KUNSILL TAL-PAGI LI JIRREGOLA L-PAGI
GĦAS-SETTUR LI JIPPROVDI SERVIZZI TA’ SIGURTÀ ġ L.S.452.75 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.75
ORDNI TAL-KUNSILL TAL-PAGI LI JIRREGOLA
L-PAGI GĦAS-SETTUR LI JIPPROVDI SERVIZZI 
TA’ SIGURTÀ
1 ta’ Jannar, 2002
L-AVVIŻ LEGALI 264 ta’ l-2000.
Titolu, bidu fis-
seħħ u 
applikazzjoni.
1. (1) It-titolu ta’ dan l-Ordni hu Ordni biex Jirregola l-Pagi
mill-Kunsill tal-Pagi għas-Settur li Jipprovdi Servizzi ta’ Sigurtà.
(2) Dan l-Ordni għandu jibda jseħħ fl-1 ta’ Jannar, 2002 ħlief
għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 8 li għandhom jidħlu fis-seħħ
fl-1 ta’ Jannar, 2003:
Iżda matul il-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar, 2002 u l-1 ta’
Jannar, 2003, ir-rati tas-sahra li jkunu japplikaw għal impjegati
whole-time għandhom ikunu b’rata fissa normali għal kull siegħa
xogħol jew parti minnha.
(3) Id-disposizzjonijiet li jinsabu f’dan l-Ordni għandhom
japplikaw għall-impjegati kollha li dwarhom il-Kunsill tal-Pagi
għas-Settur li jipprovdi Servizzi ta’ Sigurtà  jaħdem.
Tifsir.
xort’oħra -
Kap. 452.
"ġimgħa" tfisser ġimgħa kalendarja;
"ġurnata" tfisser perijodu li jibda minn nofs il-lejl  ta’ ġurnata sa
nofs il-lejl tal-ġurnata ta’ wara;
"ġurnata ta’ mistrieħ fil-ġimgħa" tfisser perijodu ta’ erbgħa u
għoxrin siegħa konsekuttivi li jibdew fil-ħin li fih l-impjegat
normalment jibda jaħdem meta jkun imissu jidħol għax-xogħol;
"ħin-u-nofs" u "ħin doppju" jfissru rispettivament darba u nofs, u
darbtejn, ir-rata minima tal-ħin applikabbli għall-impjegat;
"impjegat part-time" tfisser impjegat li jaħdem inqas minn medja
ta’ erbgħin siegħa fil-ġimgħa mifruxa fuq perijodu ta’ sitt gimgħat:
Iżda -
(a) meta l-impjegat ikun jaħdem xogħol part-time fuq
skeda ta’ ħin varjabbli, l-għadd ta’ siegħat ta’ xogħol
fil-ġimgħa jkunu l-medja ta’ siegħat ta’ xogħol fil-
ġimgħa mifruxa fuq perijodu ta’ sitt ġimgħat; u
(b) meta l-impjegat ikun għadu ma ħadimx perijodu ta’ sitt
ġimgħat, il-medja ta’ siegħat ta’ xogħol fil-ġimgħa tiġi
kkalkolata fuq l-għadd ta’ ġimgħat ta’ dak l-impjegat
f’dak l-impieg;
"impjegat whole-time" tfisser impjegat li jkun imqabbad biex
jaħdem għal mhux inqas minn medja ta’ erbgħin siegħa fil-ġimgħa
mifruxa fuq perijodu ta’ sitt ġimgħat konsekuttivi;
2 L.S.452.75 ħ
KUNSILL TAL-PAGI LI JIRREGOLA L-PAGI
GĦAS-SETTUR LI JIPPROVDI SERVIZZI TA’ SIGURTÀ
"paga" tfisser kull rimunerazzjoni finanzjarja jew qligħ li
jitħallsu bi flus minn prinċipal lill-impjegat;
"perijodu ta’ impieg" tfisser il-ħin f’ġurnata waħda li matulu l-
impjegati jkunu għad-dispożizzjoni tal-prinċipal, inklużi wkoll l-
intervalli permessi għall-ikel u għall-mistrieħ;
"nofs ta’ nhar" tfisser perijodu ta’ tnax-il siegħa konsekuttivi;
"siegħat ta’ xogħol" tfisser il-ħin f’xi ġurnata waħda li matulu l-
impjegati jkunu xogħol skond il-ħinijiet normali ta’ xogħol kif
deskritti fl-artikou 3;
Kap. 252.
