mingħajr ħlas.
7. L-impjegati kollha whole-time ta’ kull sptar għandu
jkollhom id-dritt mingħajr ħlas għal -
(a) ikla prinċipali kull ġurnata tax-xogħol f’nofs inhar jew
filgħaxija;
(b) tè  fil-għodu u wara nofs inhar;
(ċ) uniformijiet, overalls jew kwalunkwe lbies ieħor ta’
fuq bħala protective clothing li jkunu meħtieġa jilbsu
mill-organizzazzjoni li timpjegahom:
Iżda jekk l-impjegati ma jużawx id-dritt tagħhom għal xi
ikel b’xejn kif imsemmi qabel, huma ma jkunu ntitolati għal ebda
kumpens ta’ flus minfloku.
L-anqas mistrieħ 
kuljum.
8. (1) Impjegati whole-time fi sptar għandu jkollhom
intervalli għall-ikel u għall-mistrieħ ta’ mhux aktar u mhux anqas
b’kollox minn siegħa kull jum.
(2) Impjegati whole-time li huma mpjegati fi kliniki għandu
jkollhom intervalli għall-ikel u għall-mistrieħ ta’ imhux anqas
b’kollox minn siegħa kull jum.
L-anqas mistrieħ 
fil-ġimgħa.
9. Impjegati whole-time għandu jkollhom ġurnata mistrieħ
fil-ġimgħa.
Vaganzi bi ħlas.
kalendarja, għal -
(a) il-festi tas-soltu kollha b’paga sħiħa, u
(b) wara tliet xhur fl-impieg, leave ta’ vaganza ta’ dak in-
numru ta’ ġranet tax-xogħol b’paga sħiħa li jkun daqs
in-numru ta’ ġranet tax-xogħol li dak l-impjegat
partikolari normalment ikollu jattendi għax-xogħol
matul perijodu ta’ erba’ ġimgħat:
Iżda mpjegati whole-time li jkun ilhom fl-impieg għal
anqas minn sena jkollhom dritt għal dik il-parti ta’ l-imsemmi leave
ta’ vaganza li tkun bi proporzjon għan-numru ta’ xhur fl-impieg.
6 L.S.452.54 ħ
KUNSILL TAL-PAGI TA’ L-ISPTARIJIET U 
L-KLINIKI BIEX JIRREGOLA L-PAGI
Leave għal mard.
Kap. 318.
11. Impjegati whole-time jkollhom dritt f’kull sena kalendarja
għal tletin ġurnata leave għal mard b’paga sħiħa nieqes kull
benefiċċju li għalih huma jista’ jkollhom dritt skond l-Att dwar is-
Sigurtà  Soċjali, u għal tletin ġurnata oħra b’nofs paga nieqes nofs l-
istess benefiċċju:
Iżda l-prinċipal ikollu dritt jitlob ċertifikat mediku mit-
tabib tiegħu li jiċċertifika nkapaċità  għax-xogħol matul il-perijodu
tan-nuqqas.
Leave għal 
korriment jew għal 
mard li jittieħed.
Kap. 318.
12. Kull meta mpjegati whole-time jkorru jew jimirdu b’mard
li jittieħed waqt li jkunu fuq ix-xogħol huma jkollhom dritt għal
leave b’paga sħiħa nieqes kull benefiċċju li għalih jista’ jkollhom
dritt skond l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali għaż-żmien kollu li huma
jdumu korruti jew morda:
Iżda l-korriment jew mard irid -
(a) ikun iġġarrab jew ittieħed mill-impjegat waqt il-qadi
attwali ta’ dmirijietu;
(b) ma jkunx iġġarrab jew ittieħed bi traskuraġni min-naħa
ta’ l-impjegat;
(ċ) ikun ġej speċifikament mix-xorta tad-dmirijiet ta’ l-
impjegat li jkun ġie speċifikament imqabbad jagħmel
mill-prinċipal tiegħu jew minn min ikun qed jagħmilha
minflok il-prinċipal.
Leave għaż-żwieġ. 13. Impjegati whole-time jkunu ntitolati għal tliet ijiem tax-
xogħol vaganzi fl-okkażjoni taż-żwieġ tagħhom.
Leave għat-twelid. 14. Impjegati whole-time rġiel ikunu ntitolati għal jum tax-
xogħol vaganza bi ħlas fl-okkażjoni tat-twelid ta’ xi tarbija lil
marthom.
Leave għal luttu. 15. Impjegati whole-time jkollhom jumejn tax-xogħol vaganzi
bi ħlas fil-każ tal-mewt ta’ xi ħadd minn dawn il-qraba li ġejjin: ir-
raġel, il-mara, il-missier, l-omm (jew il-persuna li f’dak iż-żmien
kienet fil-fatt qegħda tagħmilha ta’ missier jew omm l-impjegat),
iben, bint, ħu jew oħt l-impjegat.
Leave għal ġurati 
jew servizz tal-
qorti.
16. Impjegati whole-time jkunu ntitolati għal leave bi ħlas
għall-ħin tax-xogħol kollu illi fih huma jkunu meħtieġa jattendu l-
qorti bħala ġurati jew imħarrka biex jidhru bħala xhieda f’każi tal-
pulizija.
Irtirar mix-xogħol. 17. F’każijiet fejn irtirar mix-xogħol ta’ mpjegat raġel ikun
mistenni fl-età  ta’ sittin sena dan l-impjegat għandu jingħata l-
opportunità  mill-prinċipal biex jibqa’ fl-impieg tiegħu wara li jkun
għalaq is-sittin sena sakemm ikollu wieħed u sittin sena, iżda l-
istess impjegat għandu jltħalla, jekk ikun irid hekk, jirtira fl-età  ta’
sittin sena.
KUNSILL TAL-PAGI TA’ L-ISPTARIJIET U 
L-KLINIKI BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.54 7
NOTA TA’ TIFSIR
(Din in-nota mhix parti mill-Iskeda iżda hija maħsuba biex turi
għal min tapplika).
Id-disposizzjonijiet ta’ din l-Iskeda japplikaw għall-impjegati
kollha, f’kull sptar privat, nursing home jew post ta’
konvalexxenza, klinika dentali jew klinika oħra, inklużi dental
mechanics jew istituzzjonijiet mediċi jew tan-nursing jew
stabbilimenti simili.
"Sptar" tfisser kull istituzzjoni ta’ kura mediko-kirurġika, kull
post ta’ maternità  jew stabbilimenti idropatiki u tinkludi djar għax-
xjuħ u sanatorja, barra minn dawk l-istituzzjonijiet tal-karità
magħrufa bħala hekk mill-Ministru responsabbli għax-Xogħol.
"Kliniki" tinkludi kliniki għall-kura ta’ qabel it-twelid, kliniki ta’
X-Ray u laboratorja mediċi u kull stabbiliment ieħor fejn in-nies
isirilhom eżami mediku jew jingħataw attenzjoni medika, iżda ma
tinkludi l-ebda istituzzjoni li hi mmexxija mhux bi skop ta’ qligħ.
Dan l-Ordni ma japplikax għall-impjegati li l-kumpens għax-
xogħol tagħhom hu regolat b’tariffa magħmula b’liġi jew skond il-
liġi.
