KUNSILL TAL-PAGI TA’ L-AĠENZIJI TA’ L-IVJAĠĠAR U 
ASSIKURAZZJONI BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.58 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.58
ORDNI TAL-KUNSILL TAL-PAGI
TA’ L-AĠENZIJI TA’ L-IVJAĠĠAR U 
ASSIKURAZZJONI BIEX JIRREGOLA L-PAGI
27 ta’ Frar, 1978
L-AVVIŻ LEGALI 22 ta’ l-1978, kif emendat bl-Avviżi Legali 34 u 117
ta’ l-1978.
Titolu.
Aġenziji ta’ l-Ivjaġġar u Assikurazzjoni biex jirregola l-Pagi.
Applikazzjoni ta’ l-
Ordni.
2. Id-disposizzjonijiet murija fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-
Ordni għandhom japplikaw għall-impjegati kollha li dwarhom il-
Kunsill tal-Pagi ta’ l-Aġenziji ta’ l-Ivjaġġar u Assikurazzjoni
jaħdem.
Emendata:
A.L. 34 ta’ l-1978;
A.L. 117 ta’ l-
1978.
SKEDA
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
Kap. 252.
"festi tas-soltu" tfisser il-ġranet (barra mill-Ħdud) iddikjarati
għal dak iż-żmien bħala btajjel pubbliċi skond jew taħt l-Att dwar
il-Jum Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi oħra;
"sena kalendarja" tfisser perijodu ta’ tnax-il xahar li jibda mill-1
ta’ Jannar u jispiċċa fil-31 ta’ Diċembru;
"ġurnata" fil-każ ta’ mpjegati bix-shift ta’ bil-lejl tfisser perijodu
ta’ erbgħa u għoxrin siegħa konsekuttivi; u fil-każijiet l-oħra
kollha, tfisser perijodu li jibda jgħodd minn nofs il-lejl ta’ ġurnata
sa nofs il-lejl tal-ġurnata ta’ wara;
"Direttur" tfisser id-Direttur tax-Xogħol u tinkludi kull uffiċjal
awtorizzat minnu biex jaġixxi minfloku;
"ħinijiet tax-xogħol" tfisser il-ħin f’kull ġurnata li matulu l-
impjegati jkunu għad-disposizzjoni tal-prinċipal, esklużi l-
intervalli permessi għall-ikel u għall-mistrieħ;
"impjegat industrjali" tfisser impjegat li jagħmel għal kollox jew
prinċipalment xogħlijiet manwali jew ta’ fattiga u tinkludi
messagġiera, handymen, fattigi u għassiesa;
"impjegat mhux industrjali" tfisser impjegat li jagħmel għal
kollox jew prinċipalment xogħlijiet ta’ skrivan u jinkludi booking-
clerk, accounts-clerk, shed-clerk, shorthand-typist, telephone
operator/typist, reservation u sales clerk, u tinkludi wkoll courier/
representative;
"shift bil-lejl" tfisser kull perijodu ta’ mpieg li jinkludi l-ħinijiet
mill-10.00 p.m. ta’ jum sas-6.00 a.m. tal-jum ta’ wara;
2 L.S.452.58 ħ
KUNSILL TAL-PAGI TA’ L-AĠENZIJI TA’ L-IVJAĠĠAR U 
ASSIKURAZZJONI BIEX JIRREGOLA L-PAGI
"impjegat part-time" tfisser impjegat li mhux impjegat whole-
time;
"perijodu ta’ mpieg" tfisser il-ħin f’kull ġurnata li fih l-impjegati
jkunu għad-disposizzjoni tal-prinċipal, iżda li jinkludi l-intervalli
permessi għall-ikel u għall-mistrieħ;
"ħin u nofs" u "ħin doppju" ifissru rispettivament darba u nofs u
darbtejn ir-rata minima tal-ħin attwali li tapplika għall-impjegat;
"paga" tfisser il-ħlas jew qligħ li jitħallas bi flus minn prinċipal
lil impjegat;
"ġimgħa" tfisser ġimgħa kalendarja;
"ġurnata ta’ mistrieħ fil-ġimgħa" tfisser perijodu ta’ erbgħa u
għoxrin siegħa konsekuttivi li jibda mill-ħin li fih l-impjegat
normalment jibda t-turn tiegħu tax-xogħol;
"impjegat whole-time" tfisser impjegat, barra minn għassies, li
hu mpjegat għal aktar minn tletin siegħa f’ġimgħa waħda.
