KUNSILL TAL-PAGI TA’ OĠĠETTI TAL-ĠILDA U 
ŻRABEN BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.69 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.69
ORDNI TAL-KUNSILL TAL-PAGI
TA’ OĠĠETTI TAL-ĠILDA U ŻRABEN 
BIEX JIRREGOLA L-PAGI
17 ta’ Lulju, 1991
L-AVVIŻ LEGALI 116 ta’ l-1991.
Titolu.
Oġġetti tal-Ġilda u Żraben biex jirregola l-Pagi.
Applikazzjoni ta’ l-
Ordni.
2. Id-disposizzjonijiet murija fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-
Ordni għandhom japplikaw għall-impjegati kollha li dwarhom il-
Kunsill tal-Pagi ta’ Oġġetti tal-Ġilda u Żraben jaħdem.
SKEDA
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
Kap. 252.
"vaganzi tas-soltu" tfisser il-ġranet (barra mill-Ħdud) iddikjarati
għal dak iż-żmien bħala btajjel pubbliċi skond jew taħt l-Att dwar
il-Jum Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi oħra;
"ġurnata" fil-kaz ta’ mpjegati bix-shift, tfisser perijodu ta’
erbgħa u għoxrin siegħa konsekuttivi; fil-każijiet l-oħra kollha,
tfisser perijodu li jibda minn nofs il-lejl ta’ ġurnata sa nofs il-lejl
tal-ġurnata ta’ wara;
"nofs ta’ nhar" tfisser perijodu ta’ tnax-il siegħa konsekuttivi li
jispiċċa fis-1.00 p.m. jew fis-1.00 a.m.;
"sigħat ta’ xogħol" tfisser il-ħin f’kull ġurnata li matulu l-
impjegati jkunu għad-disposizzjoni tal-prinċipal, esklużi l-
intervalli permessi għall-ikel u għall-mistrieħ;
"shift ta’ bil-lejl" tfisser kull perijodu ta’ mpieg li jinkludi kull
siegħa mill-10.00 p.m. ta’ ġurnata sas-6.00 a.m. tal-ġurnata ta’
wara;
"impjegat part-time" tfisser impjegat li mhux impjegat whole-
time;
"perijodu ta’ mpieg" tfisser il-ħin f’kull ġurnata li matulu l-
impjegati jkunu għad-disposizzjoni tal-prinċipal, imma nklużi l-
intervalli permessi għall-ikel u għall-mistrieħ;
"impjegat bix-shift" tfisser impjegat li jkun impjegat regolarment
fuq bażi ta’ ċiklu ta’ shift;
"ħin u nofs" u "ħin doppju" jfissru rispettivament darba u nofs u
darbtejn ir-rata minima tal-ħin applikabbli għall-impjegat;
"paga" tfisser rimunerazzjoni jew qligħ li jitħallas bi flus minn
prinċipal lil impjegat;
2 L.S.452.69 ħ
KUNSILL TAL-PAGI TA’ OĠĠETTI TAL-ĠILDA U 
ŻRABEN BIEX JIRREGOLA L-PAGI
"ġimgħa" tfisser ġimgħa kalendarja;
"ġurnata ta’ mistrieħ fil-ġimgħa" tfisser perijodu ta’ erbgħa u
għoxrin siegħa konsekuttivi li jibdew fil-ħin li fih l-impjegat
normalment jibda t-turn tiegħu ta’ xogħol;
"impjegat whole-time" tfisser impjegat -
(a) li jkun impjegat għal aktar minn tletin siegħa f’xi
ġimgħa, fil-każ ta’ mpjegati barra minn għassiesa, u
(b) li jkun impjegat għal aktar minn ħamsa u erbgħin
siegħa f’xi ġimgħa, fil-każ ta’ għassiesa.
Sigħat ta’ xogħol. 2. L-inqas pagi fil-ġimgħa għandhom ikunu relatati għal
ġimgħa ta’ mhux aktar minn -
(a) erbgħin siegħa xogħol fil-każ ta’ mpjegati whole-time
barra minn għassiesa; u
(b) tnejn u ħamsin siegħa xogħol fil-każ ta’ għassiesa.
L-anqas paga ta’ 
mpjegati whole-
time.
3. (1) L-inqas paga fil-ġimgħa li għandha titħalllas lill-
impjegati whole-time, irġiel u nisa, tkun din li ġejja:
(a) għassiesa li d-dmirijiet tagħhom isiru prinċipalment
ġewwa ..................................................... Lm34.13;
(b) għassiesa li d-dmirijiet tagħhom isiru prinċipalment
barra ........................................................ Lm35.13;
(ċ) impjegati oħra:
(i) ta’ 16-il sena ................................... Lm29.99;
(ii) ta’ 17-il sena ................................... Lm31.22;
(iii) ta’ 18-il sena jew fuqhom ................ Lm34.13.
(2) Fil-każ ta’ ħaddiema bix-shift, jekk kull shift ta’ ġimgħa
bil-lejl ma jkunx segwit minn żewġ shifts wara xulxin ta’ ġimgħa bi
nhar, kull shift ieħor jew shifts oħra ta’ ġimgħa bil-lejl jintitola lill-
impjegat għal rimunerazzjoni oħra li tammonta għal mhux anqas
minn kwart tar-rata normali tal-paga tiegħu.
L-anqas 
rimunerazzjoni ta’ 
mpjegati part-time.
4. Impjegati part-time għandhom jitħallsu pro rata b’rata fis-
siegħa ta’ mhux inqas minn dik applikabbli għall-impjegati whole-
time, jiġifieri, ir-rata xierqa fil-ġimgħa li tidher fil-paragrafu 3 ta
din l-Iskeda diviża b’erbgħin fil-każ ta’ mpjegati mhux għassiesa u
bi tnejn u ħamsin fil-każ ta’ għassiesa.
L-anqas mistrieħ 
ta’ kuljum.
5. L-impjegati whole-time, barra minn għassiesa, ikollhom
permess għall-intervalli għall-ikel u għall-mistrieħ ta’ mhux anqas,
b’kollox, minn siegħa kuljum:
Iżda -
(a) bla ħsara għad-disposizzjoni tal-paragrafu (b) ta’ dan
il-proviso, l-intervall jew intervalli għandhom
jingħataw wara l-ewwel u qabel l-aħħar siegħa tal-
perijodu ta’ l-impieg, u
(b) fejn l-aħħar nofs siegħa tal-perijodu ta’ mpieg tkun
permessa bħala nofs siegħa ta’ mistrieħ, l-impjegat
ikun intitolat li jħalli l-post tax-xogħol malli tibda dik
in-nofs siegħa.
KUNSILL TAL-PAGI TA’ OĠĠETTI TAL-ĠILDA U 
ŻRABEN BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.69 3
L-anqas mistrieħ 
fil-ġimgħa.
6. L-impjegati whole-time, barra l-għassiesa, jingħataw
jumejn ta’ mistrieħ fil-ġimgħa; għassiesa għandu jkollhom ġurnata
waħda ta’ mistrieħ: 
Iżda fejn sistema ta’ shift ma tħallix li jingħataw jumejn ta’
mistrieħ f’xi ġimgħa f’xi ċiklu, l-impjegati jingħataw ġurnata
waħda ta’ mistrieħ f’dik il-ġimgħa partikolari, u ġurnata oħra mill-
bqija tal-ġranet tax-xogħol tal-ġimgħa tiġi mħallsa bir-rata ta’ ħin u
nofs.
L-inqas rata għal 
sahra.
7. (1) Fil-każ ta’ mpjegati whole-time, barra għassiesa, is-
sahra għandha titħallas kif ġej: 
(a) għall-ħin kollu li jinħadem ’il fuq minn erbgħin siegħa
f’xi ġimgħa barra minn kull ħin li jitħallas bir-rata ta’
sahra ..................................... ħin u nofs;
(b) għall-ħin kollu li jinħadem ’il fuq minn tmien sigħat
kuljum f’xi ġurnata, u għall-ħin kollu maħdum fl-
ewwel ġurnata ta’ mistrieħ tal-ġimgħa determinata
minn qabel .............................................. ħin u nofs;
(ċ) għall-ħin kollu li jinħadem il-Ħadd jew it-tieni jew l-
unika ġurnata ta’ mistrieħ determinata minn qabel tal-
ġimgħa ............................................. ħin doppju;
(d) għall-ħin kollu li jinħadem f’vaganza tas-soltu barra
mir-rata normali ta’ kull siegħa .............. ħin doppju:
Iżda jekk vaganza tas-soltu tiġi l-Ħadd jew fil-ġurnata l-
oħra ta’ mistrieħ, is-sahra titħallas biss b’ħin doppju.
(2) Fil-każ ta’ għassiesa, is-sahra titħallas kif ġej:
(a) għall-ħin kollu li jinħadem ’il fuq minn tnejn u ħamsin
siegħa f’xi ġimgħa ta’ sitt ijiem konsekuttivi
............................................................... ħin u nofs;
(b) għall-ħin kollu li jinħadem ’il fuq minn disa’ sigħat
f’xi ġurnata ............................................ ħin u nofs.
(3) B’dak kollu li hemm fid-disposizzjonijiet tas-sub-
paragrafu ta’ qabel ta’ dan il-paragrafu -
(a) impjegati bix-shift ma jkunux intitolati għal ħin
maħdum f’shift normali l-Ħadd jew f’ġurnata ta’
mistrieħ;
(b) meta vaganza tas-soltu taħbat f’ġurnata tax-xogħol, is-
sahra maħduma titħallas lill-impjegati whole-time,
barra l-għassiesa, b’ħin u nofs għal xogħol ’il fuq minn
erbgħin siegħa f’ġimgħa, neqsin in-numru ta’ sigħat li
kienu normalment jinħadmu f’dik il-ġurnata minn dak
l-impjegat;
(ċ) fil-każ ta’ għassiesa, meta vaganza tas-soltu taħbat f’xi
ġimgħa bejn it-Tnejn u s-Sibt, is-sahra titħallas b’ħin u
nofs għal xogħol ’il fuq minn tnejn u ħamsin siegħa
f’dik il-ġimgħa.
Vaganzi.
jkunu intitolati għalih impjegati whole-time skond il-paragrafu 6,
impjegati whole-time għandhom jedd għall-festi nazzjonali u għall-
4 L.S.452.69 ħ
KUNSILL TAL-PAGI TA’ OĠĠETTI TAL-ĠILDA U 
ŻRABEN BIEX JIRREGOLA L-PAGI
btajjel pubbliċi kollha b’paga sħiħa, u għal dan il-leave għal
vaganza li ġej li ma jkunx inqas minn -
(a) erba’ ġimgħat tax-xogħol u jum wieħed tax-xogħol
matul is-snin kalendarji 1988 u 1989;
(b) erba’ ġimgħat tax-xogħol u jumejn tax-xogħol matul
is-sena kalendarja 1990;
(ċ) erba’ ġimgħat tax-xogħol u tliet ijiem tax-xogħol
matul is-sena kalendarja 1991;
(d) erba’ ġimgħat tax-xogħol u erbat ijiem tax-xogħol
matul is-sena kalendarja 1992 u matul kull sena oħra
kalendarja li tiġi wara:
Iżda meta mpjegat whole-time ikun ilu mpjegat għal inqas
minn tnax-il xahar matul xi sena kalendarja, ikollu jedd għal dik il-
parti tal-leave għal vaganza msemmi skond ma jkun il-proporzjon
tan-numru ta’ xhur li jkun ilu fl-impieg.
(2) Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu "leave għal vaganza"
tfisser leave bi ħlas li jista’ jittieħed f’jiem miftehmin bejn
prinċipal u mpjegat, b’dan illi jum wieħed leave għal vaganza
matul l-1988 u l-1989, jumejn leave għal vaganza matul l-1990,
tliet ijiem leave għal vaganza matul l-1991 u erbat ijiem leave għal
vaganza matul l-1992 u matul kull sena oħra kalendarja li tiġi wara
ma jkunux jagħmlu parti minn xi shut-down u għandhom jingħataw
mill-prinċipal bħala leave li jittieħed b’għażla b’żieda ma’ kull
leave li jittieħed b’għażla li l-impjegat seta’ kellu jedd għalih fid-9
ta’ Novembru, 1988.
Leave għal mard.
Kap. 318.
9. Wara sitt xhur servizz kontinwu l-impjegati whole-time
jkunu ntitolati għal tnax-il ġurnata leave għal mard b’paga sħiħa
f’kull sena kalendarja bin-nuqqas ta’ kull benefiċċju għal mard li
għalih jistgħu jkunu ntitolati skond l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali u
għal tnax-il ġurnata oħra leave għal mard b’nofs paga, bin-nuqqas
ta’ nofs kull benefiċċju għal mard li għalih jistgħu jkunu ntitolati
skond l-imsemmi Att, u f’kull każ ċertifikat mediku li jiċċertifika
nkapaċità  għax-xogħol li jkopri l-perijodi tan-nuqqas għandu jiġi
ppreżentat lill-prinċipal.
Leave għal 
korriment.
Kap. 318.
10. Impjegat whole-time ikollu dritt għal massimu ta’ sena
leave għal korriment b’paga sħiħa, nieqes l-ammont sħiħ ta’ kull
benefiċċju għal korriment li għalih dak l-impjegat ikollu dritt skond
l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali jekk dak l-impjegat ikorri waqt il-qadi
attwali ta’ dmirijietu u dak il-korriment ma jkunx minħabba
traskuraġni kontributorja minn naħa tiegħu jew minħabba ksur
minnu ta’ xi regoli dwar ħarsien mill-periklu stabbiliti mill-
management.
Leave speċjali. 11. Impjegat whole-time jingħata tliet ijiem leave b’paga sħiħa
fl-okkażjoni taż-żwieġ tiegħu u ġurnata leave b’paga sħiħa fl-
okkażjoni ta’ twelid ta’ tarbija lil martu.
Servizz għal ġurat. 12. Impjegati whole-time li jiġu msejħa għal servizz bħala
ġurati jingħataw ż-żmien kollu li jkun meħtieġ b’paga sħiħa sabiex
ikunu jistgħu jattendu għal dak is-servizz fil-Qorti.
KUNSILL TAL-PAGI TA’ OĠĠETTI TAL-ĠILDA U 
ŻRABEN BIEX JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.69 5
Leave minħabba 
luttu.
13. Impjegati whole-time jkollhom jumejn leave bil-ħlas fl-
okkażjoni tal-mewt ta’ xi ħadd mill-qraba li ġejjin: il-mara, ir-
raġel, il-missier, l-omm (jew il-persuna li f’dak iż-żmien kienet fil-
fatt qiegħda tagħmilha ta’ omm jew missier l-impjegat), l-iben, il-
bint, ħuh jew oħtu.
Ħin ta’ stennija.
applikabbli għalih għall-ħin kollu li matulu jkun preżenti fil-post
tal-prinċipal tiegħu jew x’imkien ieħor ħlief meta jkun preżenti
hemmhekk f’xi waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a) mingħajr il-kunsens tal-prinċipal, imfisser jew
mifhum;
(b) għal xi skop li m’għandux x’jaqsam max-xogħol
tiegħu u barra minn dak li jistenna xogħol li jingħata
lilu biex jagħmlu;
(ċ) minħabba r-raġuni biss tal-fatt illi huwa jkun residenti
hemmhekk;
(d) matul il-ħinijiet normali ta’ l-ikel f’kamra jew f’post
fejn ma jkunx qiegħed isir xogħol, u hu ma jkunx
qiegħed jistenna xogħol biex jingħata lilu biex
jagħmlu.
Età  ta’ rtirar.
fl-età  ta’ sittin sena, impjegat bħal dan għandu jingħata l-
opportunità  minn min iħaddmu biex jibqa’ fl-impieg tiegħu ’l fuq
minn din l-età  u ta’ l-anqas sakemm jilħaq l-età  ta’ wieħed u sittin
sena, iżda l-impjegat konċernat xorta għandu jitħalla, jekk huwa
hekk ikun irid, li jirtira fl-età  ta’ siitin sena.
NOTA TA’ TIFSIR
(Din in-nota m’hijiex parti mill-Iskeda imma hija maħsuba biex
turi kif tapplika).
Id-disposizzjonijiet ta’ l-Iskeda ta’ hawn fuq japplikaw għall-
impjegati kollha f’kull impriża jew f’xi parti minn impriża, li l-
attivitajiet tagħha jikkonsistu għal kollox jew prinċipalment f’xi
waħda minn dawn li ġejjin:
(a) il-manifattura u l-ipproċessar tal-ġilda u oġġetti tal-
ġilda nklużi l-manifattura ta’ ngwanti u l-manifattura
ta’ stvali, żraben, sandlijiet u xidd ieħor tar-riġel; u
(b) il-manifattura ta’ bagalji, brief cases, basktijiet ta’ l-
idejn, basktijiet tax-xiri u basktijiet oħra ta’ natura
simili.