"vaganzi tas-soltu" tfisser il-ġranet (barra mill-Ħdud) dikjarati
għal dak iż-żmien bħala btajjel pubbliċi skond jew taħt l-Att dwar
il-Festi Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi oħra.
Siegħat ta’ xogħol. 3. L-inqas pagi fil-gimgħa għandhom ikunu relatati għal
medja ta’ erbgħin siegħa fil-ġimgħa għall-ewwel kalkolati fuq
perijodu ta’ sitt ġimgħat konsekuttivi, u li mbagġad ikunu jibdew
mill-ewwel Tnejn li jkun imiss, iżda s-siegħat ta’ xogħol ma
għandhomx jaqbżu t-tmienja u erbgħin siegħa f’xi ġimgħa waħda.
L-inqas 
rimunerazzjoni ta’ 
impjegati whole-
time.
4. L-inqas paga fil-ġimgħa li għandha titħallas lill-impjegati
whole-time tkun din li ġejja:
(a) Wardens .............................. Lm 65
(b) Impjegati oħra ................... Lm 50.
L-inqas 
rimunerazzjoni ta’ 
impjegati part-
time.
5. Impjegati part-time għandhom jitħallsu pro rata b’rata bażi
fis-siegħa ta’ mhux inqas minn dik applikabbli għall-impjegati
whole-time, jiġifieri, r-rata fil-ġimgħa li tidher fl-artikolu 4, diviża
b’erbgħin:
Iżda -
L.S.452.62
(i) dawk l-impjegati part time li jaħdmu medja ta’
aktar minn tletin siegħa fil-ġimgħa iżda anqas
minn ħamsa u tletin siegħa fil-ġimgħa mifruxin
fuq perijodu ta’ sitt ġimgħat ikunu intitolati għal
pro rata tal-bonus  mogħti lil impjegati whole-
time skond l-Att u ta’ allowance fil-ġimgħa
mogħtija lill-impjegati whole-time skond l-
artikolu 4 ta’ l-Ordni ta’ Standard  Nazzjonali
dwar Allowance fil-Ġimgħa;
L.S.452.62
(ii) dawk l-impjegati part-time li jaħdmu medja ta’
ħamsa u tletin siegħa fil-ġimgħa jew aktar
mifruxa fuq perijodu ta’ sitt ġimgħat ikunu
intitolati għal bonus sħiħ mogħti lil impjegati
whole-time skond l-Att u għall-allowance fil-
ġimgħa sħiħa mogħtija lil impjegati whole-time
skond l-artikolu 4 ta’ l-Ordni ta’ Standard
Nazzjonali dwar Allowance fil-Ġimgħa.
L-inqas mistieħ ta’ 
kuljum.
6. L-impjegati whole-time ikollhom jedd għal intervalli għal
ikel u għall-mistrieħ li b’kollox ikunu ta’ tletin minuta kuljum wara
li jitqiesu l-esiġenzi tax-xogħol.
L-inqas mistrieħ 
fil-ġimgħa.
7. Kull impjegat whole time ikollu l-jedd għal ġurnata
mistrieħ fil-ġimgħa sakemm -
KUNSILL TAL-PAGI LI JIRREGOLA L-PAGI
GĦAS-SETTUR LI JIPPROVDI SERVIZZI TA’ SIGURTÀ ġ L.S.452.75 3
(a) din il-ġurnata ta’ mistrieħ tiġi stabbilita minn qabel
permezz ta’ roster, u
(b) din il-ġurnata ta’ mistrieħ tingħata mhux aktar tard
minn sitt ijiem ta’ xogħol konsekuttivi.
L-inqas rata għal 
sahra.
8. Fil-każ ta’ impjegati whole-time, is-sahra għandha titħallas
kif ġej:
(a) għall-ħin kollu li jinħadem ’il fuq minn tlettax il-
siegħa kuljum f’xi ġurnata ........................ ħin-u-nofs;
(b) għall-ħin kollu li jinħadem ’il fuq minn tmienja u
erbgħin siegħa f’xi ġimgħa waħda ............. ħin-u-nofs;
(c) għall-ħin kollu li jinħadem ’il fuq minn medja ta’
erbgħin siegħa fil-ġimgħa mifruxa fuq sitt ġimgħat
konsekuttivi .............................................. ħin-u-nofs;
(d) (i) għall-ħin kollu maħdum fl-ewwel ġurnata ta’
mistrieħ stabbilita minn qabel .............. ħin-u-nofs;
(ii) għall-ħin kollu li jinħadem fit-tieni jew l-unika
ġurnata ta’ mistrieħ stabbilita minn qabel ..............
