KUNSILL TAL-PAGI GĦAN-NEGOZJI BL-INGROSSA U 
BL-IMNUT BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.63 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.63
ORDNI TAL-KUNSILL TAL-PAGI
GĦAN-NEGOZJI BL-INGROSSA U BL-IMNUT BIEX 
JIRREGOLA L-PAGI
18 ta’ Marzu, 1989
L-AVVIŻ LEGALI 32 ta’ l-1989.
Titolu.
Negozji bl-Ingrossa u bl-Imnut biex jirregola l-Pagi.
Applikazzjoni ta’ l-
Ordni.
2. Id-disposizzjonijiet murija fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-
Ordni għandhom japplikaw għall-impjegati kollha li dwarhom il-
Kunsill tal-Pagi għan-Negozji bl-Ingrossa u bl-Imnut jaħdem
b’eċċezzjoni ta’ persuni li jaħdmu f’bars, ristoranti u ħwienet tal-
kafè .
SKEDA
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
"ġimgħa" tfisser ġimgħa kalendarja;
"ġurnata ta’ mistrieħ fil-ġimgħa" tfisser perijodu ta’ erbgħa u
għoxrin siegħa konsekuttivi li jibdew mill-ħin li fih l-impjegat
normalment jibda x-xogħol tiegħu;
"ħin u nofs" u "ħin doppju" jfissru rispettivament darba u nofs u
d-doppju tar-rata attwali li tapplika għall-impjegat;
"impjegat part-time" tfisser impjegat li ma jkunx impjegat
whole-time;
"impjegat whole-time" tfisser impjegat li jaħdem għal aktar minn
għoxrin siegħa f’xi ġimgħa waħda, mifruxa fuq perijodu ta’ mhux
anqas minn erbat ijiem;
"nofs ta’ nhar" tfisser perijodu ta’ tnax-il siegħa konsekuttivi li
jispiċċaw fis-1.00 p.m. jew fis-1.00 a.m.;
"pagi" tfisser il-ħlas jew qligħ li jitħallas bi flus minn prinċipal
lill-impjegat;
"sigħat ta’ xogħol" tfisser il-ħin f’kull ġurnata li matulu l-
impjegati jkunu għad-disposizzjoni tal-prinċipal, barra mill-
intervalli permessi għall-ikel u għall-mistrieħ;
Kap. 252.
"vaganzi tas-soltu" tfisser il-ġranet (barra mill-Ħdud) iddikjarati
għal dak iż-żmien bħala btajjel pubbliċi skond jew taħt l-Att dwar
il-Jum Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi oħra.
Sigħat ta’ xogħol.
Iskeda, l-inqas rimunerazzjoni fil-ġimgħa li titħallas lil-impjegati
whole-time għandha tkun relattiva għal ġimgħa ta’ mhux iżjed minn
erbgħin siegħa mifruxin fuq ħamest ijiem u nofs:
2 L.S.452.63 ħ
KUNSILL TAL-PAGI GĦAN-NEGOZJI BL-INGROSSA U 
BL-IMNUT BIEX JIRREGOLA L-PAGI
Iżda s-sigħat ta’ xogħol ta’ impjegati li jaħdmu fi -
(a) ħwienet li l-attività  prinċipali tagħhom hija l-bejgħ ta’
gazzetti, ħobż, laħam frisk, ħut, ħalib, frott, ħxejjex,
fjuri, tabakk, ikel take-away, dolċerija u souvenirs
bona fide;
(b) kjoskijiet tal-petrol u petrol stations;
(ċ) spiżeriji; u
(d) ħwienet tal-parrukkiera u tal-hair dressers,
għandhom ikunu mifruxin fuq sitt ijiem:
Iżda wkoll is-sigħat ta’ xogħol ta’ għassiessa għandhom
ikunu relattivi għal ġimgħa ta’ mhux iżjed minn sittin siegħa
mifruxin fuq sitt ijiem.
L-inqas 
rimunerazzjoni li 
titħallas lill-
impjegati whole-
time.
3. Bla ħsara għad-disposizzjoniiet tal-paragrafu 2 ta’ din l-
Iskeda, l-inqas rimunerazzjoni fil-ġimgħa li titħallas lill-impjegati
whole-time tkun kif ġej:
(a) Impjegati whole-time, barra minn għassiesa, ta’ l-età
speċifikata fil-Kolonna 1 tat-tabella li taħbat minnufih
wara dan ikunu intitolati għar-rata xierqa ta’
rimunerazzjoni murija fil-Kolonna 2 tagħha:
L-Inqas Rimunerazzjoni
IMPJEGATI WHOLE-TIME (BARRA MINN GĦASSIESA) 
(b) Għassiesa impjegati whole-time li jagħmlu xogħol kif
speċifikat fil-Kolonna 1 tat-tabella li taħbat minnufih
wara dan ikunu intitolati għar-rata xierqa ta’
rimunerazzjoni murija fil-Kolonna 2 tagħha:
L-Inqas Rimunerazzjoni
GĦASSIESA IMPJEGATI WHOLE-TIME
L-inqas ħin ta’ 
mistrieħ kuljum.
