KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-INDUSTRIJI TAT-TESSUTI 
U GĦALL-INDUSTRIJI LI JAGĦMLU MAGĦHOM 
BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ S.L.452.55 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.55
ORDNI TAL-KUNSILL TAL-PAGI
GĦALL-INDUSTRIJI TAT-TESSUTI U 
GĦALL-INDUSTRIJI LI JAGĦMLU MAGĦHOM
BIEX JIRREGOLA L-PAGI
25 ta’ Awissu, 1977
L-AVVIŻ LEGALI 117 ta’ l-1977, kif emendat bl-Avviżi Legali 60 ta’ l-
1978, 23 ta’ l-1979, 24 ta’ l-1981, 74 ta’ l-1989 u 46 ta’ l-1990.
Titolu.
Industriji tat-Tessuti u għall-Industriji li jagħmlu magħhom biex
jirregola l-Pagi.
Applikazzjoni ta’ l-
Ordni.
2. Id-disposizzjonijiet murija fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-
Ordni għandhom japplikaw għall-impjegati kollha li dwarhom il-
Kunsill tal-Pagi għall-Industriji tat-Tessuti u għall-Industriji li
jagħmlu magħhom jaħdem.
Emendata:
A.L. 60 ta’ l-1978;
A.L. 23 ta’ l-1979;
A.L. 24 ta’ l-1981;
A.L. 74 ta’ l-1989;
A.L. 46 ta’ l-1990.
SKEDA
Tifsir.
xort’oħra -
Kap. 252.
"vaganzi tas-soltu" tfisser il-ġranet (barra mill-Ħdud) iddikjarati
għal dak iż-żmien bħala btajjel pubbliċi skond jew taħt l-Att dwar
il-Jum Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi oħra;
"ġurnata" fil-każ ta’ impjegati bix-shift tfisser perijodu ta’
erbgħa u għoxrin siegħa konsekuttivi; u, fil-każijiet l-oħra kollha,
tfisser perijodu li jibda minn nofs il-lejl ta’ ġurnata sa nofs il-lejl
tal-ġurnata ta’ wara;
"sigħat ta’ xogħol" tfisser il-ħin f’kull ġurnata li matulu l-
impjegati jkunu għad-disposizzjoni tal-prinċcipal, barra mill-
intervalli permessi għall-ikel u għall-mistrieħ;
Kap. 343.
ta’ Impieg u Taħriġ;
"shift ta’ bil-lejl" tfisser kull perijodu ta’ mpieg li jinkludi kull
sigħat bejn l-10 p.m. ta’ ġurnata u s-6 a.m. tal-ġurnata ta’ wara;
"impjegat part-time" tfisser impjegat, minbarra għassies (ħlief
skond id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 14), li mhux impjegat
whole-time;
"għassies part-time" tfisser impjegat li jaħdem bħala għassies
għal mhux aktar minn sitta u tletin siegħa fil-ġimgħa;
2 ġ S.L.452.55
KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-INDUSTRIJI TAT-TESSUTI 
U GĦALL-INDUSTRIJI LI JAGĦMLU MAGĦHOM 
BIEX JIRREGOLA L-PAGI
"perijodu ta’ mpieg" tfisser il-ħin f’kull ġurnata li matulu l-
impjegati jkunu għad-diposizzjoni tal-prinċipal, iżda magħduda l-
intervalli permessi għall-ikel u għall-mistrieħ;
"impjegat bix-shift" tfisser impjegat li jaħdem regolarment fuq
bażi ta’ shift ta’ ċiklu regolari;
"ħin u nofs" u, "ħin doppju" jfissru rispettivament darba u nofs u
darbtejn l-anqas rata ta’ ħin li tapplika għall-impjegat;
"paga" tfisser kumpens jew qligħ li jitħallas bi flus minn
prinċipal lil impjegat;
"ġimgħa" tfisser ġimgħa kalendarja;
"ġurnata ta’ mistrieħ fil-ġimgħa" tfisser porijodu ta’ erbgħa u
għoxrin siegħa konsekuttivi li jibda fil-ħin li fih l-impjegat
normalanent jibda t-turn tiegħu ta’ xogħol;
"impjegat whole-time" tfisser impjegat li jkun impjegat għal
aktar minn tletin siegħa f’kull ġimgħa, mifruxa fuq mhux inqas
minn erbat ijiem.
