STANDARD NAZZJONALI DWAR 
ALLOWANCE FIL-ĠIMGĦA ġ L.S.452.62 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.62
ORDNI TA’ STANDARD NAZZJONALI 
DWAR ALLOWANCE FIL-ĠIMGĦA
1 ta’ Jannar, 1989
L-AVVIŻ LEGALI 112 ta’ l-1988, kif emendat bl-Avviżi Legali 211 ta’ l-
1990, 181 ta’ l-1993, 273 ta’ l-1998 u 55 ta’ l-1999.
Titolu.
dwar Allowance fil-Ġimgħa.
Tifsir.
Kap. 135.
2. F’dan l-Ordni "impjegat whole-time" għandu jkollha l-
istess tifsir kif mogħti lilha bl-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet
Industrijali, u "impieg whole-time" għandha tiftiehem bl-istess
mod.
Allowance fil-
ġimgħa.
Emendat:
A.L. 211 ta’ l-
1990.
3. (1) Kull prinċipal għandu jħallas, jew iġiegħel li jitħallas,
lil kull wieħed mill-impjegati whole-time tiegħu fl-aħħar jum tax-
xogħol f’Marzu u fl-aħħar jum tax-xogħol f’Settembru ta’ kull
sena, allowance fil-ġimgħa li tkun tikkonsisti f’somma kalkulata
bir-rata fil-ġimgħa kif stabbilita fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Ordni jew
somma proporzjonali għal kull parti ta’ ġimgħa li matulha dak l-
impjegat kien f’impieg whole-time matul is-sitt xhur li jkunu ġew
minnufih qabel id-data tal-ħlas.
(2) Meta impjegat fl-aħħar jum tax-xogħol ta’ Marzu jew ta’
Settembru, kif ikun il-każ, ma jkunx għadu f’impieg whole-time
ma’ prinċipal, dak l-impjegat għandu madankollu jkun intitolat li
jirċievi l-allowance fil-ġimgħa għall-perijodu li matulu kien hekk
impjegat fis-sitt xhur ta’ qabel.
(3) Dwar il-ħlas li għandu jsir fl-aħħar jum tax-xogħol ta’
Marzu, 1989, għandu jiġi kkunsidrat kull impieg whole-time fi jew
wara l-ewwel jum ta’ Jannar 1989, u ma għandha tittieħed ebda
konsiderazzjoni għall-iffissar ta’ l-allowance fil-ġimgħa li titħallas
f’dik id-data ta’ xi impieg whole-time qabel l-ewwel jum ta’ Jannar
1989.
Rata ta’ allowance 
fil-ġimgħa.
Miżjud:
A.L. 211 ta’ l-
1990.
Sostitwit:
A.L. 181 ta’ l-
1993.
4. B’seħħ mill-ewwel jum ta’ Jannar, 1994, l-allowance li
titħallas skond il-paragrafu 3 ta’ dan l-Ordni għandha tkun żewġ
liri fil-ġimgħa:
Iżda dwar il-ħlas li għandu jsir fl-aħħar jum tax-xogħol ta’
Marzu, 1994, ir-rata fil-ġimgħa għandha tkun ta’ żewġ liri għal kull
impieg whole-time fi jew wara l-ewwel jum ta’ Jannar, 1994, u ta’
lira u ħamsin ċenteżmu għal kull impieg whole-time wara l-aħħar
jum tax-xogħol ta’ Settembru, 1993 iżda qabel l-ewwel jum ta’
Jannar, 1994.
Allowance fil-31 
ta’ Marzu, 1999.
Miżjud:
A.L. 273 ta’ l-
1998.
Emendat:
A.L. 55 ta’ l-1999.
5. Fl-aħħar jum tax-xogħol ta’ Marzu, 1999, l-impjegati
whole-time għandhom jitħallsu mill-prinċipali tagħhom għal darba
waħda biss ammont ta’ tlettax-il lira:
Iżda meta impjegat ma jkunx għadu f’impieg whole-time
ma’ l-istess prinċipal matul il-perijodu sħiħ ta’ tliet xhur bejn l-1
ta’ Jannar, 1999 u l-aħħar jum tax-xogħol ta’ Marzu, 1999, huwa
2 L.S.452.62 ħ
STANDARD NAZZJONALI DWAR 
ALLOWANCE FIL-ĠIMGĦA
jkollu jedd li jirċievi mingħand il-prinċipal jew il-prinċipali tiegħu
ammont ekwivalenti għal lira għal kull ġimgħa, jew ammont
proporzjonali għal kull parti minn ġimgħa, ta’ mpieg whole-time
ma’ dak il-prinċipal jew dawk il-prinċipali matul il-perijodu hawn
aktar qabel imsemmi.