4. L-impjegati kollha whole-time ikollhom intervalli ta’ mhux
inqas minn siegħa b’kollox għall-ikel u għall-mistrieħ kull jum.
L-inqas mistrieħ 
ta’ kull ġimgħa.
5. (1) L-impjegati kollha whole-time li jkunu marbutin
b’kundizzjonijiet ta’ xogħol fejn jaħdmu ħamest ijiem u nofs
f’ġimgħa skond il-paragrafu 2 ta’ din l-Iskeda ikunu intitolati għal
ġurnata u nofs franki f’kull perijodu ta’ sebat ijiem konsekuttivi,
b’mod li n-nofs ta’ nhar frank imsemmi jittieħed wara nofs in-nhar:
Iżda kull impjegat ikun intitolat li jieħu n-nofs ta’ nhar
Kolonna 1 Kolonna 2
Ta’ 16-il sena ................................................ Lm26.13,0
17-il sena ............................................... Lm27.24,0
18-il sena u fuqhom ............................... Lm30.38,0
Kolonna 1 Kolonna 2
Għassiesa li x-xogħol tagħhom ikun
prinċipalment ġewwa .................................... Lm30.38,0
Għassiesa li x-xogħol tagħhom ikun
prinċipalment barra ....................................... Lm31.38,0.
KUNSILL TAL-PAGI GĦAN-NEGOZJI BL-INGROSSA U 
BL-IMNUT BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.63 3
tiegħu frank wara nofs in-nhar, nhar ta’ Sibt għall-inqas darba kull
tliet ġimgħat, skond roster magħmul u miżmum mill-prinċipal.
(2) L-impjegati whole-time l-oħra kollha ikunu intitolati għall-
inqas għal ġurnata waħda ta’ mistrieħ f’kull ġimgħa kalendarja.
L-inqas rata ta’ 
sahra.
6. Impjegati whole-time, barra min għassiesa, ikunu intitolati
għal rimunerazzjoni ta’ sahra kif ġej:
(a) għas-sigħat kollha ta’ xogħol li jkunu iktar mis-sigħat
normali ta’ xogħol skond il-paragrafu 2 ta’ din l-
Iskeda ............................................ ħin u nofs;
(b) għas-sigħat kollha ta’ xogħol li jkunu iktar minn tmien
sigħat f’kull ġurnata tax-xogħol li fiha l-impjegat ma
jkunx intitolat għal nofs ta’ nhar frank
............................................................... ħin u nofs;
(ċ) għas-sigħat kollha ta’ xogħol li jkunu iktar minn
ħames sigħat f’kull ġurnata li fiha l-impjegat ikun
intitolat għan-nofs ta’ nhar frank fil-ġimgħa
............................................................... ħin u nofs;
(d) għas-sigħat kollha ta’ xogħol fil-Ħdud u fil-vaganzi
tas-soltu ................................................ ħin doppju;
(e) għas-sigħat kollha ta’ xogħol f’kull ġimgħa kalendarja
li jkunu iżjed min-numru ta’ sigħat ta’ xogħol, li ma
jkunux aktar minn erbgħin, stipulati fil-kuntratt tas-
servizz, mhux magħdud f’dan in-numru -
(i) il-ħin kollu mħallas skond id-disposizzjonijiet
ta’ qabel ta’ dan il-paragrafu; u
(ii) in-numru ta’ sigħat li matulhom l-impjegat ikun
bil-vaganzi, leave għal mard jew nieqes minn
fuq ix-xogħol bla rimunerazzjoni b’massimu ta’
seba’ sigħat dwar kull ġurnata sħiħa
............................................. ħin u nofs:
Iżda d-Direttur tax-Xogħol jista’ jawtorizza bil-
miktub lill-prinċipal biex iħallas sahra lill-impjegati
speċifikati jew lill-gruppi ta’ impjegati dwar is-sigħat
ta’ xogħol biss li jkunu iżjed minn ġimgħa medja tan-
numru ta’ sigħat ta’ xogħol li ma jkunux aktar minn
erbgħin, stipulati fil-kuntratt tas-servizz, kalkolata fuq
dak in-numru ta’ ġimgħat konsekuttivi kif id-Direttur
jidhirlu xieraq; u f’dak il-każ id-disposizzjonijiet tal-
partita (a) ta’ dan il-paragrafu ma japplikawx;
(f) (i) għas-sigħat kollha ta’ xogħol minn għassiesa li
jkunu iżjed minn għaxar sigħat kull jum jew li
jkunu iżjed minn sittin siegħa f’perijodu ta’ sitt
ijiem konsekuttivi .................... ħin u nofs;
(ii) għas-sigħat kollha ta’ xogħol minn għassiesa fis-
seba’ ġurnata (ġurnata ta’ mistrieħ)
..................................................... ħin doppju.
