IMPJEGATI PART-TIME ġ L.S.452.79 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.79
REGOLAMENTI DWAR IMPJEGATI PART-TIME
1 ta’ Jannar, 2003
L-AVVIŻ LEGALI 427 ta’ l-2002.
Titolu.
Impejgati Part-time.
(2) L-iskop ta’ dawn ir-regolamenti hu:
(a) li jipprovdu għat-tneħħija ta’ diskriminazzjoni kontra
ħaddiema part-time u biex jtejbu l-kwalità  tax-xogħol
part-time;
(b) li jiffaċilitaw l-iżvilupp tax-xogħol part-time u
jikkontribwixxu għall-organizzazzjoni flessibbli tal-
ħin tax-xogħol waqt li jieħdu f’konsiderazzjoni l-
ħtiġiet tal-prinċipali u tal-ħaddiema.
Applikabilità .
Kap. 452.
2. Salv id-disposizzjonijict tar-regolament 13, dawn ir-
regolamenti japplikaw għall-ħaddiema part-time kollha kif definiti
fl-Att dwar l-Impiegi u Relazzjonijiet Industrijali.
Tifsir.
Kap. 452.
"leave" tfisser leave għal vaganzi, leave għall-mard, leave għat-
twelid, leave f’każ ta’ mewt, leave għaż-żwieġ u leave għal
korriment fuq xogħol u kull leave ieħor li impjegat whole-time hu
intitolat għalih;
"sigħat ta’ xogħol ordinarji" tfisser sigħat ta’ xogħol minbarra
sahra;
Kap. 318.
"impieg prinċipali" tfisser dak l-impieg li fir-rigward tiegħu
jitħallsu kontribuzzjonijiet tas-sigurtà  soċjali skond l-Att dwar is-
Sigurtà  Soċjali;
"pro rata" għandu jkollha l-istess tifsira mogħtija skond artikolu
2 ta’ l-Att:
Iżda li:
(a) meta l-impjegat hu f’tali impjieg part-time bi skeda ta’
ħinijiet varjabbli, in-numru ta’ sigħat ta’ xogħol kull
ġimgħa għandu jkun l-għadd medju ta’ sigħat fil-
ġimgħa mifruxin fuq perjodu ta’ tlettax-il ġimgħa
suċċessivi li jibdew mill-1 ta’ Jannar ta’ kull sena
kalendarja; u
(b) meta l-impjegat ma jkunx ħadem fuq bażi part-time
għal perjodu ta’ tlettax-il ġimgħa, in-numru medju ta’
sigħat ta’ xogħol fil-ġimgħa għandu jkun ikkalkolat
fuq in-numru ta’ ġimgħat li fihom kien jaħdem;
"ġimgħa" tfisser ġimgħa kalendarja.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subregolament (1),
2 L.S.452.79 ħ IMPJEGATI PART-TIME
termini u espressjonijiet użati f’dawn ir-regolamenti għandu
jkollhom, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tkunx teħtieġ
xort’oħra, it-tifsira assenjata lilhom fl-Att.
Trattamenti inqas 
favorevoli ta’ 
impjegati part-
time.
4. (1) Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tar-
regolament 6, għandu jkun id-dmir tal-prinċipal li jiżgura li
impjegat part-time ma jkunx ittrattat inqas favorevolment minn
impjegat whole-time komparabbli -
(a) fir-rigward tat-termini tal-kuntratt ta’ impieg ta’ l-
impjegat; u
(b) billi jkun soġġettat għal xi detriment ieħor b’xi att, jew
b’nuqqas deliberat li jaġixxi, tal-prinċipal minħabba
biss ix-xogħol part-time ta’ l-impjegat:
Iżda li xi trattamcnt differenti jista’ jkun ġustifikat għal
raġunijiet oġġettivi.
(2) Impjegat part-time li hu mħallas b’rata aktar baxxa għal
sahra minn kemm hu jew għandu jkun imħallas impjegat whole-
time komparabbli għall-istess perjodu m’għandux, għal dik ir-
raġuni, jitqies li qed ikun ittrattat inqas favorevolment mill-
impjegat whole-time komparabbli meta u safejn in-numru totali ta’
sigħat maħduma mill-impjegat part-time f’dak il-perjodu, inkluża
s-sahra, ma jaqbiżx l-għadd ta' sigħat li l-impjegat whole-time
komparabbli hu mitlub jaħdem f’dak l-istess perjodu, bla ma
jittieħed każ ta’ assenzi mix-xogħol u sahra.
DRitt li wieħed 
jirċievi 
dikjarazzjoni bil-
miktub.
