KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-INDUSTRIJI 
TAX-XORB BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.60 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.60
ORDNI TAL-KUNSILL TAL-PAGI
GĦALL-INDUSTRIJI TAX-XORB
BIEX JIRREGOLA L-PAGI
10 ta’ Marzu, 1980
L-AVVIŻ LEGALI 29 ta’ l-1980, kif emendat bl-Avviż Legali 112 ta’ l-
1990.
Titolu.
Industirji tax-Xorb biex jirregola l-Pagi.
Applikazzjoni ta’ l-
Ordni.
2. Id-disposizzjonijiet murija fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-
Ordni għandhom japplikaw għall-impjegati kollha li għalihom
japplika l-Kunsill tal-Pagi għall-Industirji tax-Xorb.
Emendata:
A.L. 112 ta’ l-
1990.
SKEDA
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
Kap. 252.
"vaganzi tas-soltu" tfisser il-ġranet (barra mill-Ħdud) iddikjarati
għal dak iż-żmien bħala btajjel pubbliċi skond jew taħt l-Att dwar
il-Jum Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi oħra;
"sigħat ta’ xogħol" tfisser il-ħin f’kull ġurnata li matulu l-
impjegati jkunu għad-disposizzjoni tal-prinċipal, esklużi l-
intervalli permessi għall-ikel u għall-mistrieħ;
"ħaddiem ta’ barra" tfisser persuna mpjegata prinċipalment barra
mill-fabbrika fit-tqassim u konsenja tal-prodotti tal-prinċipal u fil-
ġbir tal-fliexken u kaxex vojta tal-prinċipal;
"impjegat part-time" tfisser impjegat li ma jkunx impjegat
whole-time;
"ħin u nofs" u "ħin doppju" jfissru rispettivament darba u nofs u
darbtejn l-anqas rata tal-ħin applikabbli għall-impjegat;
"paga" tfisser rimunerazzjoni jew qligħ, li jitħallas bi flus minn
prinċipal lil impjegat;
"impjegat whole-time" tfisser impjegat li jkun imħaddem għal
iktar minn tletin siegħa f’kull ġimgħa kalendarja, imqassma f’mhux
anqas minn erbat ijiem.
Sigħat ta’ xogħol.
għal ġimgħa ta’ mhux aktar minn -
(a) erbgħin siegħa xogħol fil-każ ta’ mpjegati whole-time,
barra minn għassiesa, u
(b) tnejn u ħamsin siegħa xogħol mifruxa fuq ġimgħa ta’
sitt ijiem, fil-każ ta’ għassiesa.
2 L.S.452.60 ħ
KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-INDUSTRIJI 
TAX-XORB BIEX JIRREGOLA L-PAGI
L-anqas 
rimunerazzjoni ta’ 
mpjegati whole-
time.
3. L-anqas rimunerazzjoni fil-ġimgħa li għandha titħallas lill-
impjegati whole-time, irġiel u nisa, għandha tkun dik li tidher hawn
taħt:
(a)  għassiesa ................................Lm34.13 x 25c - 
  Lm34.63
(b) impjegati oħra:
(i) ta’ 20 sena jew fuqhom .......Lm34.13 x 25c - 
  Lm34.63
(ii) ta’ 18 jew 19-il sena ............Lm32.88 
(iii) ta’ 17-il sena ...................... Lm30.24 
(iv) taħt is-17-il-sena ................. Lm29.13:
Iżda, meta r-rimunerazzjoni tkun b’żidiet, iż-
żieda tingħata kull sena.
L-anqas ħin ta’ 
mistrieħ kuljum.
4. L-impjegati whole-time, barra minn għassiesa, jingħataw
intervalli għall-ikel u għall-mistrieħ ta’ mhux anqas b’kollox minn
siegħa kuljum fil-każ ta’ ħaddiema li jaħdmu ġewwa u mhux inqas
minn siegħa u nofs b’kollox fil-każ ta’ ħaddiema li jaħdmu barra.