Vaganzi.
impjegati whole-time ikunu intitolati skond is-subparagrafi (1) u
(2) tal-paragrafu 5, impjegati whole-time ikunu intitolati għall-
4 L.S.452.63 ħ
KUNSILL TAL-PAGI GĦAN-NEGOZJI BL-INGROSSA U 
BL-IMNUT BIEX JIRREGOLA L-PAGI
vaganzi kollha tas-soltu b’paga sħiħa, u għall-vaganzi li ġejjin li
ma għandhomx ikunu inqas minn -
(a) erba’ ġimgħat ta’ xogħol u jum ta’ xogħol matul kull
waħda mis-snin kalendarji 1988 u 1989;
(b) erba’ ġimgħat ta’ xogħol u jumejn ta’ xogħol matul is-
sena kalendarja 1990;
(ċ) erba’ ġimgħat ta’ xogħol u tliet ijiem ta’ xogħol matul
is-sena kalendarja 1991; u
(d) erba’ ġimgħat ta’ xogħol u erbat ijiem ta’ xogħol matul
is-sena kalendarja 1992 u matul kull sena oħra
kalendarja li tiġi wara:
Iżda meta impjegat whole-time ikun impjegat għal inqas
minn tnax-il xahar matul xi sena kalendarja, huwa jkun intitolat
għal dik il-parti tal-vaganzi msemmija li tkun fi proporzjon man-
numru ta’ xhur li jkun ilu fl-impieg.
(2) Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu "vaganzi" tfisser vaganzi
bil-ħlas li jistgħu jittieħdu:
Iżda:
(a) ġurnata vaganza matul kull waħda mis-snin kalendarji
1988 u 1989;
(b) jumejn vaganzi matul l-1990;
(ċ) tliet ijiem vaganzi matul l-1991;
(d) erbat ijiem vaganzi matul l-1992, u matul kull sena
kalendarja li tiġi wara,
ma għandhomx jiffurmaw parti minn xi shut-down u għandhom
jingħataw mill-prinċipal bħala leave li jittieħed b’għażla b’żieda
ma kull leave li jittieħed b’għażla li l-impjegat seta’ kien intitolat
għalih fid-9 ta’ Novembru, 1988.
Leave għal mard.
Kap. 318.
8. Wara li jagħmlu l-ewwel sitt xhur ta’ l-impieg, l-impjegati
whole-time jkunu intitolati għal ħmistax-il ġurnata leave għal mard
b’paga sħiħa nieqes kull benefiċċju għal mard li għalih huma
jistgħu ikollhom dritt skond l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali u għal
sitta u tletin ġurnata oħra b’nofs paga f’kull sena kalendarja:
Iżda ċertifikat tat-tabib li jiċċertifika inkapaċità  għax-
xogħol illi jkopri l-perijodu ta’ assenza għandu jiġi ppreżentat lill-
prinċipal.
Leave għal luttu. 9. Impjegati whole-time ikollhom jumejn leave bi ħlas fil-każ
tal-mewt ta’ xi wieħed jew waħda minn dawn il-qraba li ġejjin: il-
mara, ir-raġel, l-omm, il-missier (jew il-persuna li f’dak iż-żmien
kienet fil-fatt qegħda tagħmilha bħala omm jew missier l-impjegat),
iben, bint, u ħu jew oħt l-impjegat.
Leave specjali. 10. Impjegat whole-time ikollu tliet ijiem leave bil-paga fl-
okkażjoni taż-żwieġ tiegħu jew tagħha, u ġurnata leave fl-
okkażjoni tat-twelid ta’ tarbija lil mart l-impjegat.
KUNSILL TAL-PAGI GĦAN-NEGOZJI BL-INGROSSA U 
BL-IMNUT BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.63 5
Leave għal 
korriment.
Kap. 318.
