KUNSILL TAL-PAGI DWAR KIRI TA’ VETTURI JEW
PRIVATE BUSES BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.57 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.57
ORDNI TAL-KUNSILL TAL-PAGI
DWAR KIRI TA’ VETTURI JEW PRIVATE BUSES
BIEX JIRREGOLA L-PAGI
19 ta’ Settembru, 1977
L-AVVIŻ LEGALI 124 ta’ l-1977, kif emendat bl-Avviż Legali 48 ta’ l-
1979.
Titolu.
Kiri ta’ Vetturi jew Private Buses biex jirregola l-Pagi.
Applikazzjoni ta’ l-
Ordni.
2. Id-disposizzjonijiet murija fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-
Ordni għandhom japplikaw għall-impjegati kollha li dwarhom il-
Kunsill tal-Pagi dwar Kiri ta’ Vetturi jew Private Buses jaħdem.
Emendata:
A.L. 48 ta’ l-1979.
SKEDA
Tifsir.
xort’oħra -
Kap. 252.
"vaganzi tas-soltu" tfisser il-ġranet (barra mill-Ħdud) iddikjarati
għal dak iż-żmien bħala btajjel pubbliċi skond jew taħt l-Att dwar
il-Jum Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi oħra;
"ġurnata" tfisser perijodu ta’ erbgħa u għoxrin siegħa
konsekuttivi li jibda minn nofs il-lejl ta’ ġurnata sa f’nofs il-lejl tal-
ġurnata ta’ wara;
"ħinijiet ta’ xogħol" tfisser il-ħin f’kull ġurnata li matulu l-
impjegati jkunu għad-disposizzjoni tal-prinċipal, barra mill-
intervalli permessi għall-ikel u għall-mistrieħ;
"ħin normali", "ħin u nofs" u "ħin doppju" ifissru rispettivament,
darba, darba u nofs u darbtejn l-anqas rata ta’ ħin li tapplika għall-
impjegati;
"impjegat part-time" tfisser impjegat li ma huwiex impjegat
whole-time: 
Iżda ebda impjegat part-time ma jista’ jitħaddem għal iktar
minn sitt sigħat f’xi ġurnata waħda jew, fil-każ ta’ għassies, għal
iktar minn tnax-il siegħa wara xulxin li minnhom mhux iktar minn
seba’ sigħat jista’ jkunu matul xi ġurnata waħda;
"perijodu ta’ impieg" tfisser il-ħin f’kull ġurnata li matulu l-
impjegati jkunu għad-disposizzjoni tal-prinċipal, iżda magħduda l-
intervalli permessi għall-ikel u għall-mistrieħ;
"paga" tfisser kumpens jew qligħ li jitħallas bi flus minn
prinċipal lil impjegat;
"ġimgħa" tfisser ġimgħa kalendarja;
"ġurnata ta’ mistrieħ fil-ġimgħa" tfisser perijodu ta’ erbgħa u
2 L.S.452.57 ħ
KUNSILL TAL-PAGI DWAR KIRI TA’ VETTURI JEW
PRIVATE BUSES BIEX JIRREGOLA L-PAGI
għoxrin siegħa konsekuttivi li jibda fil-ħin li fih l-impjegat
normalment jibda x-xogħol tiegħu;
"impjegat whole-time" tfisser impjegat li jkun imħaddem għal
aktar minn erbgħa u għoxrin siegħa f’kull ġimgħa kalendarja
mqassma f’mhux anqas minn erbat ijiem.
Ħinijiet ta’ xogħol. 2. (1) Ebda persuna ma għandha gġiegħel jew tħalli persuna
oħra mpjegata minnha jew soġġetta għall-ordnijiet tagħha li ssuq
karozza għall-kiri jew karozza privata -
(i) għal perijodu kontinwu ta’ aktar minn erba’
sigħat; jew
(ii) għal perijodi, li ebda wieħed minnhom ma
għandu jeċċedi erba’ sigħat, li flimkien jitilgħu
għal mhux aktar minn tnax-il siegħa f’kull
perijodu ta’ erbgħa u għoxrin siegħa li jibda
minn nofs il-lejl; jew
(iii) b’mod li d-driver ma jkollux mill-anqas disa’
sigħat, li sitta minnhom ikunu konsekuttivi, għal
mistrieħ f’xi perijodu ta’ erbgħa u għoxrin
siegħa li jibda jgħodd mill-bidu ta’ kull perijodu
ta’ sewqan.
