STANDARD NAZZJONALI DWAR JUM TA’ MISTRIEĦ 
FIL-ĠIMGĦA U LEAVE GĦAL VAGANZA ANNWALI ġ L.S.452.64 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.64
ORDNI TA’ STANDARD NAZZJONALI 
DWAR JUM TA’ MISTRIEĦ FIL-ĠIMGĦA
U LEAVE GĦAL VAGANZA ANNWALI
30 ta’ Marzu, 1989
L-AVVIŻ LEGALI 38 ta’ l-1989.
Titolu.
dwar Jum ta’ Mistrieħ fil-Ġimgħa u Leave għal Vaganza Annwali.
Tifsir.
Kap. 452.
"impjegat whole-time" għandu jkollha l-istess tifsir kif mogħti
lilha f’xi kundizzjonijiet magħrufin ta’ impieg skond l-artikolu 10
ta’ l-Att.
Jum ta’ mistrieħ 
fil-ġimgħa.
3. Impjegati whole-time għandhom jedd għal minimu ta’ jum
wieħed ta’ mistrieħ f’kull ġimgħa kalendarja speċifika. 
Leave għal 
vaganza annwali.
4. Impjegati whole-time għandhom jedd għall-festi nazzjonali
u għall-btajjel pubbliċi kollha b’paga sħiħa, u għal dan il-leave għal
vaganza li ġej li ma jkunx inqas minn -
(a) erba’ ġimgħat tax-xogħol u jum wieħed tax-xogħol
matul is-snin kalendarji 1988 u 1989;
(b) erba’ ġimgħat tax-xogħol u jumejn tax-xogħol matul
is-sena kalendarja 1990;
(ċ) erba’ ġimgħat tax-xogħol u tliet ijiem tax-xogħol
matul is-sena kalendarja 1991;
(d) erba’ ġimgħat tax-xogħol u erbat ijiem tax-xogħol
matul is-sena kalendarja 1992 u matul kull sena oħra
kalendarja li tiġi wara:
Iżda meta impjegat whole-time ikun ilu mpjegat għal inqas
minn tnax-il xahar matul xi sena kalendarja, ikollu jedd għal dik il-
parti tal-leave għal vaganza msemmi skond ma jkun il-proporzjon
man-numru ta’ xhur li jkun ilu fl-impieg.
Tifsir ta’ leave għal 
vaganza.
5. Għall-finijiet tal-paragrafu 4, "leave għal vaganza" tfisser
leave bi ħlas li jista’ jittieħed f’jiem miftehmin bejn prinċipal u
impjegat, b’dan illi jum wieħed tax-xogħol matul l-1988 u 1989,
jumejn tax-xogħol matul l-1990, tliet ijiem tax-xogħol matul l-1991
u erbat ijiem tax-xogħol matul l-1992 u matul kull sena oħra
kalendarja li tiġi wara ma jkunux jagħmlu parti minn xi shutdown u
għandhom jingħataw mill-prinċipal bħala leave li jittieħed b’għażla
b’żieda ma’ kull leave li jittieħed b’għażla li l-impjegat seta’ kellu
jedd għalih fid-9 ta’ Novembru, 1988.
Transitorja.
time ikun użufruwixxa ruħu mill-leave li jittieħed b’għażla li kien
intitolat għalih għas-sena 1989 qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan l-
Ordni, il-prinċipal tiegħu jista’ jnaqqas ġurnata minn dak li l-
impjegat hu intitolat għalih bħala leave għal vaganza li mhuwiex
2 L.S.452.64 ħ
STANDARD NAZZJONALI DWAR JUM TA’ MISTRIEĦ 
FIL-ĠIMGĦA U LEAVE GĦAL VAGANZA ANNWALI
dak li jittieħed b’għażla li hu intitolat għalih dak l-impjegat għas-
sena 1989, iżda ma jista’ f’ebda każ inaqqas il-paga li dak l-
impjegat ikun intitolat għaliha għal dik il-ġurnata.
