KUNSILL TAL-PAGI TAL-ĠOJJELLERIJA U 
ARLOĠĠI BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.56 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.56
ORDNI TAL-KUNSILL TAL-PAGI
TAL-ĠOJJELLERIJA U ARLOĠĠI 
BIEX JIRREGOLA L-PAGI
25 ta’ Awissu, 1977
L-AVVIŻ LEGALI 118 ta’ l-1977, kif emendat bl-Avviż Legali 122 ta’ l-
1978.
Titolu.
Ġojjellerija u Arloġġi biex jirregola l-Pagi.
Applikazzjoni ta’ l-
Ordni.
2. Id-disposizzjonijiet murija fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-
Ordni għandhom japplikaw għall-impjegati kollha li dwarhom il-
Kunsill tal-Pagi tal-Ġojjellerija u Arloġġi jaħdem.
Emendata:
A.L. 122 ta’ l-
1978.
SKEDA
Tifsir.
xort’oħra -
Kap. 252.
"vaganzi tas-soltu" tfisser il-ġranet (barra mill-Ħdud) iddikjarati
għal dak iż-żmien bħala btajjel pubbliċi skond jew taħt l-Att dwar
il-Jum Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi oħra;
"ġurnata" tfisser perijodu ta’ erbgħa u għoxrin siegħa
konsekuttivi li jibda minn nofs il-lejl ta’ jum u jispiċċa f’nofs il-lejl
tal-jum ta’ wara;
"ħinijiet tax-xogħol" tfisser il-ħin kollu f’kull ġurnata li matulu l-
impjegati jkunu għad-disposizzjoni tal-prinċipal esklużi l-intervalli
permessi għall-ikel u għall-mistrieħ;
"impjegat part-time" tfisser impjegat li m’huwiex impjegat
whole-time;
"perijodu ta’ mpieg" tfisser il-ħin f’kull ġurnata li matulu l-
impjegati jkunu għad-disposizzjoni tal-prinċipal inklużi l-intervalli
permessi għall-ikel u għall-mistrieħ;
"ħin u nofs" u "ħin doppju" jfissru rispettivament darba u nofs u
darbtejn ir-rata attwali tal-ħin applikabbli għall-impjegati;
"paga" tfisser rimunerazzjoni jew qligħ li jitħallas bi flus minn
prinċipal lil impjegat;
"ġimgħa" tfisser ġimgħa kalendarja;
"ġurnata mistrieħ fil-ġimgħa" tfisser perijodu ta’ erbgħa u
għoxrin siegħa konsekuttivi li jibdew mill-ħin li fih l-impjegat
soltu jibda t-turn tiegħu tax-xogħol;
"impjegat whole-time" tfisser impjegat li hu impjegat għal aktar
minn tmintax-il siegħa mferrxa fuq perijodu ta’ mhux anqas minn
erbat ijiem f’ġimgħa waħda.
2 L.S.452.56 ħ
KUNSILL TAL-PAGI TAL-ĠOJJELLERIJA U 
ARLOĠĠI BIEX JIRREGOLA L-PAGI
Ħinijiet tax-
xogħol.
2.(1) (a) Il-ħinijiet normali tax-xogħol ta’ l-istabbiliment
għandhom ikunu mqassma bejn is-7.30 a.m. u l-5.30
p.m. f’kull ġurnata tal-ġimgħa bejn it-Tnejn u l-
Ġimgħa (iż-żewġ ġranet inklużi). Kull xogħol li jsir
fil-ġurnata tas-Sibt għandu jiġi kompensat billi
jingħata time off in lieu. Il-ġurnata tal-Ħadd, barra fil-
każ ta’ mpjegati whole-time mpjegati bħala għassiesa,
tkun il-ġurnata tal-mistrieħ fil-ġimgħa.
(b) L-għassiesa jingħataw ġurnata mistrieħ fil-ġimgħa.
(2) L-inqas paga fil-ġimgħa ta’ mpjegati whole-time, minbarra
għassiesa, għandha tkun relatata għal ġimgħa ta’ erbgħin siegħa
xogħol, fil-waqt li dik ta’ għassiesa għal ġimgħa ta’ sittin siegħa
xogħol.
L-inqas paga fil-
ġimgħa ta’ 
mpjegati whole-
time.
3. (1) L-inqas paga fil-ġimgħa ta’ mpjegati whole-time,
minbarra għassiesa, ta’ tmintax-il sena jew fuqhom, għandha tkun
kif ġej:
matul l-ewwel sentejn ta’ mpieg fis-sengħa
................................................................. Lm17.38,0;
matul it-tielet sena ta’ mpieg fis-sengħa ... Lm19.13,0;
matul ir-raba’ sena ta’ mpieg fis-sengħa ... Lm20.13,0;
matul il-ħames sena ta’ mpieg fis-sengħa .. Lm21.13,0.