(2) Is-sigħat tax-xogħol fil-ġimgħa għandhom ikunu:
(a) tnejn u erbgħin fil-każ ta’ skrivani/receptionists;
(b) sitta u erbgħin fil-każ ta’ drivers, kondutturi/
attendants, u impjegati oħra;
(ċ) sittin fil-każ ta’ għassiesa.
(3) Is-sigħat tax-xogħol ta’ kuljum tal-kategoriji ta’ mpjegati
fis-sub-paragrafu (2) ta’ hawn fuq għandhom ikunu rispettivament
kif ġej:
(a) l-anqas erba’ sigħat, l-aktar tmien sigħat;
(b) l-anqas ħames sigħat, l-aktar għaxar sigħat;
(ċ) tnax-il siegħa.
L-anqas pagi ta’ 
impjegati whole-
time.
3. L-inqas paga fil-ġimgħa li titħallas lill-impjegati whole-
time tkun kif ġej:
(a) skrivan/receptionist .................................... Lm21.88;
(b) xufiera ........................................................ Lm21.63;
(ċ) kundutturi/attendants u mpjegati oħra (barra
għassiesa):
(i) ta’ tmintax-il sena jew fuqhom ........... Lm20.02;
(ii) ta’ sittax jew sbatax-il sena ................ Lm18.88;
(d) għassiesa:
(i) dawk li d-dmirijiet tagħhom ikunu prinċipalment
ġewwa ............................................... Lm20.02;
(ii) dawk li d-dmirijiet tagħhom ikunu prinċipalment
barra .................................................. Lm21.42.
KUNSILL TAL-PAGI DWAR KIRI TA’ VETTURI JEW
PRIVATE BUSES BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.57 3
L-anqas 
rimunerazzjoni ta’ 
impjegati part-
time.
4. L-inqas rimunerazzjoni għal impjegati part-time għandha
tkun kif ġej:
(a) fil-każ ta’ skrivani/receptionists -
(i) għall-ewwel tliet sigħat jew inqas f’xi ġurnata
waħda ............................................ Lm1.71,0;
(ii) għal kull siegħa jew parti minnha li tkun ’il fuq
mill-ewwel tliet sigħat f’xi ġurnata waħda
................................................................ 52ċ;
(b) fil-każ ta’ xufiera -
(i) għall-ewwel tliet sigħat jew inqas f’xi ġurnata
waħda ............................................ Lm1.53,0;
(ii) għal kull siegħa jew parti minnha li tkun ’il fuq
mill-ewwel tliet sigħat f’xi ġurnata waħda
................................................................ 47ċ;
(ċ) fil-każ ta’ kondutturi u attendants -
(d) fil-każ ta’ l-impjegati l-oħra kollha, inklużi għassiesa -
(2) Meta l-Gvern jagħti lill-impjegati whole-time tiegħu kollha
żieda ġenerali fil-pagi u dik iż-żieda tiġi dikjarata mill-Ministru
responsabbli għax-xogħol b’avviż fil-Gazzetta li hi ta’
applikazzjoni ġenerali għall-impjegati whole-time kollha, ir-rati ta’
hawn fuq għandhom jiżdiedu proporzjonalment skond l-imsemmija
żieda ġenerali tal-pagi, meta jitqiesu, sabiex wieħed jasal għall-
imsemmi proporzjon, id-disposizzjonijiet tas-sub-paragrafu (2) tal-
paragrafu 2 ta’ din l-Iskeda.
L-anqas mistrieħ 
ta’ kuljum.