L-anqas ħin ta’ 
mistrieħ fil-
ġimgħa.
5. L-impjegati whole-time jingħataw ġurnata sħiħa vaganza
f’kull perijodu ta’ sebat ijiem konsekuttivi.
L-anqas rati ta’ 
sahra.
6. (1) L-impjegati whole-time, minbarra għassiesa, ħaddiema
ta’ barra u ħaddiema bix-shift, jingħataw rimunerazzjoni għal sahra
kif ġej:
(a) għall-ħin kollu li jinħadem iżjed minn erbgħin siegħa
f’xi ġimgħa kalendarja ............................... ħin u nofs;
(b) għall-ħin kollu li jinħadem iżjed minn tmien sigħat f’xi
ġurnata f’ġimgħa ta’ ħamest ijiem .....ħin u nofs;
(ċ) għall-ħin kollu li jinħadem iżjed minn tmien sigħat f’xi
ġurnata f’ġimgħa ta’ ħamest ijiem u nofs
............................................................... ħin u nofs;
(d) għall-ħin kollu li jinħadem f’xi vaganza tas-soltu, meta
dik il-ġurnata taħbat f’xi ġurnata barra mis-Sibt u l-
Ħadd ...........................................ħin u nofs;
(e) għall-ħin kollu li jinħadem fil-Ħdud jew meta vaganza
tas-soltu taħbat is-Sibt ..............ħin doppju:
Iżda ħlas ta’ sahra li jkollu jitħallas skond id-
disposizzjonijiet tal-partita (b) jew (ċ) ta’ dan is-sub-paragrafu
jitħallas biss jekk il-ħin kollu maħdum f’xi ġimgħa kalendarja ma
jkunx inqas minn erbgħin siegħa u sakemm xi tnaqqis f’dawn is-
sigħat ma jirriżultax minn ordni tal-prinċipal jew minħabba li
vaganza tas-soltu taħbat f’ġurnata tax-xogħol.
(2) Ħaddiema ta’ barra whole-time jista’ jkollhom dritt għal
rimunerazzjoni għal sahra fuq bażi ta’ kummissjoni:
Iżda dik ir-rimunerazzjoni għal sahra tista’ titpatta b’xi
kummissjoni mħallsa lill-impjegat sakemm l-ammont ta’ dik il-
kummissjoni ma jkunx inqas mir-rimunerazzjoni għal sahra li
jkollha titħallas lilu bir-rati li ġejjin:
KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-INDUSTRIJI 
TAX-XORB BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.60 3
(a) għall-ħin kollu li jinħadem iżjed minn erbgħin siegħa
f’xi ġimgħa kalendarja ................. ħin u nofs;
(b) għall-ħin kollu li jinħadem f’xi vaganza tas-soltu, meta
dik il-ġurnata taħbat f’xi ġurnata barra is-Sibt u l-Ħadd
.................................................... ħin u nofs;
(ċ) għall-ħin kollu li jinħadem fil-Ħdud jew meta vaganza
tas-soltu taħbat is-Sibt .............. ħin doppju.
(3) Ħaddiema bix-shift ikollhom dritt għal rimunerazzjoni għal
sahra kif ġej:
(a) għall-ħin kollu li jinħadem iżjed minn erbgħin siegħa
f’xi ġimgħa kalendarja ................. ħin u nofs;
(b) għall-ħin kollu li jinħadem f’xi vaganza tas-soltu, meta
dik il-ġurnata taħbat f’xi ġurnata barra l-Ħadd
............................................................... ħin u nofs;
(ċ) għall-ħin kollu li jinħadem il-Ħadd li jkun iżjed minn
erbgħin siegħa f’ġimgħa kalendarja
.............................................................. ħin doppju.