11. Impjegat whole-time ikun intitolat għal sa sena leave
b’paga sħiħa f’każ ta’ korriment nieqes l-ammont kollu ta’ kull
benefiċċju għal korriment li jista’ jkun intitolat għalih skond l-Att
dwar is-Sigurtà  Soċjali, jekk huwa/hija jkorri/tkorri waqt il-qadi
attwali ta’ dmirijietu/dmirijietha u mhux bi traskuraġni min-naħa
tiegħu/tagħha, jew bi ksur tar-regoli ta’ ħarsien mill-periklu
stabbiliti mill-management.
Leave għal ġurati.
jkollhom leave għall-ħin kollu li jkun meħtieġ b’paga sħiħa sabiex
ikunu jistgħu jattendu dak is-servizz fil-Qorti.
L-inqas 
rimunerazzjoni li 
titħallas lill-
impjegati part-
time.
13. (1) L-inqas rimunerazzjoni li titħallas lill-impjegati part-
time fil-ġranet speċifikati fil-Kolonna 1 tat-tabella li taħbat
minnufih wara dan ikunu bir-rata xierqa kull siegħa murija fil-
Kolonna 2 tagħha:
L-Inqas Rimunerazzjoni
IMPJEGATI PART-TIME
(2) Meta l-Gvern jagħti lill-impjegati whole-time tiegħu kollha
żieda ġenerali fil-pagi u dik iż-żieda tiġi dikjarata mill-Ministru
responsabbli għax-xogħol b’avviż fil-Gazzetta biex tkun tapplika in
ġenerali għall-impjegati whole-time kollha, ir-rati msemmija fis-
subparagrafu (1) ta’ dan il-paragrafu jiżdiedu proporzjonalment
billi tiġi diviża r-rata fil-ġimgħa applikabbli għall-impjegati whole-
time ta’ l-istess kategorija b’sittin fil-każ ta’ għassiesa u b’erbgħin
fil-każ ta’ impjegati oħra.
(3) Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu "impjegat part-time"
tfisser kull impjegat:
(a) li ma jkunx impjegat għal aktar minn għoxrin siegħa
f’xi ġimgħa;
(b) li s-sigħat ta’ xogħol f’xi ġurnata ma jkunux aktar
minn erba’ sigħat konsekuttivi f’perijodu ta’ mhux
aktar minn nofs ta’ nhar; u
(ċ) li jkun impjegat għal sigħat stabbiliti.
Età  ta’ rtirar mix-
xogħol.
14. F’każi fejn impjegat raġel huwa mistenni li jirtira mix-
xogħol fl-età  ta’ sittin sena, impjegat bħal dan għandu jingħata l-
opportunità  minn min iħaddmu biex jibqa’ fl-impieg tiegħu ’l fuq
minn din l-età  u ta’ l-anqas sakemm jilħaq l-età  ta’ wieħed u sittin
sena, iżda l-impjegat konċernat xorta għandu jitħalla, jekk huwa
jkun irid, li jirtira fl-età  ta’ sittin sena.
Kolonna 1 Kolonna 2
Rata kull 
siegħa
Minn nhar ta’ Tnejn sa nhar ta’ Sibt .............. Lm1.31,8
Ħdud u vaganzi tas-soltu ............................... Lm2.06,8.
6 L.S.452.63 ħ
KUNSILL TAL-PAGI GĦAN-NEGOZJI BL-INGROSSA U 
BL-IMNUT BIEX JIRREGOLA L-PAGI
NOTA TA’ TIFSIR
(Din in-nota m’hijiex parti mill-Ordni, iżda hija maħsuba biex
turi l-applikabilità  tiegħu).
Id-disposizzjonijiet fl-Iskeda ta’ hawn fuq japplikaw għall-
persuni kollha impjegati minn negozjanti bl-ingrossa, distributuri,
importaturi, esportaturi, aġenti b’kummissjoni, ko-operattivi ta’
grossisti u ko-operattivi tas-swieq, bejjiegħa bl-imnut, libreriji li
jisilfu l-kotba, bejjiegħa fit-toroq, parrukkiera, ko-operattivi ta’
konsumaturi, studji tal-fotografija; iżda ma japplikawx għal
impjegati f’xi ħanut immexxi direttament mid-direzzjoni ta’
lukanda bħala parti mill-kumditajiet ta’ dik il-lukanda, lanqas għal
impjegati f’xi ħanut sew jekk immexxi direttament mid-direzzjoni
ta’ każin bħala parti mill-kumditajiet tiegħu sew jekk mogħti
b’kuntratt għall-finijiet ta’ tkabbir ta’ dawk il-kumditajiet.
