KUNSILL TAL-PAGI
GĦALL-KOSTRUZZJONI BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.59 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.59
ORDNI TAL-KUNSILL TAL-PAGI
GĦALL-KOSTRUZZJONI BIEX JIRREGOLA L-PAGI
10 ta’ Marzu, 1980
L-AVVIŻ LEGALI 27 ta’ l-1980, kif emendat bl-Avviżi Legali 66 ta’ l-
1989 u 44 ta’ l-1990.
Titolu.
Kostruzzjoni biex jirregola l-Pagi.
Applikazzjoni ta’ l-
Ordni.
2. Id-disposizzjonijiet murija fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-
Ordni għandhom japplikaw għall-impjegati kollha li dwarhom il-
Kunsill tal-Pagi għall-Kostruzzjoni jaħdem.
Emendata:
A.L. 66 ta’ l-1989;
A.L. 44 ta’ l-1990.
SKEDA
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
Kap. 252.
"btajjel tas-soltu" tfisser il-ġranet (barra mill-Ħdud) iddikjarati
għal dak iż-żmien bħala btajjel pubbliċi skond jew taħt l-Att dwar
il-Jum Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi oħra;
"ġurnata" tfisser perijodu li jibda minn nofs il-lejl ta’ ġurnata sa
nofs il-lejl tal-ġurnata li tiġi minnufih wara;
"sigħat ta’ xogħol" tfisser il-ħin f’kull ġurnata li matulu l-
impjegati jkunu għad-disposizzjoni tal-prinċipal, barra mill-
intervalli permessi għall-ikel u għall-mistrieħ;
"paga normali fis-siegħa" tfisser il-paga fil-ġimgħa maqsuma -
(a) f’sittin, fil-każ ta’ għassiesa, u
(b) f’erbgħin, fil-każ ta’ mpjegati oħra;
"waqfien tas-soltu" tfisser waqfien tas-soltu fost is-sezzjonijiet
partikolari ta’ l-impjegati li għalihom tapplika din l-Iskeda;
"ħin u nofs" u "ħin doppju" ifissru rispettivament -
(a) fil-każ ta’ mpjegat li jaħdem bil-ħin, darba u nofs u
darbtejn ir-rata normali li tkun qed titħallas lilu;
(b) fil-każ ta’ mpjegati bl-imqieta:
(i) ir-rati bl-imqieta Ii jkunu qed jitħallsu lill-
impjegat, u barra minn hekk,
(ii) rata ta’ ħin ekwivalenti għal nofs, jew, skond il-
każ, ir-rata normali kollha li kienet tkun titħallas
lilu kieku kellu jkun impjegat li jaħdem bil-ħin;
"paga" tfisser kumpens jew qligħ, li jitħallas bi flus minn
prinċipal lil impjegat;
2 L.S.452.59 ħ
KUNSILL TAL-PAGI
GĦALL-KOSTRUZZJONI BIEX JIRREGOLA L-PAGI
"ġimgħa" tfisser ġimgħa kalendarja;
"ġurnata ta’ mistrieħ fil-ġimgħa" tfisser perijodu ta’ erbgħa u
għoxrin siegħa konsekuttivi li jibda fil-ħin li fih l-impjegat
normalment jibda t-turn tiegħu ta’ xogħol;
"impjegat whole-time" tfisser impjegat li jkun meħtieġ jaħdem -
(a) għal mhux anqas minn sebgħa u tletin siegħa f’xi
ġimgħa waħda, barra minn xogħol ta’ sahra, jekk
jaħdem f’barriera;
(b) għal mhux anqas minn ħamsa u erbgħin siegħa f’xi
ġimgħa waħda, barra minn xogħol ta’ sahra, jekk
jaħdem bħala għassies, u
(ċ) għal mhux anqas minn tletin siegħa f’xi ġimgħa
waħda, barra minn xogħol ta’ sahra, fil-każ ta’ l-
impjegati l-oħra kollha.
Sigħat ta’ xogħol. 2. (1) L-inqas kumpens fil-ġimgħa għall-impjegati li jaħdmu
bil-ħin, barra minn għassiesa, għandu jkun relattiv għal mhux aktar
minn erbgħin siegħa xogħol kalkolati fuq medja għal sena
kalendarja waħda, barra minn sahra u waqfien tas-soltu għall-ikel u
għall-mistrieħ imqassma f’ġimgħa ta’ ħamest ijiem.