(2) L-inqas paga fil-ġimgħa ta’ mpjegati whole-time, minbarra
għassiesa, taħt it-tmintax-il sena għandha tkun kif ġej:
ta’ sittax-il sena ....................................... Lm13.24,0;
ta’ sbatax-il sena ...................................... Lm14.47,0.
(3) L-inqas paga fil-ġimgħa ta’ mpjegati whole-time għassiesa,
indipendentement mill-età  tagħhom, għandha tkun kif muri hawn
taħt:
(a) dawk li d-dmirijiet tagħhom isiru prinċipalment
ġewwa ..................................................... Lm17.38,0;
(b) dawk li d-dmiirijiet tagħhom isiru prinċipalment barra
................................................................. Lm18.38,0.
L-inqas rati ta’ 
impjegati part-
time.
4. L-inqas rati fis-siegħa li għandhom jitħallsu lill-impjegati
part-time għandhom ikunu d-doppju ta’ l-inqas rati tal-ħin li
japplikaw għall-impjegati whole-time.
L-inqas ħin tal-
mistrieħ kuljum.
5. L-impjegati whole-time, barra għassiesa, għandhom
jingħataw intervalli għall-ikel u għall-mistrieħ ta’ mhux anqas
minn siegħa u nofs b’kollox f’kull ġurnata tal-ġimgħa mit-Tnejn
sal-Ġimgħa u ta’ mhux anqas minn kwarta ta’ siegħa nhar ta’ Sibt.
L-inqas rati ta’ 
sahra.
6. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta’ din l-
Iskeda -
(a) impjegati whole-time, minbarra għassiesa, għandhom
jitħallsu sahra kif ġej:
(i) għall-ħin kollu li jinħadem iżjed mill-ħinijiet
normali tax-xogħol ta’ l-istabbiliment
......................................................... ħin u nofs;
KUNSILL TAL-PAGI TAL-ĠOJJELLERIJA U 
ARLOĠĠI BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.56 3
(ii) għall-ħin kollu li jinħadem fil-Ħdud u fil-
vaganzi tas-soltu ............................. ħin doppju;
(iii) għall-ħin kollu li jinħadem iżjed minn erbgħin
siegħa, barra minn xogħol li jsir nhar ta’ Sibt li
għalih jistgħu jingħataw l-istess numru ta’ sigħat
time off in lieu, f’xi ġimgħa waħda, barra minn
kull sahra li titħallas skond id-disposizzjonijiet
ta’ qabel ........................................... ħin u nofs;
(b) l-għassiesa jitħallsu sahra, għall-ħin kollu li jinħadem
iżjed minn sittin siegħa f’xi ġimgħa ........... ħin u nofs.
Vaganzi tas-soltu u 
vaganzi bi ħlas.
7. L-impjegati whole-time jkollhom dritt, f’kull sena
kalendarja, għal -
(a) il-vaganzi tas-soltu kollha b’paga sħiħa, u
(b) wara tliet xhur fl-impieg, leave ta’ vaganza ta’ dak in-
numru ta’ ġranet tax-xogħol b’paga sħiħa li jkun daqs
in-numru ta’ ġranet tax-xogħol li dak l-impjegat
partikolari normalment ikollu jattendi għax-xogħol
matul perijodu ta’ erba’ ġimgħat:
Iżda dawk il-vaganzi għandhom jittieħdu bi ftehim
mal-prinċipal:
Iżda wkoll impjegati whole-time li jkun ilhom fl-
impieg għal anqas minn sena jkollhom dritt għal dik il-
parti ta’ l-imsemmi leave ta’ vaganza li tkun bi
proporzjon għan-numru ta’ xhur fl-impieg.
Leave għal mard.
Kap. 318.
8. (1) Wara l-ewwel sitt xhur ta’ servizz, impjegat whole-time
jkollu f’kull sena kalendarja, tnax-il ġurnata leave għal mard
b’paga sħiħa, nieqes kull benefiċċju sħiħ għal mard li għalih dak l-
impjegat ikun intitolat skond l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali, u għal
erbgħa u għoxrin ġurnata leave għal mard b’nofs paga nieqes nofs
kull benefiċċju għal mard li għalih jista’ jkun intitolat:
Iżda għandu jigi prodott ċertifikat mediku li jiċċertifika
inkapaċità  għax-xogħol matul il-perijodu ta’ assenza lill-prinċipal
li jkollu d-dritt, jekk jidhirlu xieraq, li jibgħat it-tabib tiegħu biex
jeżamina lill-impjegat.
