KUNSILL TAL-PAGI GĦAL SAGRISTANI 
U KUSTODJI LI JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.72 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.72
ORDNI TAL-KUNSILL TAL-PAGI
GĦAL SAGRISTANI U KUSTODJI
LI JIRREGOLA L-PAGI
1 ta’ Frar, 1996
L-AVVIŻ LEGALI 6 ta’ l-1996.
Titolu.
Sagristani u Kustodji li jirregola l-Pagi.
Applikazzjoni ta’ l-
Ordni.
2. Id-disposizzjonijiet murija fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-
Ordni għandhom japplikaw għall-impjegati kollha li dwarhom il-
Kunsill tal-Pagi għal Sagristani u Kustodji jaħdem.
SKEDA
Applikabilità .
Kustodji ta’ knejjes, mużewijiet jew bini miftuħ għal wirjiet
pubbliċi.
Il-kelma "kustodju" tinkludi, minbarra persuna għal kollox
impjegata biex tieħu ħsieb knisja, mużew jew bini, kull persuna li
tkun prinċipalment, jew fil-biċċa l-kbira ta’ xogħolha inkarigata
mit-tindif, manutenzjoni jew sigurtà  ta’ dik il-knisja, mużew jew
bini.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
"ġimgħa" tfisser ġimgħa kalendarja;
"ġurnata ta’ mistrieħ fil-ġimgħa" tfisser perijodu ta’ erbgħa u
għoxrin siegħa konsekuttivi, li jibda fil-ħin li fih l-impjegat
normalment jibda t-turn tiegħu ta’ xogħol;
"ħinijiet ta’ xogħol" tfisser il-ħin f’kull ġurnata li matulu l-
impjegati jkunu għad-disposizzjoni tal-prinċipal, minbarra l-
intervalli permessi għall-ikel u għall-mistrieħ;
"ħin u nofs" u "ħin doppju" ifissru rispettivament darba u nofs u
darbtejn l-anqas rati ta’ ħin attwali li japplikaw għall-impjegat;
"impjegat part-time" tfisser impjegat li ma jkunx impjegat
whole-time;
"impjegat whole-time" tfisser impjegat li jaħdem għal iktar minn
għoxrin siegħa imferrxa fuq perijodu ta’ sitt ijiem f’xi ġimgħa
waħda ma’ l-istess prinċipal;
"paga" tfisser kumpens jew qligħ li jitħallas bi flus minn
prinċipal lill-impjegat;
Kap. 252.
"vaganzi tas-soltu" tfisser il-ġranet (barra mill-Ħdud) iddikjarati
għal dak iż-żmien bħala btajjel pubbliċi skond jew taħt l-Att dwar
il-Jum Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi oħra.
2 L.S.452.72 ħ
KUNSILL TAL-PAGI GĦAL SAGRISTANI 
U KUSTODJI LI JIRREGOLA L-PAGI
Ħinijiet tax-
xogħol.
3. (1) Is-sigħat ta’ xogħol tas-sagristana għandhom ikunu ta’
ħames mija u għoxrin siegħa (40 siegħa x 13-il ġimgħa) imferrxa
fuq perijodu ta’ tlettax-il ġimgħa li jibda mill-ewwel ġimgħa ta’
kull tliet xhur tas-sena, iżda s-sigħat tax-xogħol m’għandhomx
jaqbżu s-sittin siegħa f’xi ġimgħa waħda, b’ġurnata ta’ mistrieħ fil-
ġimgħa.
(2) Is-sigħat ta’ xogħol ikunu imferrxa fuq sitt ijiem, biex
b’hekk is-sagristana jkollhom għall-anqas ġurnata ta’ mistrieħ
f’kull perijodu ta’ sebat ijiem konsekuttivi.
(3) Is-sigħat ta’ xogħol tal-kustodji għandhom ikunu ta’
erbgħin siegħa imferrxa f’perijodu ta’ sitt ijiem, biex b’hekk il-
kustodji jkollhom ġurnata ta’ mistrieħ f’kull perijodu ta’ sebat
ijiem konsekuttivi.
L-anqas paga ta’ 
impjegati whole-
time.
4. L-inqas pagi fil-ġimgħa li jitħallsu lill-impjegati whole-
time għandhom ikunu kif ġej:
ta’ 18-il sena jew iktar ........... Lm42.38ċ fil-ġimgħa;
minn 17 sa 18-il sena ............. Lm39.47ċ fil-ġimgħa;
taħt is-17-il sena .................... Lm38.25ċ fil-ġimgħa.
Impjegati part-time jitħallsu r-rata fis-siegħa jew parti
minn siegħa kalkolata pro rata mhux inqas mill-Paga Minima
Nazzjonali skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-istess paragrafu u
diviża b’erbgħin.
L-anqas mistrieħ 
ta’ kuljum.
5. L-impjegati whole-time ikollhom permess għall-intervalli
għall-ikel u mistrieħ b’kollox ta’ mhux inqas minn siegħa kuljum.
L-anqas mistrieħ 
fil-ġimgħa.
6. L-impjegati whole-time kollha jkollhom jedd għal ġurnata
ta’ mistrieħ f’kull perijodu ta’ sebat ijiem konsekuttivi. 
L-inqas rata ta’ 
sahra.
7. Sagristana whole-time ikollhom jedd għal rimunerazzjoni
għal sahra bir-rata ta’ siegħa u nofs għas-sigħat kollha li jinħadmu
li jkunu aktar minn sittin siegħa f’ġimgħa waħda u/jew għal dawk
is-sigħat maħduma li jkunu aktar minn ħames mija u għoxrin siegħa
f’perijodu ta’ tlettax-il ġimgħa konsekuttiva, minbarra ġurnata ta’
mistrieħ fil-ġimgħa.
Kustodji whole-time ikollhom jedd għal rimunerazzjoni
għal sahra bir-rata ta’ siegħa u nofs għas-sigħat kollha li jinħadmu
’l fuq minn erbgħin siegħa f’ġimgħa waħda, minbarra ġurnata ta’
mistrieħ fil-ġimgħa.
Impjegati whole-time ikollhom jedd għal rimunerazzjoni
għal sahra bir-rata ta’ ħin doppju għas-sigħat kollha li jinħadmu fil-
ġurnata ta’ mistrieħ fil-ġimgħa.
Leave għal 
vaganza.
L.S. 452.64
8. Leave għal vaganza għandu jiġi regolat skond l-Ordni ta’
Standard Nazzjonali dwar Jum ta’ Mistrieħ fil-Ġimgħa u Leave
għal Vaganza Annwali, jew kull ordni ieħor li jidħol minfloku,
jiġifieri erba’ ġimgħat ta’ xogħol u erbat ijiem.
Jekk ikun meħtieġ li impjegat jaħdem fil-vakanzi tas-soltu
jkollu jedd għal ġurnata vaganza oħra li għandha tittieħed bi ftehim
mal-prinċipal tiegħu.
KUNSILL TAL-PAGI GĦAL SAGRISTANI 
U KUSTODJI LI JIRREGOLA L-PAGI ġ L.S.452.72 3
Leave għal mard.
Kap. 318.
9. Wara sena fl-impieg, impjegat whole-time ikollu jedd għal
għoxrin ġurnata leave għal mard f’kull sena kalendarja b’paga
sħiħa, iżda nieqes kull benefiċċju għal mard li għalih hu jista’
jkollu dritt skond l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali, u għoxrin ġurnata
leave għal mard b’nofs paga nieqes nofs l-ammont ta’ kull
benefiċċju għal mard li għalih hu jista’ jkollu jedd skond l-Att dwar
is-Sigurtà  Soċjali; iżda ċertifikat tat-tabib li jiċċertifika inkapaċità
għax-xogħol li jkopri l-perijodu ta’ assenza għandu jiġi ppreżentat
lill-prinċipal.
Leave għal luttu.
tal-mewt ta’ xi wieħed jew waħda minn dawn il-qraba: il-missier, l-
omm jew il-kustodju legali ta’ l-impjegat, martu, żewġħa, l-iben, il-
bint, ħuh jew oħtu.
Leave għal twelid.
bi ħlas fil-każ tat-twelid ta’ tarbija lil martu.
Leave għal żwieġ.
xogħol leave b’paga sħiħa fl-okkażjoni taż-żwieġ tagħhom.
Leave għal 
korriment.
Kap. 318.
13. Impjegat whole-time ikollu jedd għal leave għal korriment
b’paga sħiħa sa massimu ta’ sena, nieqes l-ammont sħiħ ta’ kull
benefiċċju li dak l-impjegat jista’ jkollu jedd għalih skond l-Att
dwar is-Sigurtà  Soċjali, jekk ikorri waqt il-qadi attwali ta’
dmirijietu u dak il-korriment ma jkunx minħabba xi negliġenza
kontributorja minn naħa tiegħu jew minħabba l-ksur ta’ xi regoli ta’
sigurezza stabbiliti mill-prinċipal.
Leave għal servizz 
ta’ ġurat.
14. Impjegati whole-time li jissejħu għal servizz ta’ ġurati
jingħataw il-ħin kollu meħtieġ b’paga sħiħa sabiex ikunu jistgħu
jattendu għal dak is-servizz fil-Qorti.
