KUNSILL TAL-PAGI DWAR L-INDUSTRIJA TAL-
MANIFATTURA TAT-TABAKK BIEX JIRREGOLA L-PAGI  ġ L.S.452.68 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.68
ORDNI TAL-KUNSILL TAL-PAGI
DWAR L-INDUSTRIJA TAL-MANIFATTURA 
TAT-TABAKK BIEX JIRREGOLA L-PAGI
17 ta’ Lulju, 1991
L-AVVIŻ LEGALI 115 ta’ l-1991.
Titolu.
l-Industrija tal-Manifattura tat-Tabakk biex jirregola l-Pagi.
Applikazzjoni ta’ l-
Ordni.
2. Id-disposizzjonijiet murija fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-
Ordni għandhom japplikaw għall-impjegati kollha li dwarhom il-
Kunsill tal-Pagi dwar l-Industrija tal-Manifattura tat-Tabakk
jaħdem.
SKEDA
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
Kap. 252.
"vaganzi tas-soltu" tfisser il-ġranet (barra mill-Ħdud) iddikjarati
għal dak iż-żmien bħala btajjel pubbliċi skond jew taħt l-Att dwar
il-Jum Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi oħra;
"sigħat ta’ xogħol" tfisser il-ħin f’kull ġurnata li matulu l-
impjegati jkunu għad-disposizzjoni tal-prinċipal, barra mill-
intervalli permessi għall-ikel u għall-mistrieħ;
"impjegat part-time" tfisser impjegat li mhux impjegat whole-
time;
"ħin u nofs" u "ħin doppju" ifissru rispettivament darba u nofs, u
darbtejn l-anqas rata ta’ ħin li tapplika għall-impjegat;
"paga" tfisser kumpens jew qligħ li jitħallas fi flus minn
prinċipal lil impjegat;
"impjegat whole-time" tfisser impjegat li jaħdem għal aktar minn
tletin siegħa f’ġimgħa.
Sigħat ta’ xogħol.
għassiesa ma għandhomx ikunu aktar minn erbgħin siegħa f’kull
ġimgħa:
Iżda bi ftehim bejn il-prinċipal u r-rappreżentanti
awtorizzati ta’ l-impjegati, in-numru totali ta’ sigħat maħduma
f’ġimgħa waħda jistgħu jiżdiedu jew jitnaqqsu b’mod illi n-numru
ta’ sigħat ma jaqbisx la l-massimu ta’ tnejn u erbgħin siegħa u nofs,
lanqas il-minimu ta’ ħamsa u tletin siegħa:
Iżda wkoll il-medja ta’ sigħat f’sena kalendarja sħiħa ma
tkunx aktar minn medja ta’ erbgħin siegħa fil-ġimgħa.
(2) Is-sigħat ta’ xogħol ta’ għassiesa whole-time ma
għandhomx ikunu aktar minn erbgħa u ħamsin siegħa f’kull ġimgħa
2 L.S.452.68 ħ
KUNSILL TAL-PAGI DWAR L-INDUSTRIJA TAL-
MANIFATTURA TAT-TABAKK BIEX JIRREGOLA L-PAGI 
ta’ sitt ijiem.
L-anqas 
rimunerazzjoni ta’ 
mpjegati whole-
time.
3. (1) L-anqas paga fil-ġimgħa li titħallas lill-impjegati
whole-time, kemm irġiel u kemm nisa, minbarra għassiesa, għandha
tkun kif ġej:
ta’ 18-il sena jew fuqhom ...................... Lm34.13,0;
ta’ 17-il sena ......................................... Lm31.22,0;
ta’ 16-il sena ......................................... Lm29.99,0.
(2) L-anqas paga għall-għassiesa għandha tkun:
Lm34.13 - għal għassiesa li l-ħidma tagħhom tkun
prinċipalment ġewwa;
Lm35.13 - għal għassiesa li l-ħidma tagħhom tkun
prinċipalment barra.
L-anqas 
rimunerazzjoni ta’ 
impjegati part-
time.
4. L-anqas rimunerazzjoni li titħallas lill-impjegati part-time
fil-kategoriji speċifikati fil-paragrafu 3 ta’ din l-Iskeda ma
għandhiex tkun ta’ inqas mir-rata proporzjonali ta’ l-inqas
rimunerazzjoni li titħallas lill-impjegati whole-time fl-istess
kategorija, maħduma fuq bażi ta’ ġimgħa ta’ erbgħa u tletin siegħa
fil-każ ta’ għassiesa u ta’ ġimgħa ta’ erbgħin siegħa fil-każ ta’
mpjegati oħra.
