STANDARD NAZZJONALI DWAR ŻIEDA FIL-PAGA ġ L.S.452.65 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.65
ORDNI TA’ STANDARD NAZZJONALI 
DWAR ŻIEDA FIL-PAGA
L-AVVIŻI LEGALI 169 ta’ l-1989, 210 ta’ l-1990 (kif emendat bl-Avviż
Legali 192 ta’ l-1991), 192 ta’ l-1991 (kif emendat bl-Avviż Legali 127 ta’
l-1992), 127 ta’ l-1992, 179 ta’ l-1993, 185 ta’ l-1994 (kif emendat bl-
Avviż Legali 117 ta’ l-1995), 188 ta’ l-1995 (kif emendat bl-Avviż Legali
15 ta’ l-1996); in-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 62 ta’ l-1997; u l-
AVVIŻI LEGALI 6 u 223 ta’ l-1997, 271 ta’ l-1998, 219 ta’ l-1999, 266 ta’
l-2000, 308 ta’ l-2001, 377 ta’ l-2002 u 419 ta’ l-2003, konsolidati.
Titolu.
dwar Żieda fil-Paga.
Tifsir.
Kap. 452.
"Ftehim" tfisser il-Qbil Nazzjonali dwar Relazzjonijiet
Industrijali iffirmat fl-10 ta’ Diċembru, 1990 bejn il-Gvern, it-
Trade Unions u Organizzazzjonijiet ta’ Prinċipali kif rappreżentati
fil-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku, liema ftehim sar bl-
ilsien Malti u l-verżjoni Ingliża hija traduzzjoni tiegħu;
"increment ordinarju" tfisser żieda fil-paga annwali jew
perjodika li impjegat huwa intitolat għaliha biex javvanza minn
punt għall-ieħor ta’ skala ta’ paga stabbilita minn qabel;
"impjegat whole-time" għandu jkollha l-istess tifsir kif mogħti
lilha f’kundizzjonijiet ta’ l-impieg magħrufa skond l-artikolu 10 ta’
l-Att.
Aġġustament 
għall-għoli tal-
ħajja.
3. Iċ-ċifra ta’ żieda fil-pagi għall-għoli tal-ħajja determinat
skond il-provvedimenti tal-paragrafi 1.2 u 1.3 tal-Ftehim, li t-
taqsimiet 1 sa 6 tiegħu qed jiġu riprodotti bħala Skeda A ma’ dan l-
Ordni, ġiet stabbilita skond l-Iskeda B ta’ dan l-Ordni, skond kif
jipprovdu t-taqsimiet 1, 2 u 3 tal-Ftehim u għandha tiġi
implimentata kif stipulat fl-imsemmi Ftehim.
Impjegati mhux 
koperti bi ftehim 
kollettiv.
4. Iċ-ċifra taż-żieda msemmija fl-Iskeda B għandha tapplika,
kif stipulat fit-taqsima 3 tal-Ftehim, għall-impjegati whole-time li
mhumiex koperti bi ftehim kollettiv.
Paga minima 
nazzjonali.
5. B’seħħ mill-1 ta’ Jannar, 1992, il-paga minima nazzjonali
fil-ġimgħa, relatata għal ġimgħa ta’ xogħol normali, għandha tkun
kif ġej:
18-il sena u fuqhom .............................. Lm35.63ċ fil-ġimgħa;
17-il sena ............................................. Lm32.72ċ fil-ġimgħa;
taħt is-17-il sena ................................... Lm31.49ċ fil-ġimgħa.
Impjegati part-
time.
6. Ħaddiema part-time għandhom jitħallsu pro rata, b’rata
fis-siegħa ta’ mhux anqas mill-paga minima nazzjonali maħduma
skond l-artikolu 5 ta’ dan l-Ordni diviża b’erbgħin.
2 L.S.452.65 ħ STANDARD NAZZJONALI DWAR ŻIEDA FIL-PAGA
Żieda għall-għoli 
tal-ħajja titħallas 
darba.
7. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli ta’ qabel ta’ dan
l-Ordni, ebda prinċipal ma jkun meħtieġ li jħallas iż-żieda għall-
għoli tal-ħajja jew xi parti minnha maħsuba b’dan l-Ordni aktar
minn darba waħda matul is-sena kalendarja li għaliha tkun tirreferi
ż-żieda fil-paga.