(2) Sabiex jiġu kalkolati s-sigħat medji ta’ xogħol kull ġimgħa
għall-finijiet ta’ din l-Iskeda, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra, għandu jittieħed akkont il-perijodu ta’ mpieg
mhux interrott matul is-sena kalendarja partikolari.
Ħinijiet ta’ xogħol. 2. (1) Impjegati whole-time mhux industrjali:
(a) L-inqas paga fil-ġimgħa ta’ mpjegati whole-time mhux
industrjali barra minn courier/representative għandha
tkun relatata għal ġimgħa ta’ ħamest ijiem mit-Tnejn
sas-Sibt ta’ mhux aktar minn erbgħin siegħa xogħol,
eskluża sahra, kalkolati fuq bażi ta’ medja matul sena
kalendarja b’mod li l-impjegat ikollu ġurnata libera
mix-xogħol hekk li din il-ġurnata tista’ tkun liema
tkun basta fil-ġurnata tas-Sibt ix-xogħol normali jieqaf
fis-1.00 p.m.
(b) Fil-każ ta’ courier/representative il-ġimgħa tax-
xogħol għandha tkun ta’ erbgħin siegħa mifruxa fuq
ġimgħa ta’ sitt ijiem mit-Tnejn sal-Ħadd.
(2) Impjegati whole-time industrjali, barra minn għassiesa:
L-inqas paga fil-ġimgħa ta’ mpjegati whole-time industrjali
barra minn għassiesa għandha tkun relatata għal ġimgħa ta’ mhux
aktar minn erbgħin siegħa xogħol, eskluż sahra, kalkolati fuq bażi
ta’ medja matul sena kalendarja.
(3) Għassiesa:
L-inqas paga fil-ġimgħa ta’ għassiesa għandha tkun
relatata għal ġimgħa ta’ mhux aktar minn tmienja u erbgħin siegħa
xogħol, u ebda għassies m’għandu jiġi mħaddem għal aktar minn
tmienja u erbgħin siegħa f’ġimgħa waħda.
(4) Orarju:
Orarju li jkopri perijodu ta’ sena kalendarja għall-
kategoriji kollha jew għal kategorijiet differenti ta’ mpjegati fl-
istess stabbiliment skond il-każ, għandu jingħata bil-miktub, b’ittra
reġistrata, lid-Direttur u għandu, meta jiġi hekk notifikat u kemm-il
KUNSILL TAL-PAGI TA’ L-AĠENZIJI TA’ L-IVJAĠĠAR U 
ASSIKURAZZJONI BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.58 3
darba jkun jaqbel għal kollox mad-disposizzjonijiet ta’ dan l-ordni
u mal-ħtiġiet ta’ xi liġi oħra, jikkostitwixxi l-ħinijiet normali tax-
xogħol fl-istabbiliment:
Iżda -
(a) sakemm dak l-orarju jingħata lid-Direttur kif intqal
qabel, il-ħinijiet normali tax-xogħol fl-istabbiliment
għandhom ikunu ta’ erbgħin siegħa f’kull ġimgħa, u
(b) kull tibdil fl-imsemmii orarju għandu jsir mill-
prinċipal wara avviż bil-miktub dwar dawk it-tibdiliet
lid-Direttur.
L-inqas rati ta’ 
paga għal 
impjegati whole-
time.
3. L-inqas paga fil-ġimgħa li għandha titħallas lill-impjegati
whole-time għandha tkun kif ġej:
(i) impjegati industrjali:
ta’ 18-il sena jew fuqhom ................... Lm17.38;
ta’ 17-il sena ...................................... Lm15.38;
ta’ 16-il sena ...................................... Lm14.38;
(ii) impjegati mhux industrjali:
matul l-ewwel sena ta’ mpieg fl-istabbiliment
........................................................... Lm17.38;
matul it-tieni sena ta’ mpieg fl-istabbilimient
........................................................... Lm18.38;
matul it-tielet sena ta’ mpieg fl-istabbiliment
........................................................... Lm19.38;
matul ir-raba’ sena ta’ mpieg fl-istabbiliment
........................................................... Lm21.38.
