SENSJI KOLLETTIVI 
(ĦARSIEN TA’ L-IMPIEGI) ġ L.S.452.80 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.80
REGOLAMENTI DWAR SENSJI KOLLETTIVI 
(ĦARSIEN TA’ L-IMPIEGI)
1 ta’ Jannar, 2003
L-AVVIŻ LEGALI 428 ta’ l-2002.
Titolu.
Sensji Kollettivi (Ħarsien ta’ l-Impiegi).
Tifsir.
Kap. 452.
"sensji kollettivi" tfisser it-terminazzjoni ta’ l-impieg minn
prinċipal għal ragunijiet ta’ għadd żejjed ta’ impjegati, fuq perjodu
ta’ tletin ġurnata, ta’:
(a) għaxar impjegati jew aktar fi stabbilimenti li
normalment jimpjegaw aktar minn għoxrin impjegat
imma inqas minn mitt impjegat;
(b) 10% jew aktar tan-numru ta’ impjegati fi stabbilimenti
li jimpjegaw mitt impjegat jew aktar imma inqas minn
tliet mitt impjegat; u
(ċ) tletin impjegat jew aktar fi stabbilimenti li jimpjegaw
aktar minn tliet mitt impjegat:
Iżda biex jiġu kalkolati n-numru ta’ sensji minħabba nies
żejda, terminazzjoni ta’ kuntratt ta’ servizz li jokkorri fuq l-
inizjattiva tal-principal għal waħda jew aktar raġunijiet li ma
jaqgħux taħt il-kontroll ta’ l-impjegati individwali, għandhom
ikunu magħduda bħala sensji minħabba nies żejda, jekk ikun hemm
mill-anqas ħames ħaddiema li jintemmilhom il-kuntratt tax-xogħol
għal dawn ir-raġunijiet.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subregolament (1), it-
termini u espressjonijiet użati f’dawn ir-regolatnenti għandu
jkollhom, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tkunx teħtieġ
xort’oħra, it-tifsira assenjata lilhom fl-Att.
Esklużjoni.
m’għandhomx japplikaw għal:
(a) terminazzjonijiet ta’ impieg li jsiru taħt kuntratti ta’
impieg konklużi għal perjodi ta’ żmien limitati jew
għal biċċa xogħol speċifika, barra minn meta tali
terminazzjoni ssir qabel id-data ta’ skadenza jew qabel
it-tlestija ta’ tali biċċa xogħol u r-raguni għal tali
terminazzjoni minn qabel hija l-għadd żejjed ta’
impjegati hekk itterminati;
(b) ekwipaggi ta’ bastimenti li jbaħħru.
2 L.S.452.80 ħ
SENSJI KOLLETTIVI 
(ĦARSIEN TA’ L-IMPIEGI)
Dmir ta’ 
konsultazzjoni 
mar-
rapprezemtanti ta’ 
l-impjegati.
4. F’kull każ ta’ sensji kollettivi, il-prinċipal li jkun qed
jipproponi li jiddikjara li għandu għadd żejjed ta’ impjegati,
m’għandux jittermina l-impieg ta’ tali impjegati qabel ma jkun
innotifika bil-miktub lir-rappreżentanti ta’ l-impjegati bit-
terminazzjoni tax-xogħol kontemplata minnu u ta lir-rappreżentanti
msemmija opportunità  li jikkonsultaw mal-prinċipal kif speċifikat
fir-regolamenti 5 u 6.
Bidu ta’ 
konsultazzjonijiet.
5. Il-konsultazzjonijict bejn il-prinċipal u r-rappreżentanti ta’
l-impjegati għandhom jibdew fi żmien seba’ ġranet tax-xogħol
mill-ġurnata li fiha r-rappreżcntanti ta’ l-impjegati kienu notifikati
bis-sensji kollettivi ppjanati u dawn il-konsultazzjonijiet għandhom
ikopru kif jista’ jkunu evitati s-sensji kollettivi jew it-tnaqqis tan-
numru ta’ impjegati milqutin minn tali sensji jew biex jimmitigaw
il-konsegwenzi tagħhom.
Dmir tal-prinċipal 
li jinforma lir-
rappreżentanti ta’ 
l-impjegati.