SKEDI
SKEDA A
(Artikolu 3)
FTEHIM
A. Politika Nazzjonali li Tirregola l-Pagi
l. Kumpens għall-Għoli tal-Ħajja
1.0 Iż-żjieda fl-għoli tal-ħajja tkun maħduma mill-Istatistiku
tal-Gvern skond l-istatistika tar-retail price index maħduma taħt id-
direzzjoni tal-kumitat tripartit indipendenti mwaqqaf biex jassigura
l-ħdim ekwu ta’ din l-istatistika.
1.1 Kull sitt xhur tul it-terminu ta’ dan il-ftehim, il-Kunsill
Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku jinforma l-partijiet kollha bil-
movimenti mbassra tar-retail price index għat-tliet snin ta’ wara.
Dan it-tbassir iservi bħala indikazzjoni fin-negozjati għall-ftehim
kollettiv ġodda u ma jkunx pubblikat.
1.2 Għall-finijiet ta’ dan il-ftehim, il-perċentwali taż-żjieda fl-
għoli tal-ħajja li għandu jkun meħud fil-kalkolu tal-COLA għal kull
sena ikun determinat mill-moviment li jirriżulta fl-indiċi (annual
average) fit-tnax-il xahar li jagħlqu fl-aħħar ta’ Ġunju tas-sena ta’
qabel.
1.3 Għandha tkun stabbilita ċifra ta’ żjieda fil-pagi għall-għoli
tal-ħajja (COLA) billi:
l.3.1 Il-perċentwali stabbilit f’paragrafu 1.2 ikun applikat
fuq paga ta’ Lm40 (erbgħin lira) liema ammont
jiżdied fl-ewwel ta’ Jannar ta’ kull sena bl-ammont
ta’ COLA stabbilit.
l.3.2 Ir-riżultat jiżdied jew jitnaqqas biex jersaq għall-
eqreb nofs lira.
1.3.3 Din iċ-ċifra titnaqqas bl-ammont ta’ benefiċċji
soċjali li l-Istat jista’ jagħti matul is-sena li tibda
minn meta din iż-żjieda tkun effettiva. Appendiċi I
juri d-dettalji tal-paga soċjali.
1.4 Iż-żjieda għall-għoli tal-ħajja tkun effettiva fuq iż-żjidiet li
jaqgħu wara l-ewwel ta’ Jannar wara d-data li tkun stabbilita.
1.5 II-partijiet kollha għal dan il-ftehim jirriaffermaw l-impenn
tagħhom li fl-interess tal-kompetittività  ta’ l-azjendi tagħna, ikun
hemm kontroll ta’ l-għoli tal-ħajja.
STANDARD NAZZJONALI DWAR ŻIEDA FIL-PAGA ġ L.S.452.65 3
2. Ftehim Kollettiv
2.0 Kull ftehim kollettiv għandu jkun jorbot fuq tul ta’ mhux
inqas minn tliet snin.
2.1 Ħlief għal providimenti oħra f’din it-taqsima, il-pagi kif
maqbula fil-ftehim kollettiv ikunu dawk effettivi tul it-terminu
kollu tal-ftehim.
2.2 Il-ftehim kollettiv għandu jindika ċ-ċifri ta’ tbassir ta’ l-
għoli tal-ħajja komunikati skond paragrafu 1.1 u meħuda bħala bażi
fil-ftehim għal żjidiet fil-pagi.
2.3 Meta f’xi sena ż-żjieda tal-ftehim kollettiv tkun inqas mill-
COLA, allura għandha tingħata żjieda supplimentari biex iż-żjieda
effettiva tkun daqs il-COLA.
2.4 Fil-bidu ta’ l-aħħar sitt xhur tal-ftehim kollettiv, għandhom
ikunu stabbiliti:
2.4.1 L-ammont ta’ żjieda attwalment mogħtija tul il-
ftehim.
2.4.2 Iż-żjieda li kienet tingħata fil-każ li ż-żjidiet
maħsuba aktar mill-COLA mbassra żdiedu ma’ l-
ammonti attwali ta’ COLA tul it-terminu tal-ftehim.
2.5 Id-differenza bejn dawn l-ammonti sija favur il-ħaddiem u
sija favur min iħaddem, għandhom ikunu kompensati kif miftiehem
bejn iż-żewġ partijiet, fil-Ftehim Kollettiv ta’ wara.
2.6 Hu mifhum li l-provedimenti f’paragrafi 2.4 u 2.5,
għalkemm japplikaw għal kull ftehim kollettiv milħuq waqt it-
terminu ta’ dan il-qbil, huma meqjusa bħala transitorji fl-iżvilupp
lejn negozjar aktar ħieles.
