KUNSILL TAL-PAGI DWAR L-INDUSTRIJI 
TAL-MANIFATTURA TA’ L-IKEL BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.67 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.67
ORDNI TAL-KUNSILL TAL-PAGI
DWAR L-INDUSTRIJI TAL-MANIFATTURA 
TA’ L-IKEL BIEX JIRREGOLA L-PAGI
20 ta’ Mejju, 1991
L-AVVIŻ LEGALI 68 ta’ l-1991.
Titolu.
l-Industriji tal-Manifattura ta’ l-Ikel biex jirregola l-Pagi.
Applikazzjoni ta’ l-
Ordni.
2. Id-disposizzjonijiet murija fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-
Ordni għandhom japplikaw għall-impjegati kollha li dwarhom il-
Kunsill tal-Pagi dwar l-Industriji tal-Manifattura ta’ l-Ikel jaħdem.
SKEDA
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
Kap. 252.
"vaganzi tas-soltu" tfisser il-ġranet (barra mill-Ħdud) iddikjarati
għal dak iż-żmien bħala btajjel pubbliċi skond jew taħt l-Att dwar
il-Jum Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi oħra;
"ġurnata" tfisser perijodu li jibda minn nofs il-lejl ta’ ġurnata sa
nofs il-lejl tal-ġurnata ta’ wara;
"nofs ta’ nhar" tfisser perijodu ta’ tnax-il siegħa konsekuttivi li
jibda jew jispiċċa fis-1.00 p.m. jew fis-1.00 a.m.;
"ħinijiet ta’ xogħol" tfisser il-ħin f’kull ġurnata li matulu 1-
impjegati jkunu għad-disposizzjoni tal-prinċipal, minbarra l-
intervalli permessi għall-ikel u għall-mistrieħ;
"ħin normali" u "ħin u nofs" u "ħin doppju" ifissru rispettivament
darba, darba u nofs u darbtejn l-anqas rata ta’ ħin li tapplika għall-
impjegat;
"impjegat part-time" tfisser impjegat li ma jkunx impjegat
whole-time;
"perijodu ta’ mpieg" tfisser il-ħin f’kull ġurnata li matulu l-
impjegati jkunu għad-disposizzjoni tal-prinċipal, iżda magħduda l-
intervalli permessi għall-ikel u għall-mistrieħ;
"paga" tfisser kumpens jew qligħ li jitħallas bi flus minn
prinċipal lil impjegat;
"ġimgħa" tfisser ġimgħa kalendarja;
"ġurnata ta’ mistrieħ fil-ġimgħa" tfisser perijodu ta’ erbgħa u
għoxrin siegħa konsekuttivi, li jibda fil-ħin li fih l-impjegat
normalment jibda t-turn tiegħu ta’ xogħol;
"impjegat whole-time" tfisser impjegat -
(a) li jkun impjegat għal aktar minn tletin siegħa f’xi
2 L.S.452.67 ħ
KUNSILL TAL-PAGI DWAR L-INDUSTRIJI 
TAL-MANIFATTURA TA’ L-IKEL BIEX JIRREGOLA L-
PAGI
ġimgħa waħda; u
(b) li s-sigħat tax-xogħol tiegħu jkunu mqassma f’perijodu
ta’ aktar minn nofs ta’ nhar f’xi ġurnata.
Ħinijiet tax-
xogħol.
2. (1) L-anqas remunerazzjoni li għandha titħallas fil-ġimgħa
għandha tkun relatata għal ġimgħa ta’ mhux aktar minn erbgħin
siegħa xogħol fil-każ tal-ħaddiema whole-time kollha, barra minn
għassiesa.
(2) L-anqas remunerazzjoni li għandha titħallas fil-ġimgħa fil-
każ ta’ għassiesa għandha tkun relatata għal ġimgħa ta’ mhux aktar
minn erbgħa w ħamsin siegħa xogħol, inklużi l-intervalli permessi
għall-ikel fuq il-post.
L-inqas paga ta’ 
mpjegati whole-
time.
3. (1) L-inqas pagi fil-ġimgħa li għandhom jitħallsu lill-
impjegati whole-time, barra minn għassiesa, għandhom ikunu kif
ġej:
ta’ 18-il sena jew fuqhom ....................... Lm34.13ċ;
ta’ 17-il sena .......................................... Lm31.93ċ;
ta’ 16-il sena .......................................... Lm31.00ċ.
(2) (a) Għassiesa li d-dmirijiet tagħhom ikunu prinċipalment
ġewwa għandhom jitħallsu l-anqas paga fil-ġimgħa ta’
Lm34.13ċ; u
(b) Għassiesa li d-dmirijiet tagħhom ikunu prinċipalment
barra għandhom jitħallsu l-anqas paga fil-ġimgħa ta’
Lm35.13ċ.
L-inqas paga ta’ 
mpjegati part-time.
4. Impjegati part-time għandhom jitħallsu l-inqas rata fis-
siegħa kalkolata pro rata skond id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 2
u 3 ta’ din l-Iskeda.