(2) Għall-iskopijiet ta’ dan il-paragrafu interruzzjoni fl-impieg
ta’ mhux aktar minn xahrejn m’għandhiex titqies bħala
interruzzjoni tal-kontinwità  tas-servizz.
Leave għal luttu.
b’paga sħiħa fil-każ tal-mewt ta’ xi ħadd minn dawn il-qraba li
ġejjin: il-mara jew ir-raġel, l-omm jew il-missier (jew il-persuna li
dak iż-żmien tkun qed tagħmilha ta’ missier jew omm l-impjegat),
l-iben jew il-bint, ħuh jew oħtu.
Leave speċjali.
leave b’paga sħiħa fl-okkażjoni taż-żwieġ tiegħu u ġurnata tax-
xogħol leave b’paga sħiħa fl-okkażjoni tat-twelid ta’ tarbija lil
martu.
Leave għal ġurati.
ikollu leave għall-ħin kollu li jkun meħtieġ bla tnaqqis mill-paga,
sabiex ikun jista’ jattendi għal dmirijietu fil-Qrati.
4 L.S.452.56 ħ
KUNSILL TAL-PAGI TAL-ĠOJJELLERIJA U 
ARLOĠĠI BIEX JIRREGOLA L-PAGI
Leave għal 
korriment.
Kap. 318.
12. Impjegat whole-time ikun intitolat għal sena leave b’paga
sħiħa f’każ ta’ korriment, nieqes l-ammont sħiħ ta’ kull benefiċċju
għall-korriment li għalih dak l-impjegat jista’ jkollu dritt skond l-
Att dwar is-Sigurtà  Soċjali, jekk ikorri waqt il-qadi attwali ta’
dmirijietu u dak il-korriment ma jkunx bi traskuraġni kontributorja
min-naħa tiegħu jew bi ksur minnu ta’ regoli ta’ ħarsien mill-
periklu stabbiliti mill-management.
Ħin ta’ stennija. 13. Impjegat ikun intitolat għall-ħlas tal-paga minima
applikabbli għalih għal kull ħin li matulu jkun preżenti fil-post tal-
prinċipal tiegħu jew f’kull post ieħor sakemm ma jkunx preżenti
hemm f’waħda minn dawn iċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a) mingħajr il-kunsens tal-prinċipal, imfisser jew
mifhum;
(b) għal xi skop mhux konness ma’ xogħol u minbarra dak
li jkun qed jistenna li jiġi mogħti lilu xogħol
x’jagħmel;
(ċ) għar-raġuni biss tal-fatt li jkun residenti hemm;
(d) matul il-ħinijiet normali ta’ l-ikel f’kamra jew f’post
fejn mhux qed isir xogħol, u mhux qed jistenna xogħol
li jiġi mogħti lilu biex jagħmel.
Età  ta’ rtirar mix-
xogħol.
14. F’każijiet fejn irtirar mix-xogħol ta’ mpjegat raġel ikun
mistenni fl-età  ta’ sittin sena, dan l-impjegat għandu jingħata l-
opportunità  mill-prinċipal biex jibqa’ fl-impieg tiegħu wara li jkun
għalaq is-sittin sena sakemm ikollu wieħed u sittin sena, iżda l-
istess impjegat jitħalla, jekk ikun irid hekk, jirtira fl-età  ta’ sittin
sena.
NOTA TA’ TIFSIR
(Din in-nota mhix parti mill-Iskeda, iżda hija maħsuba biex turi
l-applikabilità  tagħha).
Id-disposizzjonijiet ta’ l-Iskeda ta’ hawn fuq japplikaw għall-
impjegati fi kwalunkwe impriża jew parti minn impriża li l-
attivitajiet tagħha jikkonsistu għal kollox jew prinċipalment fl-
induratura, jew fix-xogħol ta’ l-inċiżjoni fid-deheb jew fidda jew
fil-manifattura tal-ġojjellerija, arloġġi u arloġġi ta’ l-idejn.
F’dan l-Ordni -
"manifattura" tinkludi tiswija; u
"gojjellerija" tfisser oġġetti magħmulin għal kollox jew
prinċipalment jew miksijin bid-deheb, fidda, platinum jew metalli
oħra prezzjużi u tinkludi djamanti jew ħaġar prezzjuż, oġġetti tad-
deheb rolled.