6. Fi żmien il-perjodu ta’ seba’ ġranet imsemmi fir-
regolament preċedenti, il-prinċipal hu marbut li jgħaddi lir-
rappreżentanti ta’ l-impjegati dikjarazzjoni bil-miktub li taghti l-
informazzjoni rilevanti kollha u għandu, f’kull każ, jagħti lit-tali
rappreżentanti ta’ l-impjegati r-raġunijiet għas-sensji, in-numru ta’
impjegati li biħsiebu jagħtihom is-sensja, in-numru ta’ impjegati li
normalment jimpjega, il-kriterji proposti għall-għażla ta’ l-
impjegati li ser jigu ssensjati, dettalji dwar xi kumpens dovut għal
temm ta’ kuntratt ta’ servizz li huma dovuti u l-perjodu li tulu s-
sensji ser jingħataw.
L-obbligi 
għandhom 
japplikaw.
7. L-obbligi skond ir-regolamenti 4, 5 u 6 għandhom
japplikaw irrispettivament jekk id-dcċiżjoni li jingħataw sensji
kollettivi tittieħedx mill-prinċipal jew l-azjenda li tikkontrolla l-
prinċipal:
Iżda, fil-każ ta’ ksus tad-disposizzjonijiet dwar l-għoti ta’
informazzjoni, konsultuzzjoni u notifika meħtieġa skond dawn ir-
regolamenti, ma titteħidx konsiderazzjoni ta’ xi difiża minn naħa
tal-prinċipal li l-informazzjoni meħtieġa ma ġietx provduta lill-
prinċipal mill-azjenda li tkun ħadet id-deċiżjoni li twassal għas-
sensji kollettivi.
Dmir tal-prinċipal 
jinforma lid-
Direttur 
responsabbli għall-
Impiegi u 
Relazzjonijiet 
Industrijali.
8. Il-prinċipal għandu wkoll jgħaddi lid-Direttur responsabbli
mill-Impiegi u Relazzjonijiet Industrijali kopja tan-notifika bil-
miktub imsemmija fir-regolament 4 u kopja tad- dikjarazzjoni bil-
miktub imsemmija fir-regolament 6 fl-istess ġurnata li dawn ikunu
notifikati lir-rappreżentanti ta’ l-impjegati.
Meta s-sensji 
jibdew joperaw.
9. (1) Salv id-dritt ta’ l-impjegati fir-rigward ta’ l-avviż tas-
sensja, kull sensji kollettivi progettati notifikati lid-Direttur
responsabbli mill-Impiegi u Relazzjonijiet Industrijali skond ir-
regolament 7 m’għandhomx isiru effettivi qabel jgħaddu tletin
ġurnata min-notifika msemmija:
Iżda d-Direttur responsabbli mill-Impiegi u Relazzjonijiet
Industrijali jista’, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, jippermetti li l-
prinċipal jagħti perjodu iqsar ta’ notifika:
Iżda ukoll id-Direttur responsabbli mill-Impiegi u
Relazzjonijiet Industrijali jista’ wkoll jestendi l-perjodu msemmi
b’perjodu ieħor ta’ tletin ġurnata jekk ikun jidhirlu li tali estensjoni
SENSJI KOLLETTIVI 
(ĦARSIEN TA’ L-IMPIEGI) ġ L.S.452.80 3
toffri opportunità  ulterjuri għas-soluzzjoni tar-raġunijiet tas-sensji
jew għall-identifikazzjoni ta’ soluzzjonijiet għall-benefiċċju ta’ l-
impjegati li qed ikunu ddikjarati żejda.
(2) Fil-każ li d-Direttur responsabbli mill-Impiegi u
Relazzjonijiet Industrijali jiddeċiedi li jestendi l-limitu ta’ żmien
ta’ tletin ġurnata kif ipprovdut fit-tieni proviso tas-subregolatnent
(1), il-prinċipal għandu jkun infurmat b’tali estensjoni b’avviż bil-
miktub li għandu jasal għandu qabel ma jiskadi l-perjodu inizjali.
Sensji b’riżultat ta’ 
deċiżjoni 
ġudizzjarja.
10. Ir-regolament 7 u r-regolament 8 m’għandhomx japplikaw
f’dawk il-każi fejn is-sensja kollettiva hija riżultat ta’ deċiżjoni
ġudizzjarja.
Reati.
jkun ħati ta’ reat u jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’ mhux inqas
minn ħames mitt lira (Lm 500) għal kull impjegat li jkun iddikjarat
żejjed.