Sigħat ta’ xogħol. 2. L-anqas paga fil-ġimgħa għandha tkun relattiva għal
ġimgħa ta’ mhux aktar minn -
(a) erbgħin siegħa xogħol fil-każ ta’ impjegati whole-time,
barra minn għassiesa, li jinħadmu f’ġimgħa ta’ ħamest
ijiem;
(b) erbgħa u ħamsin siegħa xogħol fil-każ ta’ għassiesa,
eskluża s-sahra, maqsuma f’sitt ijiem.
L-anqas paga ta’ 
impjegati whole-
time.
3. L-anqas paga fil-ġimgħa li għandha titħallas lill-impjegati
whole-time għandha tkun din li ġejja:
(a) Għassiesa -
(i) li d-dmirijiet tagħhom isiru prinċipalment
ġewwa ............................................ Lm26.88,0;
(ii) li d-dmirijiet tagħhom isiru prinċipalment barra
........................................................ Lm27.88,0;
(b) Impjegati whole-time oħra:
ta’ 18-il sena jew fuqhom ....................... Lm26.88,0;
ta’ 17-il-sena .......................................... Lm23.97,0;
ta’ 16-il sena .......................................... Lm22.74,0.
(ċ) Impjegati bix-shift:
(i) fil-każ ta’ mpjegati li jiġu mħaddma fuq bażi ta’
tliet shifts u minħabba x-xogħol ta’ bil-lejl, jiġi
mħallas kumpens għax-shift li jammonta għal
parti minn għaxra tar-rata normali tagħhom. Fil-
każ ta’ mpjegati li jiġu mħaddma fuq bażi ta’
żewġ shifts, jiġi mħallas kumpens għax-shift li
jammonta għal parti minn tnax tar-rata normali
tagħhom;
(ii) jekk kull shift ta’ bil-lejl ta’ kull ġimgħa ma
jkunx segwit minn żewġ shifts tal-ġurnata
KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-INDUSTRIJI TAT-TESSUTI 
U GĦALL-INDUSTRIJI LI JAGĦMLU MAGĦHOM 
BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ S.L.452.55 3
konsekuttiva fil-ġimgħa, dak ix-shift jew shifts
ta’ bil-lejl jintitolaw lill-impjegati għal kumpens
ieħor li jammonta għal mhux anqas minn kwart
tar-rata normali tagħhom.
L-anqas paga ta’ 
impjegati bl-
imqieta.
4. Fil-każ ta’ mpjegati whole-time li jaħdmu bl-imqieta l-
anqas rata ta’ paga bl-imqieta tkun hekk li ebda mpjegat ma jaqla’,
meta jkun impjegat fuq xogħol bħal dak, anqas mir-rata xierqa ta’
ħin pro rata speċifikata fil-paragrafu 3 ta’ din l-Iskeda.
L-anqas ħin ta’ 
mistrieħ kuljum.
5. L-impjegati whole-time kollha, ħlief għassiesa, għandu
jkollhom intervalli għall-ikel u għall-mistrieħ ta’ mhux anqas,
b’kollox, minn siegħa kuljum:
Iżda -
(a) bla ħsara għad-disposizzionijiet tal-paragrafu (b) ta’
dan il-proviso l-intervall jew l-intervalli jkunu
permessi wara l-ewwel jew qabel l-aħħar siegħa tal-
perijodu ta’ mpieg; u
(b) meta l-aħħar nofs siegħa tal-perijodu ta’ mpieg tkun
permessa bħala nofs siegħa ta’ mistrieħ, l-impjegat
ikun intitolat li jitlaq mill-post tax-xogħol kif tibda dik
in-nofs siegħa.
L-anqas ħin ta’ 
mistrieħ fil-
ġimgħa.