L-inqas paga ta’ 
mpjegati part-time.
4. L-inqas rimunerazzjoni li għandha titħallas lill-impjegati
part-time fil-kategoriji speċifikati fil-paragrafu 3 ta’ din l-Iskeda
għandha tkun pro rata ta’ kull siegħa li tinħadem billi l-ammont li
jidher għall-kategorija jiġi diviż bin-numru ta’ sigħat ta’ xogħol fil-
ġimgħa għall-kategorija relattiva.
L-anqas ħin ta’ 
mistrieħ kuljum.
5. L-impjegati whole-time kollha, barra l-għassiesa, għandu
jkollhom intervalli għall-ikel u għall-mistrieħ ta’ mhux anqas,
b’kollox, minn siegħa kull ġurnata:
Iżda l-intervall għall-ikel ta’ nofs in-nhar ma jkunx itwal
minn sagħtejn.
L-inqas ħin ta’ 
mistrieħ fil-
ġimgħa.
6. L-impjegati whole-time kollha għandu jkollhom ġurnata ta’
mistrieħ f’kull ġimgħa.
L-anqas rati ta’ 
sahra.
7. (1) Is-sahra għandha titħallas lill-impjegati whole-time
kollha barra minn għassiesa u courier/representative -
(a) għall-ħin kollu maħdum barra mill-ħinijiet tax-xogħol
normali kif stabbilit skond id-disposizzjonijiet tal-
paragrafu 2 ta’ din l-Iskeda bir-rata ta’ ....... ħin u nofs;
(b) għall-ħin kollu maħdum ’il fuq minn disa’ sigħat
f’ġurnata waħda, esklużi r-rati mħallsa skond is-sub-
paragrafu (a) ta’ dan il-paragrafu, u għal kull xogħol
maħdum wara s-1.00 p.m. fil-ġurnata tas-Sibt, bir-rata
ta’ ............................................................. ħin u nofs;
4 L.S.452.58 ħ
KUNSILL TAL-PAGI TA’ L-AĠENZIJI TA’ L-IVJAĠĠAR U 
ASSIKURAZZJONI BIEX JIRREGOLA L-PAGI
(ċ) għall-ħin kollu maħdum fil-Ħdud u fil festi tas-soltu,
bir-rata ta’ ................................................ ħin doppju.
(2) Il-partiti (a) u (b) tas-sub-paragrafu (1) ta’ dan il-paragrafu
ma japplikawx għall-impjegati fuq xogħol ta’ shift bil-lejl.
(3) Fil-każ ta’ courier/representative is-sahra għandha
titħallas hekk:
(a) għall-ħin kollu maħdum ’il fuq minn erbgħin siegħa
f’ġimgħa ta’ sitt ijiem jew seba’ sigħat f’ġurnata
waħda ........................................................ ħin u nofs;
(b) għall-ħin kollu maħdum fil-festi tas-soltu u fil-ġurnata
tal-mistrieħ tal-ġimgħa ............................. ħin doppju.
Allowance għal 
shift bil-lejl.
8. Impjegat ikun intitolat għal allowance għal shift bil-lejl ta’
minn tletin wieħed tal-paga tiegħu fil-ġimgħa għal kull shift li
jaħdem bil-lejl, iżda l-anqas allowance ta’ minn ħmistax wieħed
tal-paga fil-ġimgħa għandha titħallas f’kull ġimgħa li fiha jsir
xogħol ta’ shift bil-lejl.
Vaganzi. 9. L-impjegati whole-time jkollhom dritt, f’kull sena
kalendarja, għal -
(a) il-vaganzi tas-soltu kollha b’paga sħiħa, u
(b) wara tliet xhur fl-impieg, leave ta’ vaganza ta’ dak in-
numru ta’ ġranet tax-xogħol b’paga sħiħa li jkun daqs
in-numru ta’ ġranet tax-xogħol li dak l-impjegat
partikolari normalment ikollu jattendi għax-xogħol
matul perijodu ta’ erba’ ġimgħat:
Iżda mpjegati whole-time li jkun ilhom fl-impieg
għal anqas minn sena jkollhom dritt għal dik il-parti
ta’ l-imsemmi leave ta’ vaganza li tkun bi proporzjon
għan-numru ta’ xhur fl-impieg.
