KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-LUKANDI U KAŻINI 
BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.66 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.66
ORDNI TAL-KUNSILL TAL-PAGI
GĦALL-LUKANDI U KAŻINI
BIEX JIRREGOLA L-PAGI
1 ta’ April, 1990
L-AVVIŻ LEGALI 43 ta’ l-1990.
Titolu.
Lukandi u Każini biex jirregola l-Pagi.
Applikazzjoni ta’ l-
Ordni.
2. Id-disposizzjonijiet murija fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-
Ordni għandhom japplikaw għall-impjegati kollha li dwarhom il-
Kunsill tal-Pagi għall-Lukandi u Każini jaħdem.
Limitazzjoni ta’ 
applikazzjoni dwar 
il-Proġett Nru. 8.
L.S. 343.06
3. Il-kliem "Il-ħinijiet tax-xogħol ta’ l-apprendisti u dawk li
jkunu qegħdin jitgħallmu mpjegati skond dan il-proġett ma
għandhomx ikunu iżjed minn għaxar siegħat f’kull ġurnata lanqas
il-perijodu tagħhom ta’ mpieg iżjed minn tnax-il siegħa f’kull
ġurnata" li hemm fil-paragrafu 7, u l-paragrafi 8, 9 u 10 tal-Proġett
Nru. 8 dwar is-sejħa għal kok f’lukandi, każini, ristoranti u
sptarijiet pubblikat bin-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 479 ta’ l-
1953 ma għandhomx japplikaw għall-dawk li jkunu qegħdin
jitgħallmu mpjegati li dwarhom dan l-Ordni li Jirregola l-Pagi
japplika.
SKEDA
PARTI I
Applikazzjoni tal-
Parti I.
1. Din il-Parti ta’ l-Iskeda tapplika għall-impjegati f’lukandi,
guest houses, kumplessi għall-btala, villaġġi turistiċi u
appartamenti għall-btala li jkollhom liċenza.
Sigħat ta’ xogħol.
din l-Iskeda, l-anqas kumpens fil-ġimgħa għall-impjegati kollha li
għalihom tapplika din il-Parti għandu jkun relattiv għal ġimgħa ta’
mhux aktar minn -
(a) tlieta u erbgħin siegħa xogħol mifruxin fuq sitt ijiem
għal massimu ta’ tlettax-il ġimgħa li jittieħdu bejn l-
aħħar ġimgħa ta’ Ġunju u l-ewwel ġimgħa ta’ Ottubru
u disgħa u tletin siegħa xogħol mifruxin fuq ħamest
ijiem għall-bqija tas-sena fil-każ ta’ l-impjegati kollha
minbarra għassiesa u mużiċisti;
(b) sittin siegħa xogħol fil-każ ta’ għassiesa; u
(ċ) tletin siegħa xogħol fil-każ ta’ mużiċisti.
L-anqas kumpens.
7 ta’ din l-Iskeda, l-anqas kumpens fil-ġimgħa li jitħallas lil
impjegati whole-time (li ma humiex għassiesa u mużiċisti), ta’ l-età
speċifikata fil-Kolonna 1 tat-Tabella li tinsab hawn taħt għandu
2 L.S.452.66 ħ
KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-LUKANDI U KAŻINI 
BIEX JIRREGOLA L-PAGI
jkun ir-rata xierqa murija fil-Kolonni 2, 3 jew 4 tagħha:
Iżda l-Kolonna 2 jew 3 tapplika biss meta l-ikla jew l-ikliet
ikunu provduti mill-prinċipal bi ftehim ma’ l-impjegat.
(2) L-inqas kumpens fil-ġimgħa li jitħallas lill-għassiesa jkun
kif ġej:
(a) għassiesa li x-xogħol tagħhom isir prinċipalment
ġewwa ..................................................... Lm33.38;
(b) għassiesa li x-xogħol tagħhom isir prinċipalment barra
........................................................ Lm34.38.
(3) L-inqas kumpens fil-ġimgħa li jitħallas lill-mużiċisti jkun
Lm40.65.
L-anqas ħin ta’ 
mistrieh kuljum.
4. (i) L-impjegati whole-time kollha f’lukandi barra minn
mużiċisti għandu jkollhom intervalli ta’ mhux anqas b’kollox minn
siegħa, għall-ikliet u mistrieħ f’kull ġurnata li fiha s-sigħat tax-
xogħol ikunu aktar minn ħames sigħat u nofs.
(ii) Mużiċisti whole-time għandu jkollhom intervalli ta’ mhux
anqas b’kollox minn nofs siegħa għall-mistrieħ f’kull ġurnata.