3. Ħaddiema mhux koperti b’xi ftehim kollettiv
3.0 F’każ ta’ ħaddiema li ma jkunux koperti b’xi ftehim
kollettiv, il-Gvern għandu jieħu dawk il-miżuri meħtieġa biex kull
COLA tiżdied mal-pagi tagħhom b’effett mill-ewwel ta’ Jannar ta’
kull sena.
4. Tribunal ta’ Arbitraġġ Finanzjarju
4.0 F’każ li xi azjenda, fi kwalunkwe stadju tal-ftehim
kollettiv, tiddikjara li, għal raġuni jew raġunijiet li tħoss li jkunu
validi, ma tkunx f’qagħda li tagħti kif miftiehem iż-żjidiet jew xi
parti minnhom, għandha tfittex reviżjoni tal-qbil tagħha mar-
rappreżentanti tal-ħaddiema u, fejn dan ma jintlaħaqx, wieħed mill-
partijiet jew it-tnejn flimkien, għandhom il-jedd li jressqu l-każ
quddiem tribunal indipendenti mwaqqaf minn qabel għal dan il-
għan.
4.1 It-tribunal għandu jkun magħmul minn chairperson u żewġ
membri.
4.1.1 Għal dan il-għan, għandhom jiġu magħmula żewġ
listi bi qbil bejn it-tliet naħat; waħda ta’ mhux anqas
minn ħames persuni adatti għal chairperson u l-oħra
ta’ mhux anqas minn għaxar persuni li jistgħu jkunu
membri tat-tribunal.
4 L.S.452.65 ħ STANDARD NAZZJONALI DWAR ŻIEDA FIL-PAGA
4.1.2 Qabel kull każ għandhom jittellgħu bix-xorti fil-
preżenza tal-partijiet konċernati l-ismijiet ta’
chairperson u żewġ membri. Għal dan il-għan, id-
data, il-ħin u l-post għandhom jiġu notifikati lill-
partijiet mill-awtorità  responsabbli.
4.2 Kull membru tat-tribunal qabel jibda fil-kariga tiegħu
għandu jagħmel dikjarazzjoni bil-ġurament quddiem l-Avukat
Ġenerali tar-Repubblika, fuq formula preskritta għal dan il-għan, li
fiha jistqarr li m’għandu interess personali ta’ ebda xorta, la dirett u
lanqas indirett, fil-każ quddiemu u li jista’ jkun ta’ konflitt mal-
kariga tiegħu bħala membru tat-tribunal.
4.3 It-tribunal għandu jistħarreġ il-każ u f’mhux iżjed minn
tliet xhur minn dakinhar li l-każ jiġi lilu riferit jiddeċiedi liema
żjieda jew żjidiet minn dawk miftiehma jkunu jistgħu jitħallsu mill-
azjenda.
4.4 It-tribunal ikollu s-setgħa li jsejjaħ kull persuna oħra
quddiema biex iressaq ix-xhieda tiegħu b’affidavit u/jew jagħti
evidenza u/jew jipproduċi kotba u/jew dokumenti oħra kollha
rilevanti.
4.5 It-tribunal ikollu s-setgħa li jamministra l-ġurament lil kull
persuna li tidher quddiemu meta u jekk iħoss il-ħtieġa.
4.6 Kull membru tat-tribunal jirċievi rimunerazzjoni xierqa
għal kull każ li jisma’.
4.7 Kull deċiżjoni tat-tribunal tkun finali u tkun torbot lill-
partijiet. Hu mifhum li ċ-ċirkostanzi eżaminati mit-tribunal jiġu
meqjusa li jkomplu fis-seħħ għal żmien sena, u għalhekk id-
deċiżjoni tiegħu tkun torbot biss għal sena jew sa meta tasal xi
żjieda oħra fil-Fterim Kollettiv u b’riżultat ta’ dan il-Ftehim.
5. Ċirkostanzi Straordinarji
5.0 Jibqa’ miftiehem li fejn u meta jinqalgħu ċirkostanzi
straordinarji li minħabba fihom l-ekonomija tal-pajjiż, fil-fehma
unanima tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku, ma tkunx
tiflaħ issostni xi waħda jew iż-żjidiet kollha miftiehma, allura l-
Kunsill jista’ jawtorizza tibdil f’dan il-ftehim taħt dawk it-termini u
għal dak il-perijodu li l-istess Kunsill jista’ jiddetermina. Qed
jingħataw eżempji ta’ ċirkostanzi straordinarji bħal dawn fl-
Appendiċi II.