Leave għal mard.
Kap. 318.
10. Impjegati whole-time kollha jkunu ntitolati għal ħmistax-il
ġurnata leave għal mard f’kull sena kalendarja bi ħlas ta’ paga
sħiħa nieqes kull benefiċċju għal mard li għalih jistgħu jkunu
ntitolati skond l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali u għal perijodu ieħor
ta’ ħmistax-il ġurnata b’nofs paga nieqes nofs kull benefiċċju bħal
dak, iżda għandu jiġi prodott lill-prinċipal ċertifikat mediku li
jkopri l-perijodu ta’ l-assenza u jekk il-prinċipal jidhirlu, ikun
intitolat jibgħat lit-tabib tiegħu biex jeżamina lill-impjegat.
Interruzzjoni ta’ 
impieg.
11. Għall-finijiet tal-paragrafu 9 u tal-paragrafu 10, kull
perijodu ta’ inkapacità  għax-xogħol minħabba mard ta’ mhux aktar
minn tletin ġurnata ma jtellifx il-kontinwità  tas-servizz.
Leave għal luttu u 
leave specjali.
12. L-impjegati whole-time għandu jkollhom -
(a) jumejn leave bi ħlas fil-każ tal-mewt ta’ xi ħadd minn
dawn il-qraba: il-mara jew ir-raġel, l-omm jew il-
missier, (jew il-persuma li dak iż-żmien kienet fil-fatt
qed tagħmilha ta’ omm jew missier l-impjegat) u iben
jew bint l-impjegat, ħuh jew oħtu;
(b) ġurnata leave bi ħlas fl-okkażjoni tat-twelid ta’ tarbija
lill-mara ta’ l-impjegat;
KUNSILL TAL-PAGI TA’ L-AĠENZIJI TA’ L-IVJAĠĠAR U 
ASSIKURAZZJONI BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.58 5
(ċ) tliet ijiem tax-xogħol leave bil-paga fl-okkażjoni taż-
żwieġ tagħhom.
Leave għal ġurati.
mogħtija l-ħin kollu meħtieġ sabiex jagħtu s-servizz tagħhom fil-
Qorti, mingħajr ebda tnaqqis mill-paga.
Leave għal 
korriment.
Kap. 318.
14. Impjegati whole-time jingħataw sena leave b’paga sħiħa
f’każ ta’ korriment nieqes kull benefiċċju għal korriment li għalih
jista’ jkollhom dritt skond l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali, jekk ikorru
waqt il-qadi attwali ta’ dmirijiethom u mhux bi traskuraġni minn
naħa tagħhom jew bi ksur ta’ regoli ta’ ħarsien mill-periklu
stabbiliti mill-management.
Età  ta’ rtirar.
mistenni fl-età  ta’ sittin sena, dan l-impjegat għandu jingħata l-
opportunità  mill-prinċipal biex jibqa’ fl-impieg tiegħu wara li jkun
għalaq is-sittin sena sakemm ikollu wieħed u sittin sena, iżda l-
istess impjegat jitħalla, jekk ikun irid hekk, jirtira fl-età  ta’ sittin
sena.
NOTA TA’ TIFSIR
(Din in-nota mhix parti mill-Ordni iżda hija maħsuba biex turi l-
applikabilità  tiegħu).
Id-disposizzjonijiet ta’ l-Iskeda ta’ hawn fuq japplikaw għall-
impjegati kollha f’kull impriża jew parti minn impriża li l-
attivitajiet tagħha għandhom x’jaqsmu għal kollox jew
prinċipalment mal-provvista ta’ servizzi li għandhom x’jaqsmu ma’
vjaġġar (inkluż trasport ta’ merkanzija bil-baħar jew bl-ajru) jew
assikurazzjoni, jew estate agencies u għal għassiesa, telephone
operators u persuni oħra mpjegati minn aġenti ta’ vapuri, agenti ta’
vjaġġar, jew kuntratturi li jaħdmu abbord vapuri meta jkunu fl-
ibħra territorjali ta’ Malta.