L-anqas rata ta’ 
sahra għal 
ħaddiema fil-
manutenzjoni.
5. L-impjegati whole-time li jkunu fuq xogħol ta’
manutenzjoni għandu jkollhom dritt għal kumpens ta’ sahra kif ġej:
(a) għall-ħin kollu li jinħadem fil-Ħdud u fil-vaganzi tas-
soltu ................................................ ħin doppju;
(b) għall-ħin kollu li jinħadem f’kull ġimgħa li jeċċedi s-
sigħat murijin fil-paragrafu 2(a), mhux magħdud il-ħin
li jitħallas b’rati ta’ sahra ............... ħin u nofs:
Iżda f’kull ġimgħa li tinkludi vaganza tas-soltu, għandha
titħallas sahra għal xogħol li jeċċedi sitta u tletin siegħa għal
massimu ta’ tlettax-il ġimgħa bejn l-aħħar ġimgħa ta’ Ġunju u l-
ewwel ġimgħa ta’ Ottubru fil-każ ta’ impjegati mħaddma għal
ġimgħa ta’ sitt ijiem u wieħed u tletin siegħa u kwart matul il-bqija
tas-sena fil-każ ta’ impjegati mħaddma għal ġimgħa ta’ ħamest
ijiem, mhux magħdud kull ħin imħallas bir-rata ta’ sahra.
RATI FIL-ĠIMGĦA
Kolonna 1 Kolonna 2 Kolonna 3 Kolonna 4
Età Meta prinċipal 
jipprovdi ikla 
waħda prinċipali 
kuljum
Meta prinċipal 
jipprovdi żewġ 
ikliet prinċipali 
kuljum
Meta la l-
kolonna 2 lan-
qas kolonna 3 
ma japlikaw
Taħt is-17-il sena Lm28.60 Lm28.00 Lm29.13
Ta’ 17-il sena Lm29.70 Lm29.10 Lm30.23
Ta’ 18-il sena u 
aktar Lm32.85 Lm32.25 Lm33.38:
KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-LUKANDI U KAŻINI 
BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.66 3
L-anqas rati ta’ 
sahra għall-
impjegati whole-
time barra minn 
mużiċisti u dawk 
impjegati fuq 
xogħol ta’ 
manutenzjoni.
6. L-impjegati whole-time, barra minn dawk impjegati fuq
xogħol ta’ manutenzjoni, ikollhom dritt għal kumpens ta’ sahra kif
ġej:
(a) għall-ħin kollu li jinħadem ’il fuq minn seba’ sigħat u
kwart kuljum għal massimu ta’ tlettax-il ġimgħa bejn
l-aħħar ġimgħa ta’ Ġunju u l-ewwel ġimgħa ta’
Ottubru jew seba’ sigħat u tlett kwarti kuljum matul il-
bqija tas-sena ...................................... ħin u nofs;
(b) għall-ħin kollu li jinħadem li jeċċedi s-sigħat tax-
xogħol fil-ġimgħa murijin fil-paragrafu 2(a), mhux
magħdud xi ħin li jitħallas skond is-subparagrafu (a)
ta’ dan il-paragrafu ................................. ħin u nofs:
Iżda impjegati jkollhom dritt għal kumpens ta’ sahra għall-
ħin kollu li jaħdmu aktar minn disgħa u tletin siegħa fil-ġimgħa
jekk biss il-medja ta’ sigħat f’sena kalendarja sħiħa tkun aktar mill-
medja ta’ erbgħin siegħa fil-ġimgħa;
(ċ) għall-ħin kollu li jinħadem f’xi jum ta’ mistrieħ
.............................................................. ħin doppju;
(d) fil-każ ta’ għassiesa:
(i) għall-ħin kollu li jinħadem ’il fuq minn għaxar
sigħat f’kull jum ............................ ħin u nofs;
(ii) għall-ħin kollu li jinħadem fil-ġurnata ta’
mistrieħ u vaganza tas-soltu .......... ħin doppju:
Iżda -
(i) id-Direttur jista’ jawtorizza lil prinċipal bil-
miktub biex iħallas sahra lil impjegati
speċifikati, jew lil gruppi ta’ impjegati, dwar
biss is-sigħat ta’ xogħol li jkunu iżjed mill-
medja ta’ tlieta u erbgħin siegħa jew disgħa u
tletin siegħa fil-ġimgħa, skond il-każ, kalkolati
fuq perijodu li jinkludi dak in-numru ta’ ġimgħat
konsekuttivi kif id-Direttur jidhirlu xieraq, u
f’dak il-każ id-disposizzjoni tas-sub-paragrafu
(a) ta’ dan il-paragrafu m’għandhiex tapplika;
(ii) is-sigħat ta’ xogħol relattivament għal impjegat
li jagħmilha ta’ night porter f’xi ġurnata fi
stabbiliment wieħed għandhom jinkludu biss
nofs il-ħin inkluż fil-perijodu ta’ rqad.