6. L-impjegati whole-time kollha barra minn għassiesa
għandu jkollhom jumejn ta’ mistrieħ fil-ġimgħa. Għassiesa għandu
jkollhom ġurnata ta’ mistrieħ fil-ġimgħa:
Iżda, fejn sistema ta’ shift ma tħallix li jingħataw jumejn
ta’ mistrieh f’xi ġimgħa waħda f’xi ċiklu, l-impjegati għandhom
jiġu mogħtija ġurnata waħda ta’ mistrieħ f’dik il-ġimgħa
partikolari, u jitħallsu bir-rata ta’ ħin u nofs, għal xi waħda mill-
ġranet l-oħra tal-ġimgħa.
L-anqas rati ta’ 
sahra.
7. (1) Fil-każ ta’ l-impjegati kollha whole-time, ħlief
għassiesa, is-sahra għandha titħallas kif ġej:
(a) għall-ħin kollu li jinħadem iżjed minn tmien sigħat
f’kull ġurnata u għall-ħin kollu li jinħadem fl-ewwel
ġurnata ta’ mistrieħ determinata minn qabel fil-ġimgħa
.................................................................. ħin u nofs;
(b) għall-ħin kollu li jinħadem iżjed minn erbgħin siegħa
f’kull ġimgħa minbarra xi ħin imħallas b’rata ta’ sahra
.................................................................. ħin u nofs;
(ċ) għall-ħin kollu li jinħadem fil-Ħdud u fit-tieni ġurnata
ta’ mistrieħ determinata minn qabel fil-ġimgħa
................................................................. ħin doppju;
(d) għall-ħin kollu li jinħadem fil-vaganzi tas-soltu minn
barra r-rata ta’ kull siegħa normali ............ ħin doppju:
Iżda jekk vaganza tas-soltu tiġi l-Ħadd jew
f’ġurnata oħra ta’ mistrieħ, is-sahra titħallas biss bil-
ħin doppju.
(2) Fil-każ ta’ għassiesa, is-sahra għandha titħallas kif ġej:
(i) għall-ħin kollu li jinħadem iżjed minn disa’
4 ġ S.L.452.55
KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-INDUSTRIJI TAT-TESSUTI 
U GĦALL-INDUSTRIJI LI JAGĦMLU MAGĦHOM 
BIEX JIRREGOLA L-PAGI
sigħat f’kull ġurnata ......................... ħin u nofs;
(ii) għall-ħin kollu li jinħadem iżjed minn erbgħa u
ħamsin siegħa f’ġimgħa ta’ sitt ijiem
konsekuttivi ..................................... ħin u nofs;
(iii) għall-ħin kollu li jinħadem fit-tieni jew l-unika
ġurnata ta’ mistrieħ determinata minn qabel fil-
ġimgħa u f’xi vaganza tas-soltu ....... ħin doppju.
(3) B’dak kollu li hemm fid-disposizzjonijiet tas-sub-paragrafi
ta’ qabel ta’ dan il-paragrafu -
(i) impjegati bix-shift ma jkunux intitolati għall-
ħlas ta’ sahra għall-ħin li jinħadem f’shift
normali fil-Ħdud jew fil-ġurnata l-oħra ta’
mistrieħ;
(ii) meta vaganza tas-soltu taħbat f’xi ġurnata tax-
xogħol, sahra bil-ħin u nofs għandha titħallas
lill-impjegati whole-time, barra minn għassiesa,
għall-ħin li jinħadem ’il fuq minn erbgħin siegħa
matul dik il-ġimgħa nieqes in-numru ta’ sigħat li
kienu normalment jiġu maħduma f’dik il-ġurnata
minn dak l-impjegat;
(iii) fil-każ ta’ għassiesa, meta vaganza tas-soltu
taħbat f’xi ġurnata bejn it-Tnejn u s-Sibt, sahra
bil-ħin u nofs għandha titħallas lilhom għall-ħin
li jinħadem ’il fuq minn ħamsa u erbgħin siegħa
matul dik il-ġimgħa.