ħin doppju:
Iżda meta impjegat jiġi msejjaħ għax-xogħol f’xi
ġurnata ta’ mistrieħ, għandhom jitħallsu ta’ l-inqas
tliet siegħat bir-rata xierqa murija f’dan il-paragrafu;
(e) għas-siegħat kollha żejda li jinħadmu f’vaganza tas-
soltu, li huma aktar mis-siegħat normali .... ħin doppju:
Iżda xejn f’dan l-artikolu m’għandu jiġi interpretat bħala li
qiegħed jagħti xi dritt lil xi persuna li titħallas iktar minn darba bir-
rata għal sahra għall-istess siegħat ta’ xogħol.
Vaganzi.
ġimgħat ta’ xogħol u erbat ijiem flimkien mal-vaganzi tas-soltu
kollha bi ħlas sħiħ.  Jekk ikun meħtieġ li impjegat jaħdem fil-
vaganza tas-soltu bħala parti mis-siegħat normali ta’ xogħol tiegħu,
l-impjegat ikollu jedd għal ġurnata vaganza oħra li għandha
tittieħed bi ftehim mal-prinċipal tiegħu.
Leave għal mard.
Kap. 318.
10. Impjegati whole-time ikollhom il-jedd għal ħmistax-il
ġurnata leave għal mard b’paga sħiħa f’kull sena kalendarja nieqes
kull benefiċċju għal mard li dak l-impjegat jista’ jkollu dritt għalih
skond l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali, u għal ħmistax-il ġurnata oħra
leave għal mard b’nofs paga nieqes nofs kull benefiċċju għal mard
li dak l-impjegat jista’ jkun intitolat għalih skond l-Att dwar is-
Sigurtà  Soċjali:
Iżda għandu jiġi ppreżentat ċertifikat tat-tabib li jkun
ikopri l-perijodu ta’ assenza minn fuq ix-xogħol:
Iżda wkoll fl-ewwel sitt xhur ta’ l-impieg, impjegati whole-
time ikollhom jedd għal massimu ta’ sitt ijiem tax-xogħol leave
għal mard b’paga sħiħa nieqes kull benfiċċju tal-mard li dak l-
impjegat jista’ jkollu jedd għalih skond l-Att dwar is-Sigurtà
Soċjali.
4 L.S.452.75 ħ
KUNSILL TAL-PAGI LI JIRREGOLA L-PAGI
GĦAS-SETTUR LI JIPPROVDI SERVIZZI TA’ SIGURTÀ
Leave għal 
korriment.
Kap. 318.
11. Impjegati whole-time ikollhom dritt għal massimu ta’ sena
leave għal korriment b’paga sħiħa, nieqes l-ammont sħiħ ta’ kull
benefiċċju għal korriment li dak l-impjegat jista’ jkollu dritt għalih
skond l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali, sakemm dak l-impjegat ikorri
waqt il-qadi attwali tad-dmirijiet ta’ dak l-impjegat u dak il-
korriment ma jkunx minħabba fi traskuraġni kontributorja minn
naħa tiegħu jew minħabba xi ksur magħmul minnu ta’ xi regoli
dwar ħarsien mill-periklu stabbiliti mill-prinċipal jew bil-liġi.
Leave speċjali. 12. Impjegat whole-time jingħata tliet ijiem ta’ xogħol leave
b’paga sħiħa fl-okkażjoni taż-żwieġ tiegħu u jumejn leave b’paga
sħiħa fl-okkażjoni ta’ twelid ta’ tarbija lil martu.
Servizz ta’ ġurat. 13. Impjegati whole-time li jiġu msejħa għal servizz ta’ ġurati
jingħataw iż-żmien kollu meħtieġ sabiex ikunu jistgħu jattendu
għal dak is-servizz fil-Qorti mingħajr ma jitilfu ebda paga.
Leave minħabba 
luttu.
14. Impjegati whole-time ikollhom dritt għal leave għal tliet
ijiem bi ħlas sħiħ fl-okkażjoni tal-mewt ta’ xi ħadd mill-qraba li
ġejjin: il-mara, ir-raġel, il-missier, l-omm (jew il-persuna li f’dak
iż-żmien kienet fil-fatt qiegħda tagħmilha ta’ missier jew omm l-
impjegat), ibnu, bintu, ħuh jew oħtu.