5.1 Għall-finijiet ta’ l-artikolu 5.0, il-Kunsill Malti għall-
Iżvilupp Ekonomiku għandu, mhux aktar minn tliet xhur mit-tmiem
ta’ kull trimestru, jagħti lill-partijiet imsieħba fi ħdanu, rapport biċ-
ċifri relevanti.
6. Terminu ta’ dan il-ftehim
6.0 Dan il-ftehim għandu jorbot għal tliet snin minn dak inhar
li jiġi iffirmat.
6.1 Kull sentenza tat-tribunal ta’ arbitraġġ finanzjarju tibqa’
tapplika tul is-sena sħiħa kif stipulat f’sub-paragrafu 4.7 ta’ dan il-
ftehim, saħansitra jekk matul dak iż-żmien jiskadi dan il-ftehim.
STANDARD NAZZJONALI DWAR ŻIEDA FIL-PAGA ġ L.S.452.65 5
SKEDA B
(Artikoli 3 u 4)
Żidiet għall-għoli tal-ħajja għal impjegati whole-time
Iżda meta l-kundizzjonijiet ta’ l-impieg ta’ impjegati
whole-time ikunu koperti bi ftehim, li jkun jipprovdi għal
aġġustamenti għall-għoli tal-ħajja, iż-żieda għall-għoli tal-ħajja
għandha titħallas skond kull ftehim bħal dak, iżda ż-żieda ma
għandha f’ebda każ tkun anqas minn dik speċifikata fil-Kolonna 2
ta’ hawn fuq.
B’effett mis-sena 1995, ammont ta’ Lm13, ekwivalenti
għal 50ċ fil-ġimgħa għal sitt xhur, għandu wkoll jitħallas mill-
prinċipali f’somma waħda f’daqqa fl-aħħar ta’ Marzu lill-impjegati
whole-time kollha li jkunu fuq il-kotba tagħhom f’dik id-data. Din
is-somma tkun rikuperabbli mill-fondi dovuti lill-Gvern bħala
taxxa fuq l-income u kontribuzzjonijiet tas-sigurtà  soċjali.
Barra minn hekk, ammont ta’ Lm26, ekwivalenti għal Lm1
fil-ġimgħa, għandu wkoll jitħallas mill-prinċipali f’somma waħda
f’daqqa fl-aħħar ta’ Settembru lill-impjegati whole-time kollha li
jkunu fuq il-kotba tagħhom f’dik id-data. Din is-somma tkun
rikuperabbli mill-fondi dovuti lill-Gvern bħala taxxa fuq l-income u
kontribuzzjonijiet tas-sigurtà  soċjali.
Żidiet għall-għoli tal-ħajja għal impjegati part-time
Il-pagi ta’ impjegati part-time għandhom jiżdiedu pro rata
b’rata fis-siegħa ekwivalenti għal wieħed minn kull erbgħin ta’ dik
mogħtija mill-Gvern lill-impjegati whole-time tiegħu kif stipulat
fil-Kolonna 2 ta’ hawn fuq rispettivament.
Kolonna 1 Kolonna 2
Data effettiva żieda fil-paga
1 ta’ Jannar, 1990 Lm3.00 fil-ġimgħa
1 ta’ Jannar, 1991 Lm1.25 fil-ġimgħa
1 ta’ Jannar, 1992 Lm1.50 fil-ġimgħa
1 ta’ Jannar, 1993 Lm1.00 fil-ġimgħa
1 ta’ Jannar, 1994 Lm1.50 fil-ġimgħa
1 ta’ Jannar, 1995 Lm2.25 fil-ġimgħa
1 ta’ Jannar, 1996 Lm2.00 fil-ġimgħa
1 ta’ Jannar, 1997 Lm1.50 fil-ġimgħa
1 ta’ April, 1997 Lm1.75 fil-ġimgħa
1 ta’ Jannar, 1998 Lm1.50 fil-ġimgħa
1 ta’ Jannar, 1999 Lm1.75 fil-ġimgħa
1 ta’ Jannar, 2000 Lm1.00 fil-ġimgħa
1 ta’ Jannar, 2001 Lm1.50 fil-ġimgħa
1 ta’ Jannar, 2002 Lm1.50 fil-ġimgħa
1 ta’ Jannar, 2003 Lm1.75 fil-ġimgħa
1 ta’ Jannar, 2004 Lm0.75 fil-ġimgħa:
