KUNSILL TAL-PAGI LI JIRREGOLA L-PAGI
GĦAS-SETTUR LI JIPPROVDI SERVIZZI TA’ TINDIF ġ L.S.452.76 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.76
ORDNI TAL-KUNSILL TAL-PAGI LI JIRREGOLA
L-PAGI GĦAS-SETTUR LI JIPPROVDI SERVIZZI 
TA’ TINDIF
1 ta’ Frar, 2001
L-AVVIŻ LEGALI 15 ta’ l-2001.
Titolu u 
applikazzjoni.
1. (1) It-titolu ta’ dan l-Ordni hu Ordni biex Jirregola l-Pagi
mill-Kunsill tal-Pagi għas-Settur li Jipprovdi Servizzi ta’ Tindif.
(2) Id-disposizzjonijiet li jinsabu f’dan l-Ordni għandhom
japplikaw għall-impjegati kollha li dwarhom il-Kunsill tal-Pagi
għas-Settur li jipprovdi Servizzi ta’ Tindif jaħdem.
Tifsir.
xort’oħra -
"ġimgħa" tfisser ġimgħa kalendarja, li tibda minn nhar ta’ Tnejn;
"ġurnata", fik-każ ta’ impjegati bix-shift, tfisser perijodu ta’
erbgħa u għoxrin siegħa konsekuttivi; fil-każijiet l-oħra kollha,
tfisser perijodu li jibda minn nofs il-lejl  ta’ ġurnata sa nofs il-lejl
tal-ġurnata ta’ wara;
"ġurnata ta’ mistrieħ fil-ġimgħa" tfisser perijodu ta’ erbgħa u
għoxrin siegħa konsekuttivi li jibdew fil-ħin li fih l-impjegat
normalment jibda it-turn tiegħu ta’ xogħol;
"ħin-u-nofs" u "ħin doppju" jfissru rispettivament darba u nofs, u
darbtejn, ir-rata minima tal-ħin applikabbli għall-impjegat;
"impjegat bix-shift" tfisser impjegat li jkun impjegat regolarment
fuq bażi ta’ ċiklu ta’ shift;
"impjegat part-time" tfisser impjegat li mhux impjegat whole-
time;
"impjegat whole-time" tfisser impjegat:
(a) li jkun impjegat għal aktar minn tletin siegħa f’xi
ġimgħa, fil-każ ta’ impjegati li ma jkunux għassiesa; u
(b) li jkun impjegat għal aktar minn ħamsa u erbgħin
siegħa f’xi ġimgħa, fil-każ ta’ għassiesa;
"paga" tfisser kull rimunerazzjoni jew qligħ li jitħallsu bi flus
minn prinċipal lil impjegat;
"perijodu ta’ impieg" tfisser il-ħin f’kull ġurnata li matulu l-
impjegati jkunu għad-dispożizzjoni tal-prinċipal, imma inklużi l-
intervalli permessi għall-ikel u għall-mistrieħ;
"nofs ta’ nhar" tfisser perijodu ta’ tnax-il siegħa konsekuttivi li
jispiċċa fis-1.00 p.m. jew fis-1.00 a.m.;
"shift ta’ bil-lejl" tfisser kull perijodu ta’ impieg li jinkludi s-
siegħat mill-10.00 p.m. ta’ ġurnata sas-6.00 a.m. tal-ġurnata ta’
wara;
2 L.S.452.76 ħ
KUNSILL TAL-PAGI LI JIRREGOLA L-PAGI
GĦAS-SETTUR LI JIPPROVDI SERVIZZI TA’ TINDIF
"siegħat ta’ xogħol" tfisser il-ħin f’xi ġurnata li matulu l-
impjegati jkunu għad-disposizzjoni tal-prinċipal, esklużi l-
intervalli għall-ikel u għall-mistrieħ;
Kap. 252.
"vaganzi tas-soltu" tfisser il-ġranet (barra mill-Ħdud) dikjarati
għal dak iż-żmien bħala btajjel pubbliċi skond jew taħt l-Att dwar
il-Festi Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi oħra.
Siegħat ta’ xogħol. 3. (1) L-inqas pagi fil-gimgħa għall-impjegati whole-time,
barra minn għassiesa, għandhom ikunu relatati għal medja ta’
erbgħin siegħa kalkolati fuq perijodu ta’ tlettax-il siegħa, iżda s-
siegħat ta’ xogħol ma għandhomx jaqbżu l-ħamsa u erbgħin siegħa
f’xi ġimgħa waħda.
(2) L-inqas pagi fil-ġimgħa għal għassiesa għandhom ikunu
relatati għal ġimgħa ta’ mhux aktar minn tnejn u ħamsin siegħa.
L-anqas paga ta’ 
impjegati whole-
time.
