DRITT TA’ LEAVE TAL-ĠENITURI ġ L.S.452.78 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.78
REGOLAMENTI DWAR DRITT TA’ LEAVE
TAL-ĠENITURI
2 ta’ Settembru, 2003
L-AVVIŻ LEGALI 225 ta’ l-2003.
Titolu u skop.
Dritt ta’ Leave tal-Ġenituri.
(2) Dawn ir-regolamenti jispeċifikaw ħtiġiet minimi maħsubin
biex jiffaċilitaw ir-rikonċiljazzjoni tar-responsabbiltajiet ta’
ġenituri u dawk professjonali għal ġenituri li jaħdmu.
Tifsir.
Kap. 452.
''pro rata'' għandha l-istess tifsira mogħtija lilha mill-artikolu 2
ta’ l-Att:
Iżda:
(a) meta l-impjegat ikollu impjieg part-time bi skeda ta’
ħinijiet varjabbli, in-numru ta’ sigħat ta’ xogħol f’kull
ġimgħa għandu jkun in-numru medju ta’ sigħat fil-
ġimgħa mifruxin fuq perjodi suċċessivi ta’ tlettax-il
ġimgħa li jibdew fl-ewwel ta’ Jannar ta’ kull sena
kalendarja; u
(b) meta l-impjegat ma jkunx f’impjieg part-time għal
perjodu ta’ tlettax-il ġimgħa, in-numru medju ta’
sigħat ta’ xogħol fil-ġimgħa għandu jkun ikkalkulat
fuq in-numru ta’ ġimgħat li fihom kien jaħdem.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subregolament (1),
kliem u frażijiet użati f’dawn ir-regolamenti għandu jkollhom,
kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tkunx teħtieġ xort’oħra, it-
tifsira mogħtija lilhom fl-Att.
Applikabilità .
ikunu -
(a) impjegati whole-time; jew
L.S. 452.79
(b) impjegati part-time intitolati għall-leave pro rata
skond id-disposizzjonijiet tar-regolament 6 tar-
Regolamenti dwar Impjegati Part-time:
Iżda, f’kull każ, l-impjegat kellu jkun ilu jaħdem ma’ l-
istess prinċipal għal perjodu kontinwu ta’ mill-inqas tnax-il xahar.
(2) Il-perjodi minimi li jintitolaw għad-dritt imsemmi fis-
subregolament preċedenti għandhom ikunu applikabbli sakemm ma
jkunx ġie stabbilit perjodu iqsar ta’ dritt fil-kuntratt ta’ servizz ta’
l-impjegat jew fi ftehim kollettiv applikabbli għall-impjegat.
(3) Dawn ir-regolamenti għandhom ikunu applikabbli bla
preġudizzju għall-introduzzjoni u l-implimentazzjoni ta’
2 L.S.452.78 ħ DRITT TA’ LEAVE TAL-ĠENITURI
disposizzjonijiet aktar favorevoli f’xi ftehim kollettiv jew f’xi
ftehim ieħor miftiehem bejn il-prinċipal u l-impjegat.
LEAVE TAL-ĠENITURI
Leave tal-ġenituri. 4. (1) Għandu jkun id-dritt individwali ta’ ħaddiema, kemm
irġiel kemm nisa, li jingħataw leave tal-ġenituri bla ħlas għal
raġunijiet ta’ twelid, adozzjoni jew kustodja legali ta’ tifel jew tifla
biex ikunu jistgħu jieħdu ħsieb dak it-tifel jew tifla għal perjodu ta’
tliet xhur sakemm it-tifel jew tifla jagħalqu t-tmien snin:
Iżda dan id-dritt għandu jingħata hekk li ma jkunx
trasferibbli:
Iżda wkoll leave tal-ġenituri jista’ jittieħed f’perjodi
stabbiliti ta’ xahar kull wieħed.
(2) Sakemm ma jiġix ordnat mod ieħor fi ftehim kollettiv li
jkun japplika għall-impjegat, il-prinċipal flimkien ma’ l-impjegat
jista’ jiddeċiedi jekk jagħtix il-leave tal-ġenituri fuq bażi full-time
jew part-time, biċċa biċċa jew f’forma ta’ sistema ta’ kreditu ta’
ħin.
(3) Fil-każ li l-leave tal-ġenituri ma jkunx ittieħed jew ikun
għad baqa’ bilanċ ta’ leave tal-ġenituri, impjegat għandu jibqa’
intitolat għal dak il-leave anki jekk jinbidel il-prinċipal jew l-
impjieg ta’ l-impjegat, sakemm l-impjegat jikkwalifika skond ir-
regolament 3.
