KUNTRATTI TA’ SERVIZZ 
GĦAL TERMINU TA’ ŻMIEN FISS ġ L.S.452.81 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.81
REGOLAMENTI DWAR KUNTRATTI TA’ SERVIZZ 
GĦAL TERMINU TA’ ŻMIEN FISS
1 ta’ Jannar, 2003
L-AVVIŻ LEGALI 429 ta’ l-2002.
Titolu.
Kuntratti ta’ Servizz għal Terminu ta’ Żmien Fiss.
Tifsir.
Kap. 452.
"impjegat permanenti komparabbli' tfisser impjegat whole-time
fl-istess stabbiliment b’kuntratt ta’ servizz ta’ tul indefinit u li hu
impjegat fl-istess xogħol jew xogħol simili jew okkupazzjoni, waqt
li jingħata każ ta’ konsiderazzjonijiet oħra inklużi anzjanità ,
kwalifiki u ħiliet:
Iżda meta m’hemm ebda impjegat permanenti komparabbli
fl-istess stabbiliment, it-tqabbil għandu jsir b’referenza ma’ ftehim
kollettivi li jkopru impjegati permanenti komparabbli fi
stabbilimenti oħra;
"kuntratt ta’ servizz għal terminu ta’ żmien fiss" tfisser tali
kuntratti ta’ servizz maqbulin bejn il-prinċipal u l-impjegat li fihom
tmiem il-kuntratt hu determinat meta tintlaħaq data speċifikata,
meta tintemm biċċa xogħol speċifika jew bl-okkorrenza ta’
avveniment speċifiku.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subregolament (1),
frażijiet u espressjonijiet użati f’dawn ir-regolamenti, kemm-il
darba r-rabta tal-kliem ma tkunx teħtieġ xort'oħra, għandhom it-
tifsira assenjata lilhom fl-Att.
Applikabilità .
ta’ żmien fiss li għandhom impieg li joħloq relazzjoni ta’ kuntratt
ta’ impieg kif definita fl-Att.
Prinċipju ta’ non-
diskriminazzjoni.
4. Impjegati b’kuntratt ta’ servizz għal terminu ta’ żmien fiss
m’għandhomx ikunu ttrattati b’mod inqas favorevoli minn
impjegati permanenti komparabbli għar-raġuni waħdanija li
għandhom kuntratt ta’ servizz għal terminu ta’ żmien fiss:
Iżda prinċipal jista’ jagħmel differenza bejn il-
kondizzjonijiet ta’ xogħol ta’ impjegat b’kuntratt għal terminu ta’
żmien fiss u impjegat komparabbli b’kuntratt ta’ servizz għal żmien
indefinit, jekk:
(i) id-differenza hija riżultat tar-rikonoxximent ta’
tul ta’ servizz, esperjenza jew kwalifika u
differenzi tali oħra li huma ġustifikati għal
raġunijiet oġġettivi;
(ii) il-biċċa xogħol li għaliha l-impjegat kien
impjegat hija speċifika u tinkludi
konsiderazzjonijiet oġġettivi li jiġġustifikaw tali
2 L.S.452.81 ħ
KUNTRATTI TA’ SERVIZZ 
GĦAL TERMINU TA’ ŻMIEN FISS
trattament differenti.
Dmir il-prinċipal li 
jinforma lill-
impjegati 
b’vakanzi.
5. (1) Għandu jkun id-dmir tal-prinċipal li jinforma impjegati
b’kuntratt ta’ servizz għal terminu ta’ żmien fiss b’vakanzi li
jinħolqu fil-post tax-xogħol u li jagħti lil tali impjegati l-istess
opportunità  daqs impjegati oħra biex jakkwistaw xogħol b’kuntratt
ta’ servizz għal żmien indefinit fil-post tax-xogħol.
(2) Il-prinċipal jista’ jinforma lill-impjegati permezz ta’ avviż
ġenerali f’post addattat fil-post tax-xogħol.
Aċċess għal 
opportunitajiet ta’ 
taħriġ, eċċ.
6. Il-prinċipal għandu jagħmel l-almu tiegħu biex jiffaċilita l-
aċċess ta’ l-impjegati b’kuntratt ta’ servizz għal terminu ta’ żmien
fiss għal opportunitajiet ta’ taħriġ xierqa biex itejbu ħiliethom, l-
iżvilupp tal-karriera tagħhom u l-mobilità  okkupazzjonali.
Kuntratti għal 
terminu ta’ żmien 
fiss suċċessivi.