5. Ħlief kif provdut fis-sub-paragrafu (1) tal-paragrafu 2 l-
impjegati kollha whole-time, minbarra l-għassiesa, għandhom
jingħataw permessi għal intervalli għall-ikel u mistrieħ ta’ mhux
anqas, b’kollox, minn siegħa kuljum:
Iżda -
ta’ tmintax-
il sena jew 
fuqhom
taħt it-
tmintax-il 
sena
(i) għall-ewwel erba’ sigħat
jew inqas f’xi ġurnata ...... Lm1.85,0 Lm1.75,0
(ii) għal kull siegħa jew parti
minnha li tkun ’il fuq mill-
ewwel erba’ sigħat f’xi
ġurnata waħda ................... 43ċ5 41ċ
ta’ tmintax-
il sena jew 
fuqhom
taħt it-
tmintax-il 
sena
(i) għall-ewwel tliet sigħat jew
inqas f’xi ġurnata waħda
............................ Lm1.40,5 Lm1.32,0
(ii) għal kull siegħa jew parti
minnha ’l fuq mill-ewwel
tliet sigħat f’xi ġurnata
waħda .............................. 43ċ5 41ċ.
4 L.S.452.57 ħ
KUNSILL TAL-PAGI DWAR KIRI TA’ VETTURI JEW
PRIVATE BUSES BIEX JIRREGOLA L-PAGI
(a) bla ħsara għall-paragrafu (b) ta’ dan il-proviso, l-
intervall jew l-intervalli għandhom jingħataw wara l-
ewwel jew qabel l-aħħar siegħa tal-perijodu ta’ l-
impieg; u
(b) fejn l-aħħar nofs siegħa tal-perijodu ta’ l-impieg tkun
permessa bħala nofs siegħa ta’ mistrieħ, l-impjegat
ikun intitolat li jħalli l-post tax-xogħol malli tibda dik
in-nofs siegħa.
L-anqas mistrieħ 
fil-ġimgħa.
6. L-impjegati kollha għandhom jingħataw ġurnata ta’
mistrieħ fil-ġimgħa, li minnhom erbat ijiem f’kull sena kalendarja,
għandhom jingħataw fil-Ħdud, jekk ikunu hekk mitluba mill-
impjegat.
L-anqas rati ta’ 
sahra.
7. Fil-każ ta’ l-impjegati kollha whole-time, is-sahra għandha
titħallas kif ġej:
(a) għall-ħin kollu li jaqbeż is-sigħat ta’ kuljum f’kull
ġurnata, minbarra l-ġurnata tal-mistrieħ jew il-vaganzi
tas-soltu ..................................... ħin u nofs;
(b) għall-ħin kollu maħdum fil-ġurnata tal-mistrieħ jew
f’vaganzi tas-soltu ................................. ħin doppju.
Vaganzi. 8. L-impjegati whole-time ikollhom dritt, f’kull sena
kalendarja, għal -
(a) il-vaganzi tas-soltu kollha b’paga sħiħa, u
(b) wara tliet xhur fl-impieg, leave ta’ vaganza ta’ dak in-
numru ta’ ġranet tax-xogħol b’paga sħiħa li jkun daqs
in-numru ta’ ġranet tax-xogħol li dak l-impjegat
partikolari normalment ikollu jattendi għax-xogħol
matul perijodu ta’ erba’ ġimgħat:
Iżda mpjegati whole-time li jkun ilhom fl-impieg
għal anqas minn sena jkollhom dritt għal dik il-parti
ta’ l-imsemmi leave ta’ vaganza li tkun bi proporzjon
għan-numru ta’ xhur fl-impieg.
Leave għall-mard.
Kap. 318.
9. Wara li jgħaddu sitt xhur fl-impieg, l-impjegati jkunu
ntitolati għal tnax-il ġurnata leave għal mard f’kull sena kalendarja
bil-paga sħiħa, iżda mnaqqas kull benefiċċju għal mard li għalih
huma jista’ jkollhom dritt skond l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali, hekk
illi għandu jiġi preżentat lill-prinċipal ċertifikat tat-tabib li
jiċċertifika nkapaċità  għax-xogħol li jkopri l-perijodu tan-nuqqas.