(4) Għassiesa jkollhom dritt għal rimunerazzjoni għal sahra kif
ġej:
(a) għall-ħin kollu li jinħadem iżjed minn tnejn u ħamsin
siegħa f’xi ġimgħa kalendarja ..... ħin u nofs;
(b) għall-ħin kollu li jinħadem f’xi vaganza tas-soltu,
magħduda l-Ħdud, aktar minn tnejn u ħamsin siegħa
f’ġimgħa kalendarja .............................. ħin doppju.
Leave għal 
vaganza.
7. (1) B’żieda ma’ l-anqas mistrieħ fil-ġimgħa li jistgħu
jkunu intitolati għalih impjegati whole-time skond il-paragrafu 5,
impjegati whole-time għandhom jedd għall-festi nazzjonali u għall-
btajjel pubbliċi kollha b’paga sħiħa, u għal dan il-leave għal
vaganza li ġej li ma jkunx inqas minn -
(a) erba’ ġimgħat tax-xogħol u jum wieħed tax-xogħol
matul is-snin kalendarji 1988 u 1989;
(b) erba’ ġimgħat tax-xogħol u jumejn tax-xogħol matul
is-sena kalendarja 1990;
(ċ) erba’ ġimgħat tax-xogħol u tlett ijiem tax-xogħol
matul is-sena kalendarja 1991;
(d) erba’ ġimgħat tax-xogħol u erbat ijiem tax-xogħol
matul is-sena kalendarja 1992 u matul kull sena oħra
kalendarja li tiġi wara:
Iżda meta impjegat whole-time ikun ilu mpjegat għal inqas
minn tnax-il xahar matul xi sena kalendarja, ikollu jedd għal dik il-
parti tal-leave għal vaganza imsemmi skond ma jkun il-proporzjon
tan-numru ta’ xhur li jkun ilu fl-impieg.
(2) Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu "leave għal vaganza"
tfisser leave bi ħlas li jista’ jittieħed f’jiem miftehmin bejn il-
prinċipal u mpjegat, b’dan illi jum wieħed leave għal vaganza
matul 1988 u 1989, jumejn leave għal vaganza matul 1990, tliet
ijiem leave għal vaganza matul l-1991 u erbat ijiem leave għall-
vaganza matul l-1992 u matul kull sena oħra kalendarja li tiġi wara
4 L.S.452.60 ħ
KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-INDUSTRIJI 
TAX-XORB BIEX JIRREGOLA L-PAGI
ma jkunux jagħmlu parti minn xi shut-down u għandhom jingħataw
mill-prinċipal bħala leave li jittieħed b’għażla b’żieda ma’ kull
leave li jittieħed b’għażla li l-impjegat seta’ kellu jedd għalih fid-9
ta’ Novembru, 1988.
Leave għal mard.
Kap. 318.
8. Impjegat whole-time għandu dritt għal tnax-il ġurnata leave
għal mard b’paga sħiħa f’kull sena kalendarja nieqes kull
benefiċċju li jista’ jkollhom dritt għalih skond l-Att dwar is-Sigurtà
Soċjali, iżda ċertifikat mediku li jiċċertifika inkapaċità  għax-
xogħol għall-perijodu kollu għandu jigi mogħti lill-prinċipal:
Iżda wkoll meta impjegat whole-time ikun ilu fl-impieg
għal inqas minn tnax-il xahar matul is-sena kalendarja, ikollu jedd
għal dik il-parti ta’ leave għal mard imsemmi skond ma jkun il-
proporzjon tan-numru ta’ xhur li jkun ilu fl-impieg.
Leave għal luttu. 9. L-impjegati whole-time ikollhom dritt għal jumejn leave
bil-paga fil-każ tal-mewt ta’ xi wieħed mill-qraba li ġejjin: il-mara,
ir-raġel, l-omm, il-missier (jew il-persuna li f’dak iż-żmien tkun
fil-fatt tagħmilha ta’ omm jew missier l-impjegat), l-iben, il-bint,
ħuh jew oħtu.
Leave għal 
korriment.
Kap. 318.