(2) L-inqas kumpens fil-ġimgħa għall-għassiesa għandu jkun
relattiv għal ġimgħa ta’ mhux iktar minn sittin siegħa xogħol, barra
minn sahra mxerrda f’perijodu ta’ sitt ijiem.
(3) Għandha tingħata bil-miktub skeda kalendarja li tkun
tkopri l-perijodu ta’ sena kalendarja għall-kategoriji kollha ta’
impjegati fl-istess stabbiliment, kif ikun il-każ, permezz ta’ ittra
reġistrata lid-Direttur u meta din tiġi hekk notifikata u sakemm din
tkun konformi f’kull rigward mad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Ordni
u l-ħtiġiet ta’ kull liġi oħra, din l-iskeda għandha tikkostitwixxi s-
sigħat tax-xogħol normali fl-istabbiliment:
Iżda -
(a) sakemm dik l-iskeda tingħata lid-Direttur kif
imsemmi, is-sigħat tax-xogħol normali fl-istabbiliment
għandhom ikunu ta’ erbgħin siegħa fil-ġimgħa; u
(b) kull tibdil f’dik l-iskeda kalendarja ma għandux
jitwettaq mill-prinċipal qabel ma dak it-tibdil ikun ġie
minn qabel notifikat bil-miktub lid-Direttur.
L-anqas kumpens. 3. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 7 ta’ din
l-Iskeda, l-anqas paga fil-ġimgħa li titħallas lill-impjegati bil-ħin
għandha tkun din li ġejja:
(a) (i) għassiesa li d-dmirijiet tagħhom huma
prinċipalment ġewwa ...................... Lm24.88,0;
(ii) għassiesa li d-dmirijiet tagħhom huma
prinċipalment barra ......................... Lm25.88,0;
(b) Impjegati oħra bil-ħin:
(i) ta’ 18-il sena jew fuqhom ................ Lm24.88,0;
(ii) ta’ 17-il sena ................................... Lm20.24,0;
(iii) taħt is-17-il sena ........................... Lm19.13,0.
KUNSILL TAL-PAGI
GĦALL-KOSTRUZZJONI BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.59 3
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta’ din l-
Iskeda, impjegat ikun intitolat għall-kumpens kontrattwali kollu
fil-ġimgħa jekk -
(a) jaħdem għal mhux anqas minn sebgħa u tletin siegħa
f’xi ġimgħa waħda, barra minn xogħol ta’ sahra, jekk
jaħdem f’barriera;
(b) jaħdem għal mhux anqas minn ħamsa u erbgħin siegħa
f’xi ġimgħa waħda, barra minn xogħol ta’ sahra, jekk
jaħdem bħala għassies;
(ċ) fil-każ ta’ mpjegati oħra, jaħdem għal anqas minn
erbgħin siegħa, iżda għal mhux anqas minn tletin
siegħa, f’xi ġimgħa waħda, barra minn xogħol ta’
sahra:
Iżda jista’ jsir tnaqqis proporzjonali dwar dak in-numru ta’
sigħat li matulhom l-impjegat ma jattendix għax-xogħol fuq talba
tiegħu stess.
Impjegati bl-
imqieta.
4. Fil-każ ta’ mpjegati li jaħdmu bl-imqieta l-anqas rati ta’
pagi bl-imqieta jkunu b’mod li ebda mpjegat ma jaqla’, meta jkun
impjegat fuq xogħol bħal dan, anqas mir-rata xierqa ta’ ħin pro rata
speċifikata fil-paragrafu 3 ta’ din l-Iskeda.
L-anqas ħin ta’ 
mistrieħ kuljum.
5. Impjegati barra minn għassiesa jkollhom intervalli ta’
mhux anqas, b’kollox, minn siegħa għall-ikel u għall-mistrieħ
f’kull ġurnata li fiha s-sigħat tax-xogħol jeċċedu ħames sigħat u
nofs.
L-anqas ħin ta’ 
mistrieħ fil-
ġimgħa.
6. L-impjegati kollha jkollhom ġurnata ta’ mistrieħ fil-
ġimgħa.
L-anqas rati ta’ 
sahra.
7. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 7 ta’ din l-
Iskeda, l-anqas paga fil-ġimgħa li titħallas lill-impjegati bil-ħin
għandha tkun din li ġejja:
(1) (a) F’kull ġurnata oħra, barra s-Sibt u l-Ħadd jew
btajjel tas-soltu, għall-ħin kollu tax-xogħol li
jinħadem ’l fuq mill-ħin tax-xogħol normali ta’
l-istabbiliment li ma jkunx ’l fuq minn disa’
sigħat f’xi jum wieħed ...................... ħin u nofs;
(b) għall-ħin kollu ta’ xogħol nhar ta’ Sibt
......................................................... ħin u nofs;
(ċ) għall-ħin kollu ta’ xogħol nhar ta’ Ħadd
........................................................ ħin doppju;
(d) għall-ħin kollu ta’ xogħol fi btala tas-soltu
...................................................... ħin doppju
b’żieda mal-paga
normali ta’ siegħa.
Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu japplikaw għal
impjegat bl-imqieta biss meta huwa jkun imqabbad jaħdem sahra
mill-prinċipal tiegħu.
(2) Sahra għandha titħallas lil għassiesa -
(a) bir-rata ta’ ħin u nofs għall-ħin kollu li jinħadem ’il
fuq minn sittin siegħa f’perijodu ta’ sitt ijiem
4 L.S.452.59 ħ
KUNSILL TAL-PAGI
GĦALL-KOSTRUZZJONI BIEX JIRREGOLA L-PAGI
konsekuttivi, u
(b) bir-rata ta’ ħin doppju għall-ħin kollu li jinħadem fis-
seba’ ġurnata u/jew f’xi btala tas-soltu.
Vaganzi. 8. (1) Impjegati whole-time jkollhom dritt, f’kull sena
kalendarja, għal -
(a) il-btajjel tas-soltu kollha b’paga sħiħa, u
(b) wara tliet xhur fl-impieg, leave ta’ vaganza b’paga
sħiħa li jkun daqs dak in-numru ta’ ġranet tax-xogħol
li dak l-impjegat partikolari normalment ikollu jattendi
għax-xogħol matul perijodu ta’ erba’ ġimgħat:
Iżda mpjegati whole-time li jkun ilhom fl-impieg għal
anqas minn sena jkollhom dritt għal dik il-parti ta’ l-imsemmi leave
li tkun bi proporzjon għan-numru ta’ xhur fl-impieg.
(2) Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, waqfien fl-impieg ta’
mhux aktar minn tletin ġurnata m’għandux jinterrompi l-kontinwità
tas-servizz.
Leave għal mard.
Kap. 318.
9. (1) Wara li jagħmlu sena servizz kontinwu, l-impjegati
whole-time jkunu ntitolati għal ħmistax-il ġurnata leave għal mard
f’kull sena kalendarja b’paga sħiħa nieqes kull benefiċċju għall-
mard li għalih huma jista’ jkollhom dritt skond l-Att dwar is-
Sigurtà  Soċjali, u għal ħmistax-il ġurnata oħra b’nofs paga f’kull
sena kalendarja, nieqes nofs ir-rata ta’ kull benefiċċju bħal dak:
Iżda għandu jingħata lill-prinċipal ċertifikat tat-tabib li
jiċċertifika inkapaċità  għax-xogħol li jkopri l-perijodu ta’ assenza,
iżda l-prinċipal ikollu d-dritt, jekk ikun hekk jixtieq, li jibgħat it-
tabib tiegħu biex jeżamina lill-impjegat.
(2) Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, waqfien fl-impieg ta’
mhux iktar minn tletin ġurnata m’għandux jinterrompi l-kontinwità
tas-servizz.
Leave għal luttu. 10. Impjegati whole-time jingħataw jumejn leave bi ħlas fil-
każ tal-mewt ta’ xi wieħed jew waħda mill-qraba li ġejjin: il-mara,
ir-raġel, l-omm, il-missier (jew il-persuna li f’dak iż-żmien kienet
fil-fatt qegħda tagħmilha ta’ omm jew missier l-impjegat), l-iben
jew il-bint, ħuh jew oħtu.
Leave għal żwieġ, 
eċċ.
11. Impjegat whole-time jingħata tliet ijiem leave b’paga sħiħa
fl-okkażjoni taż-żwieġ tiegħu u jumejn leave b’paga sħiħa fl-
okkażjoni tat-twelid ta’ tarbija lil martu.