L-anqas rati ta’ 
sahra għall-
mużiċisti.
7. Mużiċisti whole-time għandu jkollhom dritt għal kumpens
ta’ sahra kif ġej:
(a) għall-ħin kollu li jinħadem li jeċċedi ħames sigħat
f’kull ġurnata ......................................... ħin u nofs;
(b) għall-ħin kollu li jinħadem li jeċċedi tletin siegħa
f’kull ġimgħa ......................................... ħin u nofs;
(ċ) għall-ħin kollu li jinħadem fil-ġurnata tal-mistrieħ fil-
ġimgħa ............................................. ħin doppju.
L-anqas kumpens 
għall-impjegati 
part-time.
8. (1) L-anqas rimunerazzjoni li għandha titħallas lill-
impjegati part-time fil-kategoriji speċifikati fil-paragrafu 3 ta’ din
4 L.S.452.66 ħ
KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-LUKANDI U KAŻINI 
BIEX JIRREGOLA L-PAGI
l-Iskeda għandha tkun pro rata ta’ kull siegħa li tinħadem billi jiġi
diviż l-ammont li jidher għal kull kategorija, bin-numru ta’ sigħat
ta’ xogħol fil-ġimgħa għall-kategorija relattiva.
(2) Għall-finijiet ta’ din il-parti, impjegati part-time huma
dawk l-impjegati, barra mill-mużiċisti part-time, li jaħdmu anqas
minn tletin siegħa f’xi ġimgħa waħda; u
(a) "mużiċist part-time" tfisser impjegat li mhuwiex
mużiċist whole-time; u
(b) "mużiċist whole-time" tfisser impjegat li jaħdem bħala
mużiċist f’lukanda għal erbgħa u għoxrin siegħa jew
aktar, mifruxa fuq perijodu ta’ mhux anqas minn erbat
ijiem, f’kull ġimgħa ma’ l-istess prinċipal.
PARTI II
Applikazzjoni tal-
Parti II
9. Din il-Parti ta’ l-Iskeda tapplika għall-impjegati f’każini.
Sigħat ta’ xogħol. 10. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafi 11 u 12 ta’
din l-Iskeda, l-anqas kumpens fil-ġimgħa għall-impjegati kollha
whole-time, għandu jkun relattiv għal ġimgħa ta’ mhux aktar minn:
(a) erbgħin siegħa fil-każ ta’ ħaddiema minbarra
għassiesa;
(b) sittin siegħa fil-każ ta’ għassiesa.
L-anqas kumpens. 11. (1) L-anqas kumpens fil-ġimgħa li jitħallas lill-impjegati
whole-time f’każini (barra minn għassiesa), ta’ l-età  speċifikata fil-
Kolonna 1 tat-Tabella ta’ hawn taħt għandu jkun ir-rata xierqa
murija fil-Kolonna 2 tagħha:
(2) L-anqas kumpens fil-ġimgħa li jitħallas lil għassiesa fil-
każini jkun dan li ġej:
(a) dawk li xogħolhom huwa prinċipalment ġewwa
................................................................. Lm32.88;
(b) dawk li xogħolhom huwa prinċipalment barra
................................................................. Lm33.88.
L-anqas rati ta’ 
sahra.
12. L-impjegati kollha whole-time jkollhom dritt għal kumpens
ta’ sahra kif ġej:
(a) għall-ħin kollu li jinħadem, li jeċċedi sitt sigħat u tliet
kwarti .............................................. ħin u nofs;
(b) għall-ħin kollu li jinħadem, li jeċċedi erbgħin siegħa
f’kull ġimgħa, eskluż kull ħin li jitħallas bir-rata ta’
sahra ...................................................... ħin u nofs;
(ċ) għall-ħin kollu li jinħadem fil-ġurnata ta’ mistrieħ fil-
ġimgħa ............................................. ħin doppju;
Kolonna 1 Kolonna 2
Età rata fil-ġimgħa
Taħt is-17-il sena Lm29.13
Ta’ 17-il sena Lm30.24
Ta’ 18-il sena u aktar Lm32.88.
KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-LUKANDI U KAŻINI 
BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.66 5
(d) fil-każ ta’ għassiesa:
(i) għall-ħin kollu li jinħadem ’il fuq minn għaxar
sigħat f’kull ġurnata waħda ........... ħin u nofs;
(ii) għall-ħin kollu li jinħadem f’kull ġurnata ta’
mistrieħ u vaganza tas-soltu .......... ħin doppju:
Iżda -
(i) id-Direttur jista’ jawtorizza bil-miktub prinċipal
biex iħallas sahra lil impjegat speċifikat jew
grupp ta’ mpjegati speċifikati dwar biss is-sigħat
ta’ xogħol li jeċċedu l-medja ta’ erbgħin siegħa
fil-ġimgħa kalkolati fuq dak in-numru ta’
ġimgħat konsekuttivi kif id-Direttur jidhirlu
xieraq, u f’dak il-każ id-disposizzjonijiet tas-
sub-paragrafu (a) ta’ dan il-paragrafu ma
japplikawx;
(ii) is-sigħat ta’ xogħol relattivament għal impjegat
wieħed li jagħmilha ta’ night porter f’xi ġurnata
fi stabbiliment wieħed għandhom jinkludu biss
nofs il-ħin inkluż fil-perijodu ta’ rqad.
Impjegati part-
time.
13. Għall-finijiet ta’ din il-Parti ta’ l-Iskeda "impjegat part-
time" tfisser impjegat -
(a) li l-perijodu ta’ impieg tiegħu bejn it-Tnejn u l-
Ġimgħa f’xi ġimgħa waħda jkun għal kollox fil-
perijodu bejn il-5.00 p.m. u l-11.00 p.m., kemm jekk
dik il-persuna taħdem is-Sibt u l-Ħadd kif ukoll jekk le
u taħdem għal anqas minn tletin siegħa f’ġimgħa
waħda; jew
(b) li l-perijodu ta’ impieg tiegħu bejn it-Tnejn u l-
Ġimgħa f’xi ġimgħa ma jkunx għal kollox fil-perijodu
bejn il-5.00 p.m. u l-11.00 p.m. u li jaħdem għal anqas
minn tletin siegħa f’ġimgħa waħda biss; jew
(ċ) li jkun impjegat f’każin fejn hemm provdut alloġġ għal
persuni li ma jkunux impjegati, u li jaħdem għal anqas
minn tletin siegħa f’xi ġimgħa waħda.
L-anqas kumpens 
għal impjegati 
part-time.
14. L-anqas rimunerazzjoni li għandha titħallas lill-impjegati
part-time fil-kategoriji speċifikati fil-paragrafu 11 ta’ din l-Iskeda
għandha tkun pro rata ta’ kull siegħa li tinħadem billi jiġi diviż l-
ammont li jidher għal kull kategorija, bin-numru ta’ sigħat fil-
ġimgħa għall-kategorija relattiva.
Shift maqsum.
ikunu ntitolati għal ħlas addizjonali ta’ 50ċ għal kull ġurnata li
jaħdmu b’din is-sistema.
PARTI III
Applikazzjoni tal-
Parti III.
16. Din il-Parti ta’ l-Iskeda tapplika għall-impjegati kollha fi
ħwienet tal-kafè , bars, u ristoranti.
Tifsir.
ma teħtiegx xort’oħra -
6 L.S.452.66 ħ
KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-LUKANDI U KAŻINI 
BIEX JIRREGOLA L-PAGI
"nofs ta’ nhar" tfisser perijodu ta’ tnax-il siegħa konsekuttivi li
jispiċċaw fis-1.00 p.m. jew fis-1.00 a.m., ħlief fil-każ ta’ ħwienet
tax-xorb jew ristoranti fejn jispiċċa fis-2.00 p.m. jew fis-2.00 a.m.
rispettivament;
"ristorant" tfisser stabbiliment fejn ikliet jiġu ippreparati fil-post
għall-konsum mill-parruċċani;
"impjegat part-time" tfisser impjegat li ma jkunx impjegat
whole-time;
"impjegat whole-time" tfisser impjegat li jaħdem iżjed minn
għoxrin siegħa f’ġimgħa.
Ħinijiet tax-
xogħol.
18. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 22 ta’ din l-
Iskeda, l-inqas rimunerazzjoni fil-ġimgħa, li titħallas lill-impjegati
whole-time, barra minn għassiesa, għandha tkun relattiva għal
ġimgħa ta’ mhux iżjed minn erbgħin siegħa xogħol, u, fil-każ ta’
għassiesa, għal ġimgħa ta’ mhux iżjed minn sittin siegħa xogħol.
L-inqas 
rimunerazzjoni li 
titħallas lill-
impjegati whole-
time.
19. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 18 ta’ din l-
Iskeda l-inqas rimunerazzjoni fil-ġimgħa li titħallas lill-impjegati
whole-time tkun kif ġej:
(a) impjegati whole-time f’ristoranti, barra minn
għassiesa, ta’ l-età  speċifikata fil-Kolonna 1 tat-
Tabella li taħbat minnufih wara dan ikunu intitolati
għar-rata xierqa ta’ rimunerazzjoni murija fil-Kolonna
2 tagħha:
L-inqas rimunerazzjoni
Impjegati whole-time f’ristoranti -
Iżda l-prinċipal ikollu dritt li jnaqqas 10ċ mir-rata murija
fil-Kolonna 2 tat-tabella ta’ qabel għal kull ġurnata li fiha huwa bi
ftehim ma’ l-impjegat, jipprovdi ikla waħda prinċipali lill-
impjegat;
(b) l-impjegati kollha whole-time barra minn għassiesa,
jew impjegati f’ristoranti, li għalihom tapplika din l-
Iskeda, ta’ l-età  speċifikata fil-Kolonna 1 tat-tabella li
taħbat minnufih wara dan, ikunu intitolati għar-rata
xierqa ta’ rimunerazzjoni murija fil-Kolonna 2 tagħha:
L-inqas rimunerazzjoni
Impjegati whole-time (barra minn għassiesa) fi stabbilimenti li
ma humiex f’ristoranti:-
Kolonna 1 Kolonna 2
Ta’ 16-il sena Lm29.13
Ta’ 17-il sena Lm30.24
Ta’ 18-il sena u fuqhom Lm33.38:
Kolonna 1 Kolonna 2
Ta’ 16-il sena Lm29.13
Ta’ 17-il sena Lm30.24
KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-LUKANDI U KAŻINI 
BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.66 7
(ċ) l-għassiesa għandhom jitħallsu kif ġej:
(i) għassiesa li x-xogħol tagħhom ikun
prinċipalment ġewwa ...................... Lm33.38;
(ii) għassiesa li x-xogħol tagħhom ikun
prinċipalment barra ......................... Lm34.38.
L-inqas ħin ta’ 
mistrieħ kull jum.
20. L-impjegati kollha whole-time jkollhom intervalli ta’ mhux
inqas minn siegħa b’kollox, għall-ikel u għall-mistrieħ kuljum.
L-inqas mistrieħ 
ta’ kull ġimgħa.
21. L-impjegati kollha whole-time jingħataw ġurnata ta’
mistrieħ f’kull perijodu ta’ sebat ijiem konsekuttivi:
Iżda dan il-paragrafu ma japplikax dwar xi ġimgħa li fiha
impjegat ikun impjegat f’nhar ta’ Ħadd, jew f’vaganza tas-soltu u
jitħallas b’ħin doppju skond id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 22
ta’ din l-Iskeda.
L-inqas rati ta’ 
sahra.
22. L-impjegati whole-time jkunu intitolati għal
rimunerazzjoni ta’ sahra kif ġej:
(a) għas-sigħat kollha ta’ xogħol li jkunu iktar minn tmien
sigħat f’kull ġurnata mit-Tnejn sas-Sibt
............................................................... ħin u nofs;
(b) għas-sigħat kollha ta’ xogħol fil-Ħdud u fil-vaganzi
tas-soltu ................................................ ħin doppju;
(ċ) għas-sigħat kollha tax-xogħol f’kull ġimgħa kalendarja
li jkunu iżjed min-numru ta’ sigħat ta’ xogħol li ma
jkunux aktar minn erbgħin, stipulati fil-kuntratt tas-
servizz, mhux magħdud f’dan in-numru-
(i) il-ħin kollu mħallas skond id-disposizzjonijiet
ta’ qabel ta’ dan il-paragrafu, u
(ii) in-numru ta’ sigħat li matulhom impjegat ikun
bil-vaganzi, leave għal mard jew nieqes minn
fuq xogħol bla rimunerazzjoni b’massimu ta’
seba’ sigħat dwar kull ġurnata sħiħa
...................................................... ħin u nofs:
Iżda d-Direttur tax-Xogħol jista’ jawtorizza bil-
miktub lill-prinċipal biex iħallas sahra lill-impjegati
speċifikati jew lill-grupppi ta’ mpjegati dwar is-sigħat
ta’ xogħol biss li jkunu iżjed minn ġimgħa medja tan-
numru ta’ sigħat ta’ xogħol, li ma jkunux aktar minn
erbgħin, stipulati fil-kuntratt tas-servizz, kalkolata fuq
dak in-numru ta’ ġimgħat konsekuttivi kif id-Direttur
jidhirlu xieraq; u f’dak il-każ id-disposizzjonijiet tal-
partita (a) ta’ dan il-paragrafu ma japplikawx;
(d) (i) għas-sigħat kollha ta’ xogħol minn għassiesa li
jkunu iżjed minn għaxar sigħat kull jum jew li
jkunu iżjed minn sittin siegħa f’perijodu ta’ sitt
ijiem konsekuttivi .................... ħin u nofs;
(ii) għas-sigħat kollha ta’ xogħol minn għassiesa fis-
seba’ jum (ġurnata ta’ mistrieħ)
..................................................... ħin doppju.