10. Impjegat whole-time jingħata sa massimu ta’ sena leave
għal korriment b’paga sħiħa, nieqes l-ammont sħiħ ta’ kull
benefiċċju għal korriment li għalih dak l-impjegat jista’ jkollu jedd
skond l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali, jekk ikorri waqt il-qadi attwali
ta’ dmirijietu u dak il-korriment ma jkunx minħabba traskuraġni
kontributorja minn naħa tiegħu jew minħabba li jkun kiser xi regoli
ta’ ħarsien mill-periklu stabbiliti mill-management.
Leave għaż-żwieġ. 11. Impjegat whole-time jingħata tliet ijiem leave b’paga sħiħa
fl-okkażjoni taż-żwieġ tiegħu.
Leave għal twelid. 12. Impjegat whole-time jingħata jumejn leave b’paga sħiħa fl-
okkażjoni tat-twelid ta’ tarbija lil martu.
Servizz bħala 
ġurat.
13. Impjegat whole-time li jissejjaħ għal servizz bħala ġurat
jingħata l-ħin kollu meħtieġ b’paga sħiħa sabiex ikun jista’ jattendi
għal dak is-servizz fil-Qorti.
L-anqas 
rimunerazzjoni ta’ 
impjegati part-
time.
14. L-anqas rimunerazzjoni li għandha titħallas lill-impjegati
part-time fil-kategoriji speċifikati fil-paragrafu 3 ta’ din l-Iskeda
għandha tkun pro rata ta’ kull siegħa ll tinħadem billi l-ammont li
jidher għal kull kategorija jiġi diviż bin-numru ta’ sigħat ta’ xogħol
fil-ġimgħa għall-kategorija relattiva:
Iżda f’ebda każ m’għandu mpjegat part-time jiġi mħallas
għal anqas minn tliet sigħat ukoll jekk huwa jaħdem inqas minn
tliet sigħat xogħol.
Età  ta’ rtirar mix-
xogħol.
15. F’każ fejn impjegat raġel huwa mistenni li jirtira mix-
xogħol fl-età ta’ sittin  sena, impjegat bħal dan għandu jingħata l-
opportunità  minn min iħaddmu biex jibqa’ fl-impieg tiegħu ’l fuq
minn din l-età , u ta’ l-anqas sakemm jilħaq l-età  ta’ wieħed u sittin
sena, iżda l-impjegat konċernat xorta għandu jitħalla, jekk huwa
hekk ikun irid, li jirtira fl-età  ta’ sittin sena.
KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-INDUSTRIJI 
TAX-XORB BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.60 5
NOTA TA’ TIFSIR
(Din in-nota mhix parti mill-Ordni iżda hija maħsuba biex turi l-
applikabilità  tiegħu).
Id-disposizzjonijiet ta’ l-Iskeda ta’ hawn fuq japplikaw għall-
impjegati kollha f’kull impriża, jew f’kull parti minn impriża li
tkun magħmula għal kollox jew prinċipalment fl-ibbottiljar jew
produzzjoni ta’ spirti distillati, inbejjed, likuri mix-xgħir, soft
drinks u xorb karbonizzat u ta’ kull attività  oħra safejn tkun
inċidentali jew anċillari għal xi attività  ta’ l-impriża, bħal ma ntqal
qabel li tinkludi, bla ħsara għall-generalità  ta’ dak li ntqal qabel -
(a) id-distillar ta’ alkoli ethyl għall-iskopijiet kollha, id-
distillar, it-tisfija u t-taħlit ta’ likuri alkoliċi;
(b) il-produzzjoni ta’ nbejjed, cider, perry jew xorb ieħor
fermentat;
(ċ) il-produzzjoni ta’ xgħir jew likuri mix-xgħir, bħal ma
huma birra, ale, birra porter u stout;
(d) il-manifattura ta’ xorb mhux alkoliku, bħal ma huma
soft drinks u ilmijiet minerali karbonizzati.