4. (1) L-inqas paga fil-ġimgħa għal impjegati whole-time
għandha tkun din li ġejja:
(a) ta’ 18-il sena jew fuqhom .. Lm 49.88
(b) ta’ 17-il sena ..................... Lm 46.94
(ċ) taħt is-17-il sena ............... Lm 45.75.
(2) Fil-każ ta’ ħaddiema bix-shift, kemm-il-darba jekk kull
shift ta’ ġimgħa bil-lejl ma jkunx segwit minn shift ta’ ġimgħa bi
nhar, dak ix-shift ieħor jew dawk ix-shifts oħra ta’ ġimgħa bil-lejl
jintitolaw lill-impjegat għal rimunerazzjoni oħra li tammonta għal
mhux anqas minn kwart tar-rata normali tal-paga tiegħu.
L-anqas paga ta’ 
impjegati part-
time.
5. Impjegati part-time għandhom jitħallsu pro rata b’rata fis-
siegħa ta’ mhux inqas minn dik applikabbli għall-impjegati whole-
time, jiġifieri, r-rata xierqa fil-ġimgħa li tidher fl-artikolu 4, diviża
b’erbgħin.
L-anqas mistieħ ta’ 
kuljum.
6. L-impjegati whole-time, barra minn għassiesa, ikollhom
permess għall-intervalli għall-ikel u għall-mistrieħ ta’ mhux anqas,
b’kollox, minn siegħa kuljum:
Iżda -
(a) bla ħsara għad-disposizzjoni tal-paragrafu (b) ta’ dan
il-proviso, l-intervall jew intervalli għandhom
jingħataw wara l-ewwel u qabel l-aħħar siegħa tal-
perijodu ta’ l-impieg; u
(b) fejn l-aħħar nofs siegħa tal-perijodu ta’ impieg tkun
permessa bħala nofs siegħa ta’ mistrieħ, l-impjegat
ikun intitolat li jħalli l-post tax-xogħol malli tibda dik
in-nofs siegħa.
L-anqas mistrieħ 
fil-ġimgħa.
7. L-impjegati whole-time jingħataw ġurnata mistrieħ f’kull
perijodu ta’ sebat ijiem konsekuttivi.
L-anqas rata għal 
sahra.
8. (1) Fil-każ ta’ impjegati whole-time, barra minn impjegati
bix-shift u għassiesa, is-sahra għandha titħallas kif ġej:
(a) għall-ħin kollu li jinħadem ’il fuq minn tnax il-siegħa
f’xi ġurnata ............................................... ħin-u-nofs;
(b) għall-ħin kollu li jinħadem ’il fuq minn ħamsa u
erbgħin siegħa f’xi ġimgħa waħda ............. ħin-u-nofs;
KUNSILL TAL-PAGI LI JIRREGOLA L-PAGI
GĦAS-SETTUR LI JIPPROVDI SERVIZZI TA’ TINDIF ġ L.S.452.76 3
(c) għall-ħin kollu li jinħadem ’il fuq minn medja ta’
erbgħin siegħa fil-ġimgħa mifruxa fuq tlettax-il
ġimgħa konsekuttivi ................................. ħin-u-nofs;
(d) għall-ħin kollu li jinħadem fl-ewwel ġurnata ta’
mistrieħ stabbilita minn qabel ................... ħin-u-nofs;
(e) għall-ħin kollu li jinħadem il-Ħadd, f’vaganza tas-
soltu, jew fit-tieni jew l-unika ġurnata ta’ mistrieħ
stabbilita minn qabel ................................ ħin doppju.
(2) Fil-każ ta’ impjegati bix-shift, is-sahra għandha titħallas
kif ġej:
(a) għall-ħin kollu li jinħadem ’il fuq minn tnax il-siegħa
kuljum f’xi ġurnata ................................... ħin-u-nofs;
(b) għall-ħin kollu li jinħadem ’il fuq minn ħamsa u
erbgħin siegħa f’xi ġimgħa waħda ............. ħin-u-nofs;
(c) għall-ħin kollu li jinħadem ’il fuq minn medja ta’
erbgħin siegħa fil-ġimgħa mifruxa fuq tlettax-il
ġimgħa konsekuttivi ................................. ħin-u-nofs;
(d) għall-ħin kollu li jinħadem fl-ewwel ġurnata ta’
mistrieħ stabbilita minn qabel ................... ħin-u-nofs;
(e) għall-ħin kollu li jinħadem fit-tieni jew l-unika ġurnata
ta’ mistrieħ stabbilita minn qabel .............. ħin doppju.
(3) Fil-każ ta’ għassiesa, is-sahra għandha titħallas kif ġej:
(a) għall-ħin kollu li jinħadem ’il fuq minn tnejn u ħamsin
siegħa f’xi ġimgħa ta’ sitt ijiem konsekuttivi
.................................................................. ħin-u-nofs;
(b) għall-ħin kollu li jinħadem ’il fuq minn disa’ siegħat
f’xi ġurnata ............................................... ħin-u-nofs.
(4) B’dak kollu li hemm fid-disposizzjoni tas-subartikolu (3) -
(a) impjegati bix-shift ma jkunux intitolati għal ħin
maħdum f’shift normali l-Ħadd jew f’xi vaganza tas-
soltu;
(b) fil-każ ta’ għassiesa, meta vaganza tas-soltu taħbat f’xi
ġimgħa bejn it-Tnejn u s-Sibt, is-sahra titħallas b’ħin u
nofs għal xogħol ’il fuq minn tnejn u ħamsin siegħa
f’dik il-ġimgħa.
Vaganzi.
ġimgħat ta’ xogħol u erbat ijiem flimkien mal-vaganzi tas-soltu
kollha bi ħlas sħiħ.
Leave għal mard.
Kap. 318.
10. Wara sitt xhur servizz kontinwu, l-impjegati whole-time
ikunu intitolati għal tnax-il ġurnata leave għal mard b’paga sħiħa
f’kull sena kalendarja bin-nuqqas ta’ kull benefiċċju għal mard li
għalih jistgħu jkunu intitolati skond l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali, u
għal sitt ijiem oħra leave għal mard b’nofs paga, bin-nuqqas ta’
nofs kull benefiċċju għal mard li għalih jistgħu jkunu intitolati
skond l-imsemmi Att, u f’kull każ għandu jiġi ppreżentat lill-
prinċipal ċertifikat mediku li jiċċertifika inkapaċità  għax-xogħol li
jkopri l-perijodi tan-nuqqas.
4 L.S.452.76 ħ
KUNSILL TAL-PAGI LI JIRREGOLA L-PAGI
GĦAS-SETTUR LI JIPPROVDI SERVIZZI TA’ TINDIF
Leave għal 
korriment.
Kap. 318.
11. Impjegat whole-time ikollu d-dritt għal massimu ta’ sena
leave għal korriment b’paga sħiħa, nieqes l-ammont sħiħ ta’ kull
benefiċċju għal korriment li għalih dak l-impjegat ikollu dritt
għalih skond l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali, jekk dak l-impjegat
ikorri waqt il-qadi attwali ta’ dmirijietu u dak il-korriment ma
jkunx minħabba traskuraġni kontributorja minn naħa tiegħu jew
minħabba ksur ta’ xi regoli dwar ħarsien mill-periklu stabbiliti
mill-management.
Leave speċjali. 12. Wara tliet xhur fl-impieg impjegat whole-time jingħata tliet
ijiem ta’ xogħol leave b’paga sħiħa fl-okkażjoni taż-żwieġ tiegħu u
ġurnata leave b’paga sħiħa fl-okkażjoni ta’ twelid ta’ tarbija lil
martu.
Servizz ta’ ġurat. 13. Impjegati whole-time li jiġu msejħa għal servizz ta’ ġurati
jingħataw iż-żmien kollu meħtieġ sabiex ikunu jistgħu jattendu
għal dak is-servizz fil-Qorti mingħajr ma jitilfu ebda paga.
Leave minħabba 
luttu.
14. Impjegati whole-time ikollhom jumejn leave bil-ħlas fl-
okkażjoni tal-mewt ta’ xi ħadd mill-qraba li ġejjin: il-mara, ir-
raġel, il-missier, l-omm (jew il-persuna li f’dak iż-żmien kienet fil-
fatt qiegħda tagħmilha ta’ missier jew omm l-impjegat), ibnu,
bintu, ħuh jew oħtu.
Ħin ta’ stennija. 15. Impjegat ikun intitolat għall-ħlas ta’ l-inqas paga
applikabbli għalih għall-ħin kollu matulu preżenti fil-post tal-
prinċipal tiegħu jew x’imkien ieħor ħlief meta ikun preżenti
hemmhekk f’xi waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a) mingħajr il-kunsens tal-prinċipal, imfisser jew
mifhum;
(b) għal xi skop li m’għandux x’jaqsam max-xogħol
tiegħu u barra minn dak li jistenna li jingħatalu xogħol
x’jagħmel;
(ċ) għar-raġuni biss li huwa jkun residenti hemmhekk;
(d) matul il-ħinijiet normali ta’ l-ikel f’kamra jew f’post
fejn ma jkunx qiegħed isir xogħol, u ma jkunx qiegħed
jistenna li jingħatalu x’jagħmel.
Età  ta’ irtirar. 16. F’każijiet fejn impjegat raġel ikun mistenni jirtira mix-
xogħol fl-età  ta’ sittin sena, dak l-impjegat għandu jingħata l-
opportunità  minn min iħaddmu biex jibqa’ fl-impieg tiegħu ’l fuq
minn din l-età  u ta’ l-anqas sakemm jilħaq l-età  ta’ wieħed u sittin
sena, iżda dak l-impjegat raġel xorta għandu jitħalla, jekk huwa
hekk ikun irid, li jirtira fl-età  ta’ sittin sena.