5. (1) Għandu jkun id-dmir tal-prinċipal li jagħti
dikjarazzjoni bil-miktub lill-impjegat li jitlob tali dikjarazzjoni u li
jidhirlu li l-prinċipal tiegħu seta’ ttrattah b’mod li jikser dritt
mogħti lilu mir-regolament 4.
(2) Tali dikjarazzjoni għandha tagħti r-raġunijiet għal xi
differenza fit-trattament u għandha tingħata fi żmien wieħed u
għoxrin ġurnata mid-data tat-talba.
(3) Dikjarazzjoni bil-miktub magħmula skond dan ir-
regolament għandha tkun ammissibbli bħala evidenza f’kull
proċeduri taħt dawn ir-regolamenti.
Leave għal part-
timers.
6. (1) Dawk l-impjegati part-time, li l-impieg part-time
tagħhom hu l-impieg prinċipali tagħhom, u li huma impjegati f’tali
impieg part-time ghal mhux inqas minn għoxrin siegħa fil-ġimgħa,
għandhom ikunu intitolati pro rata għall -
(a) vaganzi pubbliċi kollha u ghall-leave annwali għal
vaganzi, leave għal mard, leave għat-twelid, leave
f’każ ta’ mewt, leave għaż-żwieġ u leave għall-
korriment fuq ix-xogħol applikabbli skond il-
kondizzjonijiet ta’ impieg rikonoxxuti u ta’ tali leave
ieħor stabbilit bis-saħħa ta’ l-Att;
(b) xi dritt għal bonuses statutorji u supplementi ta’ dħul
oħra li jkunu intitolat għalihom impjegati whole-time
komparabbli fuq xogħol simili ma’ l-istess prinċipal
skond il-kondizzjonijiet tax-xogħol rikonoxxuti
applikabbli għalihom:
IMPJEGATI PART-TIME ġ L.S.452.79 3
Iżda fejn l-ogħla għadd ta’ sigħat permissibbli skond il-
kondizzjonijiet ta’ impieg rikonoxxuti għal impjegat part-time hu
inqas minn għoxrin siegħa fil-ġimgħa, kull impjegat part-time f’tali
impieg għandu jkun intitolat pro rata għall-benefiċċji skond dan ir-
regolament, jekk -
(a) l-impieg part-time hu l-impieg prinċipali ta’ l-
impjegat; u
(b) l-impjegat hu impjegat għal mhux inqas minn erbatax-
il siegħa kull ġimgħa.
(2) Għall-finijiet ta’ dan ir-regolament, il-paga applikabbli
għall-impjegat part-time għandha tkun ir-rata bis-siegħa relatata
ma’ l-għadd ta’ sigħat ta’ xogħol li għalihom l-impjegat hu
impjegat.
Komputazzjoni 
tad-dritt għal-leave 
pro rata.
7. (1) Id-dritt għall-leave pro rata ta’ impjegat part-time
għandu jkun ikkalkolat f’sigħat bħala frazzjoni ta’ l-għadd totali ta’
sigħat ta’ impjegat whole-time komparabbli.
(2) Id-dritt għall-leave pro rata minn impjegat part-time
għandu jittieħed bħala granet sħaħ ta’ xogħol, bl-għadd ekwivalenti
ta’ sigħat jiġu mnaqqsa mill-pro rata leave li jkun intitolat għalih,
kalkolat f’sigħat:
Iżda meta l-għadd ta’ sigħat ta’ leave li jifdal ikunu anqas
mis-sigħat tax-xogħol ta’ ġurnata ta’ l-impjegat part-time, is-sigħat
li jifdal jittieħdu bħala parti minn ġurnata tax-xogħol f’okkażjoni
waħda.
Dritt li jipparteċipa 
f’taħriġ 
vokazzjonali.
8. L-impjegati part-time kollha li huma impjegati f’tali
impieg part-time għal mhux inqas minn għoxrin siegħa jew ħamsin
fil-mija tal-ġimgħa normali tax-xogħol, liema tkun l-anqas, fl-istess
klassi jew kategorija ta’ impjegati, għandhom ikunu intitolati biex
jipparteċipaw fi programmi ta’ taħriġ vokazzjonali ipprovduti minn
jew f’isem il-prinċipal bl-istess mod li huma intitolati impjegati
whole-time fl-istess post tax-xogħol.
Dmir ta’ priniċipal 
li jinforma lil 
impjegati part-time 
b’opportunitajiet 
whole-time.
9. Kull prinċipal għandu jinforma impjegati part-time meta
jkun hemm opportunitajiet ta’ xogħol whole-time, u impjegati
whole-time b’opportunitajiet ta’ xogħol part-time biex jiffaċilita
trasferimenti minn full-time għal part-time jew viċi-versa fl-istess
post tax-xogħol. Tali informazzjoni għandha tingħata f’waqtha biex
tagħti ċans lill-impjegati japplikaw għall-vakanza.
Rifjut ta’ impjegat 
li jaqleb għal 
impieg whole-time.
10. Ir-rifjut ta' impjegat li jaqleb minn xogħol part-time għal
xogħol whole-time u viċi-versa m’għandux minnu nnifsu
jikkostitwixxi raġuni valida għat-terminazzjoni ta’ l-impieg, bla
preġudizzju għat-terminazzjoni ta’ l-impieg ġustifikata kif
preskritta fl-Att.
Tkeċċija inġusta 
ta’ impjegal part-
time.
11. (1) Impjegat part-time għandu jitqies li jkun tkeċċa
inġustament jekk ir-raġuni għat-tkeċċija jew ir-raġunijiet għat-
tkeċċija huma:
(a) li l-impjegat:
(i) beda proċeduri kontra l-prinċipal taħt dawn ir-
regolamenti;
4 L.S.452.79 ħ IMPJEGATI PART-TIME
(ii) talab lill-prinċipal dikjarazzjoni bil-miktub taħt
ir-regolament 5;
(iii) xehed jew ta informazzjoni f’konnessjoni ma’
tali proċeduri mibdijin minn xi impjegat;
(iv) għamel xi ħaġa oħra taħt dawn ir-regolamenti
f’konnessjoni mal-prinċipal jew kwalunkwe
persuna oħra;
(v) allega li l-prinċipal kien kiser dawn ir-
regolamenti; jew
(vi) irrifjuta (jew ippropona li jirrifjuta) li jiċċaħħad
minn dritt mogħti lilu minn dawn ir-regolamenti;
jew
(b) li l-prinċipal jemmen jew jissusspetta li l-impjegat
għamel jew bi ħsiebu jagħmel xi waħda mill-affarijiet
fil-paragrafu (a).
(2) Meta r-raġuni jew ir-raġuni prinċipali għat-tkeċċija hija dik
imsemmija fis-subregolament (1)(a)(v), jew (b) safejn għandha
x’taqsam miegħu, allura is-subregolament (1) m’għandux japplika
jekk l-allegazzjoni magħmula mill-impjegat hija falza u m’hijiex
magħmula in bona fede.
Ilmenti lit-Tribunal 
Industrijali.
12. (1) Impjegat jista’ jressaq ilment lit-Tribunal Industrijali
li l-prinċipal tiegħu kiser dritt mogħti lilu minn dawn ir-
regolamenti.
(2) Bla ħsara għas-subregolament (3), it-Tribunal Industrijali
m’għandux jikkunsidra lment taħt dan ir-regolament jekk ma jkunx
imressaq qabel tmiem il-perjodu ta’ tliet xhur li jibda mid-data tat-
trattament inqas favorevoli jew ta’ l-allegata tkeċċija inġusta.
(3) Għall-finijiet tal-kalkolu tad-data tat-trattament inqas
favorevoli, meta terminu f’kuntratt huwa inqas favorevoli, dak it-
trattament għandu jkun ittrattat bħallikieku sar f’kull ġurnata tal-
perjodu li tulu t-terminu hu inqas favorevoli, iżda f’kull każ tali
perjodu għandu jibda meta jiskadu tliet xhur mid-data tal-
pubblikazzjoni ta’ dawn ir-regolamenti.
(4) Meta impjegat iressaq ilment taħt dan ir-regolament u l-
prinċipal isostni li t-trattament hu ġustifikat għal raġunijiet
oġġettivi, jaqa’ fuq il-prinċipal li jipprova li t-trattament inqas
favorevoli hu hekk ġustifikat għal raġunijiet oġġettivi.
Esklużjoni. 13. Dawn ir-regolamenti m’għandhomx applikaw għal -
(a) detenturi ta’ kariga politika li jitqiesu part-time,
inklużi Membri tal-Parlament u kunsilliera lokali;
(b) persuni li qed isegwu skemi ta’ apprendistat jew skemi
immexxijin mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-
Taħriġ;
(ċ) persuni maħturin fuq bordijiet, kummissjonijiet u
awtoritajiet tas-settur pubbliku, u, jew li huma hekk
maħturin għal terminu stabbilit;
(d) persuni li huma detenturi ta’ kariga ġudizzjarja.
IMPJEGATI PART-TIME ġ L.S.452.79 5
Kondizzjonijiet 
aktar favorevoli.
14. Dawn ir-regolamenti jkunu applikabbli mingħajr
preġudizzju għall-introduzzjoni u l-implimentazzjoni ta’
provvedimenti aktar favorevoli fi ftehim kollettiv u xi kuntratt
ieħor ta’ mpieg jew relazzjoni ta’ impieg oħra bejn l-impjegat u l-
prinċipal.