Rati ta’ ħlas bl-
imqieta.
5. L-anqas qligħ ta’ mpjegati bl-imqieta, fil-ġimgħa jew parti
minnha, ma għandux ikun anqas minn l-anqas rimunerazzjoni li
kienet titħallas kieku l-impjegat kien imħaddem bil-ġurnata.
L-anqas ħin ta’ 
mistrieħ kuljum.
6. L-impjegati whole-time kollha, minbarra l-għassiesa,
għandu jkollhom intervalli għall-ikel u mistrieħ ta’ mhux anqas
b’kollox minn siegħa kuljum:
Iżda meta l-aħħar nofs siegħa tal-perijodu ta’ mpieg tkun
permessa bħala parti mis-siegħa ta’ mistrieħ, l-impjegat ikun
intitolat li jitlaq mill-post tax-xogħol hekk kif tibda dik in-nofs
siegħa.
L-anqas ħin ta’ 
mistrieħ fil-
ġimgħa.
7. L-impjegati whole-time kollha għandu jkollhom ġurnata
frank f’kull ġimgħa kalendarja.
Sahra. 8. (1) L-impjegati whole-time, minbarra l-għassiesa,
għandhom jitħallsu bir-rata ta’ ħin u nofs għal xogħol ta’ sahra fil-
ġranet tax-xogħol, u bir-rata ta’ ħin doppju għal xogħol nhar ta’
Ħadd u fil-festi.
(2) L-għassiesa għandhom jitħallsu bir-rata ta’ ħin u nofs għal
ħin ta’ xogħol ’il fuq minn erbgħa u ħamsin siegħa f’ġimgħa ta’ sitt
ijiem, u b’rata ta’ ħin doppju għal ħin kollu ta’ xogħol nhar ta’
Ħadd u fil-festi pubbliċi.
Leave għal 
vaganza.
9. (1) B’żieda ma’ l-anqas mistrieħ fil-ġimgħa li jistgħu
jkunu ntitolati għalih impjegati whole-time skond il-paragrafu 7,
impjegati whole-time għandhom jedd għall-festi nazzjonali u għall-
btajjel pubbliċi kollha b’paga sħiħa, u għal dan il-leave għal
vaganza li ġej li ma jkunx inqas minn -
(a) erba’ ġimgħat tax-xogħol u jum wieħed tax-xogħol
matul is-snin kalendarji 1988 u 1989;
KUNSILL TAL-PAGI DWAR L-INDUSTRIJA TAL-
MANIFATTURA TAT-TABAKK BIEX JIRREGOLA L-PAGI  ġ L.S.452.68 3
(b) erba’ ġimgħat tax-xogħol u jumejn tax-xogħol matul
is-sena kalendarja 1990;
(ċ) erba’ ġimgħat tax-xogħol u tliet ijiem tax-xogħol
matul is-sena kalendarja 1991;
(d) erba’ ġimgħat tax-xogħol u erbat ijiem tax-xogħol
matul is-sena kalendarja 1992 u matul kull sena oħra
kalendarja li tiġi wara:
Iżda meta mpjegat whole-time jkun ilu mpjegat għal inqas
minn tnax-il xahar matul xi sena kalendarja, jkollu jedd għal dik il-
parti tal-leave għal vaganza msemmi skond ma jkun il-proporzjon
tan-numru ta’ xhur li jkun ilu fl-impieg.
(2) Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu "leave għal vaganza"
tfisser leave bi ħlas li jista’ jittieħed f’jiem miftehmin bejn
prinċipal u mpjegat, b’dan illi jum wieħed leave għal vaganza
matul l-1988 u l-1989, jumejn leave għal vaganza matul l-1990,
tliet ijiem leave għal vaganza matul l-1991 u erbat ijiem leave
għall-vaganzi matul l-1992 u matul kull sena oħra kalendarja li tiġi
wara ma jkunux jagħmlu parti minn xi shut-down u għandhom
jingħataw mill-prinċipal bħala leave li jittieħed b’għażla b’żieda
ma’ kull leave li jittieħed b’għażla li l-impjegat seta’ kellu jedd
għalih fid-9 ta’ Novembru, 1988.
Leave għal mard.
(i) sitt ijiem b’paga sħiħa u sitt ijiem b’nofs paga leave
għal mard wara sitt xhur impieg;
Kap. 318.
(ii) tnax-il jum b’paga sħiħa u tnax-il jum b’nofs paga
leave għal mard wara tnax-il xahar impieg, f’kull sena
kalendarja, nieqes kull benefiċċju ta’ mard li għalih
huma jistgħu jkunu ntitolati skond l-Att dwar is-
Sigurtà  Soċjali b’dan li ċertifikat mediku li jiċċertifika
nkapaċità  għax-xogħol matul il-perijodu ta’ nuqqas
mix-xogħol jigi ppreżentat lill-prinċipal li jkollu d-
dritt, jekk ikun hekk jixtieq, li jibgħat lit-tabib tiegħu
biex jeżamina lill-impjegat; u
(iii) sena leave b’paga sħiħa f’każ ta’ korriment, nieqes il-
benefiċċju sħiħ tal-korriment li għalih jista’ jkollu dritt
skond l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali li, jekk ikorri waqt
il-qadi attwali ta’ dmirijietu u dak il-korriment ma
jkunx bi traskuraġni minn naħa tiegħu jew bi ksur
minnu ta’ regoli ta’ ħarsien mill-periklu stabbiliti mill-
management.
Leave speċjali.
bil-ħlas fl-okkażjoni tal-mewt ta’ xi ħadd minn dawn il-qraba li
ġejjin: il-mara, jew ir-raġel, il-missier jew l-omm (jew il-persuna li
dak iż-żmien kienet fil-fatt tagħmilha ta’ missier jew ta’ omm), bin
jew bint, u ħu jew oħt l-impjegat.
(2) Impjegati whole-time ikunu ntitolati għal ġurnata waħda
leave bil-ħlas fl-okkażjoni tat-twelid ta’ tarbija lill-mara ta’ l-
impjegat.
(3) Leave fl-okkażjoni tal-mewt jew tat-twelid ma tistax tiġi
mitluba, f’parti jew għal kollox, jekk dan jiġri meta l-impjegat ikun
4 L.S.452.68 ħ
KUNSILL TAL-PAGI DWAR L-INDUSTRIJA TAL-
MANIFATTURA TAT-TABAKK BIEX JIRREGOLA L-PAGI 
bil-vaganzi, jew nhar ta’ Ħadd jew f’vaganza tas-soltu.
(4) Impjegat whole-time jingħata tliet ijiem leave bi ħlas fl-
okkażjoni taż-żwieġ tiegħu.
(5) Impjegat whole-time li jiġi msejjaħ bħala ġurat jiġi mogħti
l-ħin kollu meħtieġ sabiex jagħti s-servizz tiegħu fil-Qorti mingħajr
ebda tnaqqis mill-paga.
Ħin ta’ stennija. 12. Impjegat ikun intitolat għall-paga li tmissu għall-ħin kollu
li matulu jkun preżenti fil-post tal-prinċipal tiegħu jew f’post ieħor,
ħlief jekk ikun hemm f’xi waħda minn dawn iċ-ċirkostanzi:
(a) mingħajr il-kunsens tal-prinċipal, imfisser jew
mifhum;
(b) għal xi skop li m’għandux x’jaqsam max-xogħol
tiegħu, ħlief li jkun qed jistenna biex jingħatalu xogħol
x’jagħmel;
(ċ) minħabba l-fatt biss li hu jirrisjedi hemmhekk; u
(d) matul il-ħinijiet normali ta’ l-ikel, u ma jkunx qiegħed
jistenna biex jingħatalu xogħol x’jagħmel.
Età  ta’ rtirar mix-
xogħol.
13. F’każijiet fejn impjegat raġel huwa mistenni li jirtira mix-
xogħol fl-età  ta’ sittin sena, impjegat bħal dan għandu jingħata l-
opportunità  minn min iħaddmu biex jibqa’ fl-impieg tiegħu ’l fuq
minn din l-età  u ta’ l-anqas sakemm jilħaq l-età  ta’ wieħed u sittin
sena, iżda l-impjegat konċernat xorta għandu jitħalla, jekk huwa
hekk ikun irid, li jirtira fl-età  ta’ sittin sena.
NOTA TA’ TIFSIR
(Din in-nota mhix parti mill-Iskeda iżda hija maħsuba biex turi l-
applikabilità  tagħha).
Id-disposizzjonijiet ta’ l-Iskeda ta’ hawn fuq japplikaw għall-
impjegati kollha f’kull impriża jew f’parti minn impriża, li l-
attivitajiet tagħha jikkonsistu għal kollox jew prinċipalment fil-
manifattura ta’ sigarri, sigaretti jew tabakk ta’ cheroots jew tal-pipa
jew tabakk ieħor, u kull għamla ta’ proċessar ta’ tabakk kemm bl-
idejn jew bil-makna.