Leave għal 
korriment.
Kap. 318.
12. Impjegat whole-time ikun intitolat għal sena leave għal
korriment b’paga sħiħa, nieqes l-ammont sħiħ ta’ kull benefiċċju
għal korriment li għalih dak l-impjegat ikollu dritt skond l-Att dwar
is-Sigurtà  Soċjali jekk ikorri waqt il-qadi attwali ta’ dmirijietu u
dak il-korriment ma jkunx minħabba negliġenza kontributorja minn
naħa tiegħu jew minħabba li jkun kiser regoli ta’ ħarsien mill-
periklu stabbiliti mill-management.
Servizz bħala 
ġurat.
13. Impjegat whole-time jingħata, jekk jissejjaħ bħala ġurat, il-
ħin kollu li jkun meħtieġ, mingħajr ebda tnaqqis mill-paga li
xort’oħra kien ikollu dritt għaliha, sabiex ikun jista’ jattendi għal
dak id-dmir fil-Qorti.
KUNSILL TAL-PAGI
GĦALL-KOSTRUZZJONI BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.59 5
Ħin ta’ stennija.
applikabbli għalih għall-ħin kollu li matulu jkun preżenti fil-post
tal-prinċipal tiegħu jew f’kull post ieħor li għandu x’jaqsam ma’ l-
impieg tiegħu, ħlief meta jkun preżenti hemmhekk f’xi waħda miċ-
ċirkostanzi li ġejjin:
(a) mingħajr il-kunsens tal-prinċipal, imfisser jew
mifhum;
(b) għal xi skop li m’għandux x’jaqsam max-xogħol
tiegħu, barra meta jkun qed jistenna li jingħata x-
xogħol x’jagħmel;
(ċ) għar-raġuni biss tal-fatt li huwa residenti hemmhekk;
(d) matul il-ħinijiet normali ta’ l-ikel f’kamra jew f’post li
fih ma jkun qiegħed isir ebda xogħol, u huwa ma jkunx
qiegħed jistenna li jingħata xi xogħol x’jagħmel.
NOTA TA’ TIFSIR
(Din in-nota mhix parti mill-Ordni iżda hija maħsuba biex turi l-
applikabilità  tiegħu).
L-Ordni ta’ hawn fuq japplika għall-impjegati kollha li jaħdmu
fil-bini, fl-inġinerija ċivili, u fl-inġinerija jew xogħol mekkaniku
jew ta’ l-elettriku kif ukoll għall-impjegati kollha li jaħdmu
f’xogħlijiet ta’ l-irħam, u f’kalkari tal-ġir.
Għall-finijiet ta’ din in-Nota ta’ Tifsir -
(a) il-frazi "bini, inġinerija ċivili u inġinerija jew xogħol
mekkaniku jew ta’ l-elettriku" tinkludi xogħol ta’
kostruzzjoni, kostruzzjoni mill-ġdid, manutenzjoni,
tiswija, tibdil, żebgħa, dekorazzjoni jew twaqqigħ ta’
kull bini, triq, port, baċir, pier, pont, viaduct, kanal,
drenaġġ, bir jew xogħol ieħor ta’ kostruzzjoni, it-
tħejjija għall-pedamenti jew it-tqegħid tal-pedamenti
ta’ kull xogħol jew struttura bħal dawk, il-qlugħ mill-
art ta’ ġebel, tafal, ramel jew żrar, il-manifattura ta’
ġebel tal-konkrit u ta’ bċejjeċ ta’ konkrit, il-
manifattura ta’ madum tas-siment u kull xogħol ta’
plumbing jew stallazzjoni ta’ l-elettriku; u
(b) il-frazi "xogħlijiet ta’ l-irħam" tinkludi l-qtugħ, l-inġir,
l-issettjar u t-tqegħid ta’ blokki jew ċangaturi ta’ l-
irħam biex isiru wċuh ornamentali jew protettivi, u t-
tħejjija u l-issettjar ta’ l-oġġetti kollha ta’ l-irħam sew
jekk għal skopijiet ornamentali u sew jekk le.
Dan l-Ordni ma japplikax għal impjegati ma’ kuntratturi għal
xogħlijiet ta’ l-injam.