Ġenituri adottivi. 5. Id-dritt ta’ impjegati għal-leave tal-ġenituri għandu jibda
għaddej mid-data meta l-impjegat jagħti lill-prinċipal -
(a) prova li jkunu nbdew il-proċeduri legali meħtieġa biex
l-adozzjoni ssir skond il-liġi, u
(b) (i) ċertifikat bil-miktub mid-Dipartiment għall-
Ħarsien tal-Familja li jkun jiċċertifika li tlesta
home study report b’eżitu pożittiv; jew
(ii) prova bil-miktub li l-koppja għandha l-kustodja
legali tat-tifel jew tifla.
Avviż u talba. 6. (1) Impjegat li japplika għal leave tal-ġenituri mingħand
il-prinċipal għandu jkun marbut jagħti avviż bil-miktub ta’ minimu
ta’ tliet ġimgħat, li fih jispeċifika l-bidu u t-tmiem tal-leave tal-
ġenituri, qabel ma jieħu dak il-leave.
(2) Impjegat għandu jkollu d-dritt jitlob għal leave tal-ġenituri
tul il-perjodu speċifikat fl-artikolu 36(20) ta’ l-Att:
Iżda meta jingħata leave tal-ġenituri tul il-perjodu
speċifikat f’dan is-subregolament, dak il-perjodu għandu jitqies li
jkun ġie awtomatikament sospiż mal-bidu tal-leave tal-ġenituri, u
tul dak il-perjodu, u jerġa’ jinbeda biss meta l-impjegat jidħol lura
għax-xogħol mil-leave tal-ġenituri.
Posponiment. 7. (1) Prinċipal li jirċievi avviż għal leave tal-ġenituri kif
stipulat fir-regolament 6 jista’ jipposponi l-għoti tal-leave tal-
ġenituri għal raġunijiet ġustifikabbli relatati ma’ kif isir ix-xogħol
fuq il-post tax-xogħol.
DRITT TA’ LEAVE TAL-ĠENITURI ġ L.S.452.78 3
(2) Għall-finijiet ta’ dan ir-regolament, il-frażi ''raġunijiet
ġustifikabbli'' tinkludi:
(a) meta x-xogħol li jsir fil-post tan-negozju jkun ta’ xorta
staġjonali;
(b) meta ma jkunx jista’ jinstab sostitut fil-perjodu ta’
avviż mogħti mill-impjegat;
(ċ) meta l-impjieg speċifiku ta’ l-impjegat li jitlob leave
tal-ġenituri jkun ta’ importanza strateġika għall-
azjenda jew post tan-negozju;
(d) meta l-post tan-negozju jkun intrapriża żgħira li
tħaddem mhux aktar minn għaxra min-nies;
(e) meta proporzjon sinifikanti tal-forza tax-xogħol
tapplika għal-leave tal-ġenituri fl-istess żmien;
(f) meta impjegat ikun għadu għaddej bil-perjodu
speċfikat fl-artiklu 36(20) ta’ l-Att:
Iżda prinċipal li jiddeċiedi li jipposponi l-għoti tal-leave
tal-ġenituri għandu jgħarraf lill-impjegat bil-miktub bir-raġunijiet
għal dak il-posponiment fi żmien ġimagħtejn minn meta jirċievi l-
avviż ta’ l-impjegat fil-każijiet li hemm provdut dwarhom fir-
regolament 6(1):
Iżda wkoll li sakemm il-posponiment mill-prinċipal tat-
teħid tal-leave tal-ġenituri jkun bla preġudizzju għad-dritt li l-
impjegat ikollu li jieħu l-leave tal-ġenituri intitolat għalih l-aktar
tard sa qabel ma t-tifel jew tifla jagħlqu t-tmien snin u jekk dak il-
posponiment jista’ jirriżulta fit-telf tal-jedd għal leave tal-ġenituri
jew ta’ xi parti minnu, għandu jkun id-dmir tal-prinċipal li
minnufih jagħti leave tal-ġenituri għal perjodu ekwivalenti għal
leave li ma jkunx għadu ttieħed, jew għal dak il-perjodu inqas li l-
impjegat jista’ jitlob.
Dritt li jirritorna fl-
istess impieg.