Ta’ 18-il sena u fuqhom Lm33.38;
8 L.S.452.66 ħ
KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-LUKANDI U KAŻINI 
BIEX JIRREGOLA L-PAGI
Leave għal mard.
Kap. 318.
23. Wara li jagħmlu l-ewwel sitt xhur ta’ mpieg, l-impjegati
whole-time jkollhom dritt għal ħmistax-il ġurnata leave għal mard
b’paga sħiħa nieqes kull benefiċċju għal mard li għalih huma
jistgħu jkunu intitolati skond l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali, u għal
sitta u tletin ġurnata oħra b’nofs paga f’kull sena kalendarja:
Iżda ċertifikat tat-tabib li juri nkapaċità  għax-xogħol għall-
perijodu tan-nuqqas għandu jingħata lill-prinċipal.
L-inqas 
rimunerazzjoni li 
titħallas lill-
impjegati part-
time.
24. (1) L-inqas rimunerazzjoni li titħallas lill-impjegati part-
time għandha tkun din li ġejja:
minn nhar ta’ Tnejn sa nhar ta’ Sibt ...... Lm1.31,8 kull siegħa;
Ħdud u vaganzi tas-soltu ....................... Lm2.06,8 kull siegħa.
(2) Meta l-Gvern jagħti lill-impjegati whole-time tiegħu kollha
żieda ġenerali fil-pagi u dik iż-żieda tiġi dikjarata mill-Ministru
responsabbli għax-xogħol b’avviż fil-Gazzetta biex tkun tapplika in
ġenerali għall-impjegati whole-time kollha, ir-rati msemmija fis-
sub-paragrafu (1) ta’ dan il-paragrafu jiżdiedu proporzjonalment
billi tiġi diviża r-rata fil-ġimgħa applikabbli għall-impjegati whole-
time ta’ l-istess kategorija b’sittin fil-każ ta’ għassiesa u b’erbgħin
fil-każ ta’ impjegati oħra.
(3) Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu "impjegat part-time"
tfisser kull impjegat -
(a) li ma jkunx impjegat għal aktar minn għoxrin siegħa
f’xi ġimgħa;
(b) li s-sigħat ta’ xogħol f’xi ġurnata ma jkunux aktar
minn erba’ sigħat konsekuttivi f’perijodu ta’ mhux
aktar minn nofs ta’ nhar; u
(ċ) li jkun impjegat għal sigħat stabbiliti.
PARTI IV
Applikazzjoni tal-
Parti IV.
25. Din il-Parti ta’ l-Iskeda tapplika għall-impjegati kollha
f’lukandi, każini, guest houses, kumplessi għall-btala, villaġġi
turistiċi u appartamenti għall-btala li jkollhom liċenza.
Tifsir. 26. F’din il-Parti ta’ l-Iskeda, kemm-il darba r-rabta tal-kliem
ma teħtieġx xort’oħra -
"xogħol ta’ manutenzjoni" tfisser dak ix-xogħol li għandu
x’jaqsam mal-manutenzjoni u tħaddim ta’ lukanda bħalma jsir
normalment minn fitters, plumbers, mastrudaxxi, żebbiegħa,
kaħħala, electricians u handy-men, u tinkludi kull xogħol magħmul
f’power house jew boiler room;
"perijodu ta’ mpieg" tfisser il-ħin f’kull ġurnata li matulu l-
impjegati jkunu għad-disposizzjoni tal-prinċipal, iżda inklużi l-
intervalli permessi għall-ikel u għall-mistrieħ;
"perijodu ta’ rqad" tfisser perijodu li ma jeċċedix sitt sigħat
konsekuttivi stabbiliti mill-prinċipal, li matulhom impjegat whole-
time li jagħmilha ta’ night porter ikun provdut b’kumdità  xierqa
għall-irqad, ikun jista’ jorqod, iżda jkun meħtieġ ukoll jagħti
servizz kull tant;
KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-LUKANDI U KAŻINI 
BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.66 9
"impjegat whole-time" tfisser impjegat li skond id-
disposizzjonijiet ta’ din l-Iskeda ma jkunx impjegat part-time.
L-anqas ħin ta’ 
mistrieħ fil-
ġimgħa.
27. L-impjegati whole-time kollha għandu jkollhom ġurnata
sħiħa vaganza f’kull ġimgħa bħala l-ġurnata tal-mistrieħ tal-
ġimgħa.
Leave għal mard.
Kap. 318.
28. (1) L-impjegati whole-time jkollhom dritt għal tmintax-il
ġurnata leave għal mard b’paga sħiħa f’kull sena kalendarja nieqes
kull benefiċċju għal mard illi għalih huma jista’ jkollhom dritt,
skond l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali:
Iżda għandu jiġi ppreżentat lill-prinċipal ċertifikat tat-tabib
li jiċċertifika inkapaċità  għax-xogħol li jkopri l-perijodu ta’
nuqqas.
(2) Impjegati whole-time li jaħdmu għal anqas minn sena
jkunu ntitolati għal leave għal mard bi ħlas fi proporzjon tan-numru
ta’ xhur fl-impieg.
Ħin tax-xogħol.
tkun tgħodd għalih għall-ħin kollu li matulu jkun qiegħed fl-imkien
tal-prinċipal tiegħu jew f’kull imkien ieħor li għandu x’jaqsam ma’
l-impieg tiegħu ħlief jekk ikun qiegħed hemm f’xi waħda minn
dawn iċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a) mingħajr il-kunsens tal-prinċipal, espress jew taċitu;
(b) għal xi għan li ma għandux x’jaqsam max-xogħol
tiegħu u li ma jkunx wieħed ta’ stennija għal xogħol
biex jinħadem;
(ċ) biss minħabba fil-fatt li jkun residenti f’dak l-imkiem;
(d) matul kull waqfien rikonoxxut għal ikliet u mistrieħ, u
ma jkunx qiegħed jistenna li jingħata xogħol biex
jinħadem.
PARTI V
Applikazzjoni tal-
Parti V.
30. Din il-Parti ta’ l-Iskeda tapplika għall-impjegati kollha
f’lukandi, każini, guest houses, kumplessi għall-btala, villaġġi
turistiċi u appartamenti għall-btala li jkollhom liċenza, ħwienet tal-
kafè , bars u ristoranti.
Tifsir.
ma teħtieġx xort’oħra -
Kap. 252.
"vaganzi tas-soltu" tfisser il-ġranet (barra mill-Ħdud) dikjarati
għal dak iż-żmien bħala btajjel pubbliċi bi jew taħt l-Att dwar il-
Festi Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi oħra;
"sigħat ta’ xogħol" tfisser il-ħin f’kull ġurnata li matulu l-
impjegati jkunu għad-disposizzjoni tal-prinċipal, barra mill-
intervalli permessi għall-ikel u għall-mistrieħ;
"ikla prinċipali" tfisser ikla ta’ nofs in-nhar jew ikla ta’
filgħaxija u kolazzjon jew tè ;
"ħin u nofs" u "ħin doppju" jfissru rispettivament darba u nofs u
d-doppju tar-rata attwali li tapplika għall-impjegat bħal li kieku
ebda ikliet, fejn dan jgħodd, ma ġew provduti;
10 L.S.452.66 ħ
KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-LUKANDI U KAŻINI 
BIEX JIRREGOLA L-PAGI
"pagi" tfisser il-ħlas jew qligħ li jitħallas bi flus minn prinċipal
lil impjegat;
"ġimgħa" tfisser ġimgħa kalendarja;
"ġurnata ta’ mistrieħ fil-ġimgħa" tfisser perijodu ta’ erbgħa u
għoxrin siegħa konsekuttivi li jibdew mill-ħin li fih l-impjegat
normalment jibda x-xogħol tiegħu.
Vaganzi. 32. (1) Minbarra l-inqas ħin ta’ mistrieħ fil-ġimgħa li għalih
impjegati whole-time ikunu intitolati, impjegati whole-time ikunu
intitolati għall-festi nazzjonali u għall-btajjel pubbliċi kollha
b’paga sħiħa, u għall-vaganzi li ġejjin li ma għandhomx ikunu
inqas minn -
(a) erba’ ġimgħat ta’ xogħol u jum ta’ xogħol matul kull
waħda mis-snin kalendarji 1988 u 1989;
(b) erba’ ġimgħat ta’ xogħol u jumejn ta’ xogħol matul is-
sena kalendarja 1990;
(ċ) erba’ ġimgħat ta’ xogħol u tliet ijiem ta’ xogħol matul
is-sena kalendarja 1991; u
(d) erba’ ġimgħat ta’ xogħol u erbat ijiem ta’ xogħol matul
is-sena kalendarja 1992 u matul kull sena oħra
kalendarja li tiġi wara:
Iżda meta impjegat whole-time ikun impjegat għal inqas
minn tnax-il xahar matul xi sena kalendarja, huwa jkun intitolat
għal dik il-parti tal-vaganzi msemmija li tkun fi proporzjon man-
numru ta’ xhur li jkun ilu fl-impieg.