7. (1) Dan ir-regolament japplika għal:
(a) impjegat li hu impjegat b’kuntratt ta’ servizz għal
terminu ta’ żmien fiss kif definit b’dawn ir-
regolamenti, u
(b) impjegat li qabel kien impjegat mill-istess sid
b’kuntratt ta’ servizz għal terminu ta’ żmien fiss qabel
ma beda l-kuntratt imsemmi fil-paragrafu (a).
(2) Id-disposizzjoni tal-kuntratt ta’ servizz għal terminu ta’
żmien fiss li tirrestrinġi t-tul tal-kuntratt m’għandu jkollha ebda
effett u l-impjegat għandu jitqies bħala impjegat b’kuntratt ta’ tul
indefinit jekk:
(a) l-impjegat kien impjegat kontinwament bil-kuntratt
imsemmi fis-subregolament (1)(a) jew b’dak il-
kuntratt meħud ma’ kuntratt ta’ servizz għal terminu
ta’ żmien fiss qablu li jaqbeż perjodu ta’ erba’ snin; u
(b) il-prinċipal ma jistax jagħti raġunijiet oġġettivi li
jiġġustifikaw il-limitazzjoni tat-tiġdid ta’ dak il-
kuntratt għal terminu ta’ żmien fiss:
Iżda f’tali sitwazzjonijiet, id-data effettiva meta impjegat
għandu jitqies li hu impjegat fuq bażi indefinita hija d-data meta l-
kuntratt imsemmi fis-subregolament (1)(a) beda jopera jew fil-każ
ta’ kuntratti suċċessivi meta l-kuntratt kien imġedded l-aħħar
darba:
Iżda wkoll li dan ir-regolament m’għandux ikun ta’
preġudizzju għall-artikolu 34(2) ta’ l-Att.
(3) Għall-finijiet ta’ dan ir-regolament, il-kliem "impjegat
kontinwament" għandhom jinkludu dawk il-kuntratti b’terminu fiss
li jiġu mġedda fi żmien sitt xhur minn meta jiskadu:
B’dan iżda li tiġdid jinkludi estensjoni.
(4) Ftehim kollettivi jistgħu jimmodifikaw l-applikazzjoni fis-
subregolament (2) fir-rigward ta’ kull impjegat jew rigward
deskrizzjoni speċifikata ta’ impjegati, billi jissostitwixxu flok id-
disposizzjonijiet tas-subregolament (2), disposizzjoni waħda jew
aktar differenti li biex jipprevjenu abbuż li jirriżulta mill-użu ta’
kuntratti ta’ servizz għal terminu ta’ żmien fiss suċċessivi, billi
KUNTRATTI TA’ SERVIZZ 
GĦAL TERMINU TA’ ŻMIEN FISS ġ L.S.452.81 3
jispeċitikaw wieħed jew aktar minn dan li ġej:
(a) ir-raġunijiet oġġettivi li jiġġustifikaw it-tiġdid ta’ tali
kuntratt;
(b) it-tul massimu totali ta’ kuntratti ta’ servizz b’terminu
ta’ żmien fiss;
(ċ) in-numru ta’ drabi li tali kuntratti ta’ servizz b’terminu
ta’ żmien fiss suċċessivi kienu mġedda.
(5) B’żieda mad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 48 ta’ l-Att, dan
ir-regolament ma japplikax għal xogħol fis-settur pubbliku.
Ilmenti lit-Tribunal 
Industrijali.
8. (1) Impjegat jista’ jressaq ilment lit-Tribunal lndustrijali li
l-prinċipal tiegħu kiser dritt mogħti lilu minn dawn ir-regolamenti.
(2) Bla ħsara għal dak li jingħad fis-subregolament (3), it-
Tribunal Industrijali m’għandux jikkunsidra lment taħt dan ir-
regolament jekk ma jkunx ippreżentat fi żmien tliet xhur li jibdew
mid-data tat-trattament inqas favorevoli.
(3) Għall-finijiet tal-kalkolu tad-data tat-trattamcnt inqas
favorevoli, meta terminu ta’ żmien f’kuntratt eżistenti hu inqas
favorevoli, dak it-trattament għandu jitqies li beda meta jiskadu
tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dawn ir-regolamenti.
(4) Meta impjegat jippreżenta lment taħt dan ir-regolament u l-
principal iżomm li t-trattament hu ġustifikat għal raġunijiet
oġġettivi, jaqa’ fuq il-prinċipal li jipprova li t-trattament inqas
favorevoli hu hekk ġustifikat għal raġunijiet oġġettivi.
Reati.
regolamenti tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’
mhux aktar minn ħames mitt lira (Lm 500).