8. L-impjegat li jeżerċita d-dritt li juża l-leave tal-ġenituri
għandu jkollu d-dritt jirritorna għall-istess impjieg li l-impjegat
kellu qabel l-għoti ta’ dak il-leave tal-ġenituri, jew, meta dan ma
jkunx aktar possibbli minħabba f’xi raġuni valida, għal xi impjieg
ekwivalenti jew simili konsistenti mal-kuntratt ta’ impjieg oriġinali
ta’ l-impjegat.
Dritt ta’ impjegati 
tul il-leave tal-
ġenituri.
9. (1) L-impjegat li jkun fuq leave tal-ġenituri għandu, matul
il-leave tal-ġenituri, jibqa’ intitolat għad-drittijiet u l-benefiċċji
kollha li jista’ jkollhom impjegati oħra ta’ l-istess klassi jew
kategorija ta’ impjieg fl-istess post tax-xogħol:
Iżda tul il-perjodu tal-leave tal-ġenituri, l-impjegat
jibqagħlu d-dritt li japplika għal opportunitajiet ta’ promozzjoni li
jinqalgħu fuq il-post tax-xogħol.
(2) Matul il-perjodu tal-leave tal-ġenituri, impjegat ma jkollux,
meta jidħol lura għal dmirijietu fil-post tax-xogħol, dritt għal xi
leave, bonus jew allowance oħrajn u ma jkunx jista’ jagħmel użu
minn xi jedd għal dawk li jista’ jkun akkumula matul dak il-
perjodu.
(3) Kemm-il darba l-prinċipal u l-impjegat ma jiftehmux mod
4 L.S.452.78 ħ DRITT TA’ LEAVE TAL-ĠENITURI
ieħor, il-prinċipal ma għandux, matul il-perjodu tal-leave tal-
ġenituri, ikollu d-dritt jissospendi l-leave tal-ġenituri u jitlob lill-
impjegat jidħol lura għax-xogħol qabel id-data miftiehma għad-
dħul lura tiegħu fuq dmirijietu, u l-impjegat ma għandu jkollu ebda
dritt jidħol lura għax-xogħol qabel id-data miftiehma għad-dħul
lura tiegħu fuq dmirijietu.
Tkeċċija inġusta. 10. Prinċipal ma jkunx jista’ jkeċċi impjegat biss minħabba li
impjegat jieħu jew japplika biex jieħu leave tal-ġenituri skond
dawn ir-regolamenti u kull tkeċċija bħal dik ma għandhiex
tikkostitwixxi raġuni valida għat-terminazzjoni ta’ l-impjieg, bla
preġudizzju għal xi terminazzjoni ġustifikabbli ta’ impjieg kif
hemm stipulat fl-Att:
Iżda jista’ jingħata avviż ta’ terminazzjoni ta’ impjieg, kif
provdut fl-Att, tul il-perjodu ta’ leave tal-ġenituri:
Iżda wkoll fil-każ tal-ħruġ ta’ avviż ta’ terminazzjoni jew
mill-prinċipal jew mill-impjegat tul il-leave tal-ġenituri, dan
għandu jwassal għas-sospensjoni awtomatika tal-leave tal-ġenituri
mit-tielet ġurnata tax-xogħol li tiġi wara d-data tal-ħruġ ta’ dak l-
avviż.
Dritt ta’ impjegat li 
jitlob dikjarazzjoni 
tal-leave tal-
ġenituri li jkun ħa.
11. Kull prinċipal għandu jkun obbligat iżomm record tal-
leave tal-ġenituri mogħti lil kull impjegat u għandu, fuq talba ta’ l-
impjegat li tista’ ssir ukoll wara t-terminazzjoni ta’ l-impjieg,
jgħaddi lill-impjegat dikjarazzjoni bil-miktub fejn ikun hemm id-
dettalji tal-leave mogħti lill-impjegat.
MIXXELLANJI
Tilwimiet. 12. Jekk tinqala’ tilwima bejn prinċipal u impjegat dwar id-
drittijiet li jaqgħu taħt dawn ir-regolamenti jew xi ħaġa oħra li
għandha x’taqsam ma’ dan, allura jew il-prinċipal jew l-impjegat
jistgħu jirreferu l-kwistjoni lid-Direttur ta’ l-Impjiegi u r-
Relazzjonijiet Industrijali li għandu jagħmilha ta’ medjatur bejn il-
partijiet.
Reati. 13. Kull min jikser id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti
jkun ħati ta’ reat u jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’ mhux anqas
minn ħamsin lira u mhux aktar minn ħames mitt lira.