(2) Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu "vaganzi" tfisser vaganzi
bil-ħlas li jistgħu jittieħdu fi ġranet miftehmin bejn il-prinċipal u l-
impjegat, iżda ġurnata vaganza matul kull waħda mis-snin
kalendarji 1988 u 1989, jumejn vaganzi matul l-1990, tliet ijiem
vaganzi matul l-1991, u erbat ijiem vaganzi matul l-1992, u matul
kull sena kalendarja li tiġi wara ma għandhomx jiffurmaw parti
minn xi shutdown u għandhom jingħataw mill-prinċipal bħala leave
li jittieħed b’għażla b’żieda ma’ kull leave li jittieħed b’għażla li l-
impjegat seta’ kien intitolat għalih fid-9 ta’ Novembru, 1988.
Leave għal luttu. 33. L-impjegati whole-time ikollhom jumejn leave bi ħlas fil-
każ tal-mewt ta’ xi wieħed jew waħda minn dawn il-qraba li ġejjin:
il-mara, ir-raġel, l-omm, il-missier, (jew il-persuna li f’dak iż-
żmien kienet fil-fatt qegħda tagħmilha bħala omm jew missier l-
impjegat), iben, bint, u ħu jew oħt l-impjegat.
Leave speċjali. 34. Impjegat whole-time ikollu tliet ijiem leave bil-paga fl-
okkażjoni taż-żwieġ tiegħu jew tagħha, u ġurnata leave fl-
okkażjoni tat-twelid ta’ tarbija lil mart l-impjegat.
Leave għal 
korriment.
Kap. 318.
35. Impjegat whole-time ikun intitolat għal sa sena leave
b’paga sħiħa f’każ ta’ korriment nieqes l-ammont kollu ta’ kull
benefiċċju għal korriment li jista’ jkun intitolat għalih skond l-Att
dwar is-Sigurtà  Soċjali, jekk huwa jkorri waqt il-qadi attwali ta’
dmirijietu u mhux bi traskuraġni min-naħa tiegħu jew bi ksur tar-
regoli ta’ ħarsien mill-periklu stabbiliti mill-management.
Leave għal ġurati. 36. Impjegati whole-time li jiġu msejħa biex iservu ta’ ġurati
KUNSILL TAL-PAGI GĦALL-LUKANDI U KAŻINI 
BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.66 11
jkollhom leave għall-ħin kollu li jkun meħtieġ b’paga sħiħa sabiex
ikunu jistgħu jattendu dak is-servizz fil-Qorti.
Tips.
każ jinkludu xi tips maqlugħa mill-impjegati fil-kors tax-xogħol
tagħhom.
Età  ta’ rtirar mix-
xogħol.
38. F’każi fejn impjegat raġel huwa mistenni li jirtira mix-
xogħol fl-età  ta’ sittin sena, impjegat bħal dan għandu jingħata l-
opportunità  minn min iħaddmu biex jibqa’ fl-impieg tiegħu ’l fuq
minn din l-età  u ta’ l-anqas sakemm jilħaq l-età  ta’ wieħed u sittin
sena, iżda l-impjegat konċernat xorta għandu jitħalla, jekk huwa
jkun irid, li jirtira fl-età  ta’ sittin sena.
NOTA TA’ TIFSIR
(Din in-nota mhix parti mill-Ordni iżda hija maħsuba biex turi l-
appikabilità  tiegħu).
Id-disposizzjonijiet fl-Iskeda ta’ hawn fuq japplikaw għall-
persuni kollha impjegati f’lukandi, guest houses, kumplessi għall-
btala jew villaġġi turistiċi, appartamenti għall-btala li jkollhom
liċenza, każini, ħwienet tal-kafè , bars u ristoranti.
Lukandi jinkludu kull bar, ristorant, jew ħanut immexxi
direttament mill-management ta’ lukanda bħala parti mill-lukanda.
Każini jinkludu kull bar, ristorant jew ħanut sew jekk immexxi
direttament mill-management ta’ każin, jew jekk mogħti b’kuntratt,
sabiex jiżdiedu l-amenitajiet tal-każin.
Il-frażijiet "guest houses", "kumplessi għall-btala jew villaġġi
turistiċi", u "appartamenti għall-vaganzi li jkollhom liċenza"
għandhom l-istess tifsir kif mogħti lilhom bl-Att dwar is-Servizzi
ta’ l-Ivvjaġġar u tat-Turiżmu għal Malta.