Vaganzi. 8. (1) Minbarra l-inqas ħin ta’ mistrieħ fil-ġimgħa li għalih
impjegati whole-time ikunu ntitolati taħt il-paragrafu 6, impjegati
whole-time ikunu intitolati għall-vaganzi kollha tas-soltu b’paga
sħiħa u għall-vaganzi li ġejjin li ma għandhomx ikunu inqas minn:
(a) erba’ ġimgħat ta’ xogħol u jum ta’ xogħol matul kull
waħda mis-snin kalendarji 1988 u 1989;
(b) erba’ ġimgħat ta’ xogħol u jumejn ta’ xogħol matul is-
sena kalendarja 1990;
(ċ) erba’ ġimgħat ta’ xogħol u tliet ijiem ta’ xogħol matul
is-sena kalendarja 1991; u
(d) erba’ ġimgħat ta’ xogħol u erbat ijiem ta’ xogħol matul
is-sena kalendarja 1992 u matul kull sena oħra
kalendarja li tiġi wara:
Iżda meta mpjegat whole-time ikun impjegat għal inqas
minn tnax-il xahar matul xi sena kalendarja, huwa jkun intitolat
għal dik il-parti tal-vaganzi msemmija li tkun fi proporzjon man-
numru ta’ xhur li jkun ilu fl-impieg.
(2) Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu "vaganzi" tfisser vaganzi
bil-ħlas li jistgħu jittieħdu:
Iżda -
(a) ġurnata waħda matul kull waħda mis-snin kalendarji
1988 u 1989;
KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-INDUSTRIJI TAT-TESSUTI 
U GĦALL-INDUSTRIJI LI JAGĦMLU MAGĦHOM 
BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ S.L.452.55 5
(b) jumejn vaganzi matul l-1990;
(ċ) tliet ijiem vaganzi matul l-1991; u
(d) erbat ijiem vaganzi matul l-1992, u matul kull sena
kalendarja li tiġi wara,
ma għandhomx jiffurmaw parti minn xi shut-down u għandhom
jingħataw mill-prinċipal bħala leave li jittieħed b’għażla b’żieda
ma’ kull leave li jittieħed b’għażla li l-impjegat seta’ kien intitolat
għalih fid-9 ta’ Novembru, 1988.
Leave għal mard.
Kap. 318.
9. (1) Impjegati whole-time jkunu ntitolati għal tnax-il
ġurnata leave għall-mard f’kull sena kalendarja b’paga sħiħa nieqes
kull benefiċċju għall-mard li għalih huma jista’ jkollhom dritt
skond l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali u għal tnax-il ġurnata oħra
b’nofs paga f’kull sena kalendarja nieqes nofs kull benefiċċju
għall-mard bħal dak, iżda ċertifikat tat-tabib li jiċċertifika
inkapaċità  għax-xogħol li jkopri l-perijodu ta’ assenza għandu jiġi
ppreżentat lill-prinċipal, li jkollu d-dritt, jekk iħoss li ikun xieraq,
li jibgħat lit-tabib tiegħu biex iżur u jagħmel eżami mediku lill-
impjegat.
(2) Impjegati whole-time li jkun ilhom jaħdmu għal anqas
minn sena jkunu ntitolati għal leave għal mard bi ħlas bi proporzjon
man-numru ta’ xhur ta’ mpieg.
(3) Għall-finiijet ta’ dan il-paragrafu, interruzzjoni fl-impieg
għal mhux aktar minn tletin ġurnata, jekk mhux mitlub mill-
impjegat, ma jtellifx il-kontinwità  tas-servizz.
Leave għal luttu.
każ tal-mewt ta’ xi wieħed jew waħda mill-qraba li ġejjin: il-mara
jew ir-raġel, l-omm jew il-missier (jew il-persuna li f’dak iż-żmien
kienet fil-fatt qiegħda tagħmilha bħala omm jew missier l-
impjegat), l-iben jew il-bint u ħuh jew oħtu.
Leave speċjali.
fl-okkażjoni taż-żwieġ tiegħu u jumejn leave b’paga sħiħa fl-
okkażjoni tat-twelid ta’ tarbija lil martu.
Leave għal 
korriment.
Kap. 318.
12. Impjegat whole-time ikollu dritt sa sena leave b’paga sħiħa,
nieqes il-benefiċċju kollu ta’ korriment li għalih dak l-impjegat
jista’ jkollu dritt skond l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali, jekk ikorri
waqt il-qadi attwali ta’ dmirijietu u dak il-korriment ma jkunx b’xi
traskuraġni kontributorja minn naħa tiegħu, jew minħabba l-ksur
minnu ta’ xi regoli ta’ tħaris mill-periklu stabbiliti mill-
management.
Servizz ta’ ġurat.
mogħti l-ħin kollu meħtieġ mingħajr telf ta’ paga, biex jattendi l-
Qorti.
L-anqas paga ta’ 
impjegati part-
time.
14. L-inqas rata fis-siegħa li għandha titħallas lill-impjegati
part-time għandha tiġi maħduma -
(a) fil-każ ta’ għassiesa, billi r-rata ta’ ġimgħa applikabbli
għall-kategorija ta’ għassiesa tiġi diviża b’erba’ u
ħamsin; u
(b) fil-każ ta’ impjegati oħra billi tiġi diviża b’erbgħin ir-
6 ġ S.L.452.55
KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-INDUSTRIJI TAT-TESSUTI 
U GĦALL-INDUSTRIJI LI JAGĦMLU MAGĦHOM 
BIEX JIRREGOLA L-PAGI
rata fil-ġimgħa applikabbli għal dawk l-impjegati l-
oħra ma’ l-età  ta’ tmintax-il sena jew fuqhom.
Ħin ta’ stennija. 15. Impjegat għandu dritt għall-ħlas ta’ l-anqas paga
applikabbli għalih għall-ħin kollu li matulu jkun preżenti fil-post
tal-prinċipal tiegħu jew f’post ieħor ħlief meta huwa jkun preżenti
hemmhekk f’xi waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a) mingħajr il-kunsens tal-prinċipal, imfisser jew
mifhum;
(b) għal xi skop li m’għandux x’jaqsam max-xogħol
tiegħu u li ma jkunx dak li jistenna għal xogħol li
għandu jingħata lilu biex jagħmel;
(ċ) għar-raġuni biss tal-fatt li huwa jirrisjedi hemmhekk;
(d) matul il-ħinijiet normali ta’ l-ikel f’kamra jew f’post li
fih ma jkun qiegħed isir ebda xogħol, u huwa ma jkunx
qiegħed jistenna għal xogħol biex jingħata lilu biex
jagħmel.
Età  ta’ rtirar. 16. F’każ fejn impjegat raġel huwa mistenni li jirtira mix-
xogħol fl-età  ta’ sittin sena, impjegat bħal dan għandu jingħata l-
opportunità  minn min iħaddmu biex jibqa’ fl-impieg tiegħu ’l fuq
minn din l-età , u ta’ l-anqas sakemm jilħaq l-età  ta’ wieħed u sittin
sena, iżda l-impjegat konċernat xorta għandu jitħalla, jekk huwa
hekk ikun irid, li jirtira fl-età  ta’ sittin sena.
NOTA TA’ TIFSIR
(Din in-nota mhix parti mill-Ordni iżda hija maħsuba biex turi l-
applikabilità  tiegħu).
Id-disposizzjonijiet ta’ l-Iskeda ta’ hawn fuq igħoddu għall-
impjegati kollha f’kull impriża jew parti minn impriża li l-
attivitajiet tagħha jikkonsistu għal kollox jew prinċipalment f’xi
waħda minn dawn li ġejjin:
(a) il-manifattura jew il-proċessar (magħdud l-għażil,
insiġ, maljerija, finishing u kull proċessar ieħor li
għandu x’jaqsam ma’ dan ta’ hawn fuq) ta’ fibra u
drappijiet naturali, artifiċjali jew maħduma min-nies;
(b) il-manifattura ta’ oġġetti minn fibra u drappijiet
naturali, artifiċjali jew maħduma min-nies.