Leave għal-luttu. 10. L-impjegati jkollhom jumejn leave bi ħlas fil-każ tal-mewt
ta’ xi ħadd minn dawn il-qraba: il-mara jew ir-raġel, il-missier jew
l-omm (jew il-persuna li f’dak iż-żmien tkun fil-fatt qiegħda
tagħmilha bħala missier jew omm l-impjegat), l-iben jew il-bint u
ħuh jew oħtu.
Vaganzi speċjali. 11. Impjegat whole-time jingħata tliet ijiem leave b’paga sħiħa
fl-okkażjoni taż-żwieġ tiegħu u ġurnata leave b’paga sħiħa fl-
okkażjoni tat-twelid ta’ tarbija lil martu.
Leave għal 
korriment.
Kap. 318.
12. Impjegat whole-time jingħata sa massimu ta’ sena leave
għal korriment b’paga sħiħa, nieqes l-ammont sħiħ ta’ kull
benefiċċju għal korriment li għalih dak l-impjegat jista’ jkollu dritt
KUNSILL TAL-PAGI DWAR KIRI TA’ VETTURI JEW
PRIVATE BUSES BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.57 5
skond l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali, jekk ikorri waqt il-qadi attwali
ta’ dmirijietu u dak il-korriment ma jkunx minħabba traskuraġni
kontributorja minn naħa tiegħu jew għax ikun kiser xi regoli dwar
il-ħarsien mill-periklu stabbiliti mill-management.
Servizz għal ġurati.
bħala ġurat, il-ħin kollu meħtieġ, mingħajr ebda tnaqqis mill-paga
li xort’oħra kien ikollu jedd għaliha, sabiex jista’ jattendi għal dak
id-dmir fil-Qorti.
Ħin ta’ stennija.
applikabbli għalih għall-ħin kollu li matulu jkun preżenti fil-post
tal-prinċipal tiegħu jew f’xi post ieħor li għandu x’jaqsam ma’ l-
impieg tiegħu ħlief meta huwa jkun preżenti hemmhekk f’xi waħda
miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a) mingħajr il-kunsens tal-prinċipal, imfisser jew
mifhum;
(b) għal xi skop li ma għandux x’jaqsam max-xogħol
tiegħu u li ma jkunx dak li jistenna għal xogħol li
jingħata lilu biex jagħmel;
(ċ) għar-raġuni biss tal-fatt li huwa jirrisjedi hemmhekk;
(d) matul il-ħinijiet normali ta’ l-ikel u l-mistrieħ u ma
jkunx qiegħed jistenna xogħol biex jingħata lilu biex
jagħmel.
Età  ta’ rtirar mix-
xogħol.
15. F’każ fejn impjegat raġel huwa mistenni li jirtira mix-
xogħol fl-età  ta’ sittin sena, impjegat bħal dan għandu jingħata l-
opportunità  minn min iħaddmu biex jibqa’ fl-impieg tiegħu ’l fuq
minn din l-età  u ta’ l-anqas sakemm jilħaq l-età  ta’ wieħed u sittin
sena, iżda l-impjegat konċernat xorta għandu jitħalla, jekk huwa
hekk ikun irid, li jirtira fl-età  ta’ sittin sena.
NOTA TA’ TIFSIR
(Din in-nota mhix parti mill-Ordni iżda hi maħsuba biex turi l-
applikabilità  tiegħu).
Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Ordni japplikaw għall-impjegati
kollha f’kull impriża jew parti minn impriża, li l-attivitajiet tagħha
jikkonsistu għal kollox jew prinċipalment fil-kiri ta’ vetturi,
private buses, jew f’tagħlim ta’ sewqan li huma:
Drivers;
Kondutturi/Attendants;
Skrivani/Receptionists;
Għassiesa;
Garage handymen
iżda esklużi l-mechanics u l-petrol station attendants li huma diġà
koperti minn Ordnijiet oħra li jirregolaw il-kundizzjonijiet ta’ l-
impieg.