L-inqas mistrieħ 
ta’ kuljum.
5. L-impjegati whole-time, minbarra l-għassiesa, ikollhom
permess għall-intervalli għall-ikel u mistrieħ ta’ mhux inqas,
b’kollox, minn siegħa kuljum:
Iżda -
(a) bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu (b) ta’
dan il-proviso, l-intervall jew intervalli għandhom
jingħataw wara l-ewwel jew qabel l-aħħar siegħa tal-
perijodu ta’ l-impieg; u
(b) meta l-aħħar nofs siegħa tal-perijodu ta’ l-impieg tkun
permessa bħala nofs siegħa ta’ mistrieħ, l-impjegat
ikun intitolat li jħalli l-post tax-xogħol malli tibda dik
in-nofs siegħa.
L-inqas mistrieħ 
fil-ġimgħa.
6. L-impjegati whole-time kollha, barra minn għassiesa,
għandu jkollhom jumejn ta’ mistrieħ fil-ġimgħa. Għassiesa għandu
jkollhom ġurnata ta’ mistrieħ fil-ġimgħa:
Iżda d-Direttur tax-Xogħol jista’, meta jidhirlu li hu xieraq,
jagħti permess bil-miktub lill-prinċipal biex jagħti lil dawk l-
impjegati żewġ nofs ta’ nhari li jispiċċaw jew jibdew f’nofs in-
nhar, bħala waħda mill-jumejn mistrieħ fil-ġimgħa.
L-inqas rata ta’ 
sahra.
7. (1) Xogħol fil-vaganzi tas-soltu għandu jitħallas b’ħin
doppju, jew b’ħin normali u ġurnata frank minflok, barra mill-
KUNSILL TAL-PAGI DWAR L-INDUSTRIJI 
TAL-MANIFATTURA TA’ L-IKEL BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.67 3
ġurnata jew ġranet ta’ mistrieħ.
(2) Impjegati whole-time, barra minn għassiesa, għandhom
jitħallsu rimunerazzjoni għal sahra kif ġej:
(a) għal xogħol ’il fuq minn erbgħin siegħa fil-ġimgħa
............................................................... ħin u nofs;
(b) għall-ħin kollu li jinħadem fl-ewwel ġurnata ta’
mistrieħ determinata minn qabel fil-ġimgħa
............................................................... ħin u nofs;
(ċ) għall-ħin kollu li jinħadem fit-tieni ġurnata ta’
mistrieħ determinata minn qabel fil-ġimgħa
.............................................................. ħin doppju.
(3) Għassiesa għandhom jitħallsu rimunerazzjoni għal sahra
kif ġej:
(a) għal xogħol ’il fuq minn disa’ sigħat kuljum jew
erbgħa u ħamsin siegħa fil-ġimgħa .......... ħin u nofs;
(b) għal xogħol fis-seba’ ġurnata (li tkun il-ġurnata ta’
mistrieħ fil-ġimgħa) .............................. ħin doppju.
Leave għal 
vaganza.
8. (1) B’żieda ma’ l-anqas mistrieħ fil-ġimgħa li jistgħu
jkunu ntitolati għalih impjegat whole-time skond il-paragrafu 6,
impjegati whole-time għandhom jedd għall-festi nazzjonali u għall-
btajjel pubbliċi kollha b’paga sħiħa, u għal dan il-leave għal
vaganza li ġej li ma jkunx inqas minn -
(a) erba’ ġimgħat tax-xogħol u jum wieħed tax-xogħol
matul is-snin kalendarji 1988 u 1989;
(b) erba’ ġimgħat tax-xogħol u jumejn tax-xogħol matul
is-sena kalendarja 1990;
(ċ) erba’ ġimgħat tax-xogħol u tliet ijiem tax-xogħol
matul is-sena kalendarja 1991;
(d) erba’ ġimgħat tax-xogħol u erbat ijiem tax-xogħol
matul is-sena kalendarja 1992 u matul kull sena oħra
kalendarja li tiġi wara:
Iżda meta impjegat whole-time ikun ilu mpjegat għal inqas
minn tnax-il xahar matul xi sena kalendarja, ikollu jedd għal dik il-
parti tal-leave għal vaganza imsemmi skond ma jkun il-proporzjon
tan-numru ta’ xhur li jkun ilu fl-impieg.
(2) Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu "leave għal vaganza"
tfisser leave bi ħlas li jista’ jittieħed f’jiem miftehmin bejn
prinċipal u mpjegat, b’dan illi jum wieħed leave għal vaganza
matul l-1988 u l-1989, jumejn leave għal vaganza matul l-1990,
tliet ijiem leave għal vaganza matul l-1991 u erbat ijiem leave
għall-vaganza matul l-1992 u matul kull sena oħra kalendarja li tiġi
wara ma jkunux jagħmlu parti minn xi shut-down u għandhom
jingħataw mill-prinċipal bħala leave li jittieħed b’għażla b’żieda
ma’ kull leave li jittieħed b’għażla li l-impjegat seta’ kellu jedd
għalih fid-9 ta’ Novembru, 1988.
