DRITTIJIET LI JITĦALLSU ġ L.S.452.61 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.61
REGOLAMENTI DWAR DRITTIJIET LI JITĦALLSU
5 ta’ Awissu, 1986
L-AVVIŻ LEGALI 48 ta’ l-1986.
Titolu.
Drittijiet li jitħallsu.
Tariffa ta’ drittijiet.
qed jidher għal xi parti fi proċedimenti quddiem it-Tribunal
Industrijali f’każijiet fejn jiġi allegat li saret tkeċċija nġusta:
Iżda l-ammont totali ta’ drittijiet li jista’ jintalab skond dan
ir-regolament ma għandux ikun ta’ iktar minn Lm40.00,0 dwar xi
każ wieħed.
Talbiet li flimkien.
kull każ minkejja n-numru ta’ impjegati li wieħed ikun qed jidher
għalihom f’dak il-każ.
Talbiet għal 
drittijiet.
4. Talbiet għall-ħlas ta’ drittijiet meta wieħed ikun qed jidher
għal xi waħda mill-partijiet fi proċedimenti quddiem it-Tribunal
Industrijali jistgħu, fuq talba ta’ xi waħda mill-partijiet, jiġu
eżaminati mis-Segretarju tat-Tribunal, jew minn xi uffiċjal ieħor li
jkun inkarigat li jassisti lis-Segretarju, li għandu jiċċertifika li l-
ammont mitlub huwa skond l-ammont li jiġi ntaxxat fis-sentenza
jew fid-deċiżjoni jew, fin-nuqqas ta’ taxxa bħal din, skond id-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti.
Ċertifikat ta’ 
drittijiet.
5. Jista’ wkoll jinħareġ ċertifikat skond kif provdut fir-
regolament minnufih ta’ qabel dan lil xi parti fil-proċedimenti.
Lm c m
(a) għall-kitba, preżentata fir-Reġistru u
trattazzjoni orali ta’ dikjarazzjoni
introduttorja ta’ każ, inkluża l-
preżentata ta’ kull dokument relattiv
magħha jew ta’ xi dokumenti oħra
meħtiġin mit-Tribunal Industrijali waqt
l-istess proċedimenti:
(i) jekk id-dikjarazzjoni tkun għar-
rigward tal-prinċipal jew ta’
impjegat wieħed:
minn 15.00,0
sa 20.00,0
(ii) jekk id-dikjarazzjoni ssir flimkien
għar-rigward ta' żewġ impjegati
jew aktar ...................................... 20.00,0
(b) għal kull attendenza quddiem it-
Tribunal jew fi spezzjoni in faciem loci . 4.00,0
2 L.S.452.61 ħ DRITTIJIET LI JITĦALLSU
Talba għal ħlas 
lura.
Kap. 12.
6. It-talba li ssir lit-Tribunal għal ordni ta’ ħlas lura ta’ xi
ammont imħallas żejjed fuq dak miġjub f’dawn ir-regolamenti
għandha ssir permezz ta’ ittra li tintbagħat lis-Segretarju tat-
Tribunal, u din l-ordni għandha titqies bħala titolu eżekuttiv għall-
finijiet ta’ l-artikolu 251(ċ) u (d) tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili.