4 L.S.452.67 ħ
KUNSILL TAL-PAGI DWAR L-INDUSTRIJI 
TAL-MANIFATTURA TA’ L-IKEL BIEX JIRREGOLA L-
PAGI
Leave għal mard.
Kap. 318.
9. (1) L-impjegati whole-time ikunu ntitolati għal tnax-il
ġurnata leave għal mard f’kull sena kalendarja b’paga sħiħa iżda
nieqes kull benefiċċju għall-mard li għalih huma jista’ jkollhom
dritt skond l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali; iżda ċertifikat tat-tabib li
jiċċertifika inkapaċità  għax-xogħol li jkopri l-perijodu ta’ assenza
għandu jiġi ippreżentat lill-prinċipal.
(2) Impjegati whole-time li jkun ilhom jaħdmu għal anqas
minn sena jkunu ntitolati għal-leave għall-mard bi ħlas fi
proporzjon għan-numru ta’ xhur ta’ mpieg.
Leave għal 
korriment.
Kap. 318.
10. Impjegat whole-time ikollu jedd għal leave għal korriment
b’paga sħiħa sa massimu ta’ sena, nieqes l-ammont sħiħ ta’ kull
benefiċċju li għalih dak l-impjegat jista’ jkollu jedd skond l-Att
dwar is-Sigurtà  Soċjali, jekk ikorri waqt il-qadi attwali ta’
dmirijietu u dak il-korriment ma jkunx minħabba xi negliġenza
kontributorja minn naħa tiegħu jew minħabba l-ksur minnu ta’ xi
regoli ta’ tħaris mill-periklu stabbiliti mill-management.
Leave għal luttu 11. Impjegati whole-time ikollhom jumejn leave bi ħlas fil-każ
tal-mewt ta’ xi wieħed jew waħda mill-qraba li ġejjin: il-mara jew
ir-raġel, il-missier jew l-omm (jew xi persuna li f’dak iż-żmien
kienet fil-fatt qiegħda tagħmilha bħala missier jew omm l-
impjegat), l-iben jew il-bint, u ħuh jew oħtu.
Leave għal twelid. 12. Impjegat whole-time ikollu leave ta’ ġurnata waħda bi ħlas
fil-każ tat-twelid ta’ tarbija lil martu.
Leave għal żwieġ. 13. Impjegat whole-time jingħata tliet ijiem leave b’paga sħiħa
fl-okkażjoni taż-żwieġ tiegħu.
Leave għal ġurat. l4. Impjegati whole-time li jissejjħu għal servizz bħala ġurati
jingħataw il-ħin kollu meħtieġ b’paga sħiħa sabiex ikunu jistgħu
jattendu għal dak is-servizz fil-Qorti.
Ħin ta’ stennija. 15. Impjegat għandu dritt għall-ħlas ta’ l-inqas paga
applikabbli għalih għall-ħin kollu li matulu jkun preżenti fil-post
tal-prinċipal tiegħu jew f’post ieħor ħlief meta huwa jkun preżenti
hemmhekk f’xi waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a) mingħajr il-kunsens tal-prinċipal, imfisser jew
mifhum;
(b) għal xi skop li m’għandux x’jaqsam max-xogħol
tiegħu u li ma jkunx dak li jistenna għax-xogħol li
għandu jingħata lilu biex jagħmel;
(ċ) għar-raġuni biss tal-fatt li huwa jirrisjedi hemmhekk;
(d) matul il-ħinijiet normali ta’ l-ikel, u ma jkunx qiegħed
jistenna għal xogħol biex jingħata lilu biex jagħmel.
Età  ta’ rtirar mix-
xogħol.
16. F’każ fejn impjegat raġel ikun mistenni li jirtira mix-
xogħol fl-età  ta’ sittin sena, impjegat bħal dan għandu jingħata l-
opportunità  minn min iħaddmu biex jibqa’ fl-impieg tiegħu ’l fuq
minn din l-età  u ta’ l-anqas sakemm jilħaq l-età  ta’ wieħed u sittin
sena, iżda l-impjegat konċernat xorta għandu jitħalla, jekk huwa
hekk ikun irid, li jirtira fl-età  ta’ sittin sena.
KUNSILL TAL-PAGI DWAR L-INDUSTRIJI 
TAL-MANIFATTURA TA’ L-IKEL BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.67 5
NOTA TA’ TIFSIR
(Din in-nota mhix parti mill-Ordni, iżda hija maħsuba biex turi l-
applikabilità  tiegħu).
L-ordni ta’ hawn fuq japplika għall-impjegati kollha f’xi
impriża, jew parti minn impriża, li l-attivitajiet tagħha jikkonsistu
għal kollox jew prinċipalment fil-manifattura ta’ oġġetti ta’ l-ikel
inklużi fran, fabbriki ta’ l-għaġin, fabbriki li jaħdmu l-ħelu u
fabbriki tal-ġelati u ta’ għalf bilanċjat u oġġetti oħra ta’ l-ikel
għall-konsum mill-annimali.
