IMPJEGATI STAZZJONATI F’MALTA ġ L.S.452.82 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.82
REGOLAMENTI DWAR IMPJEGATI STAZZJONATI 
F’MALTA
1 ta’ Jannar, 2003
L-AVVIŻ LEGALI 430 ta’ l-2002.
Titolu.
Impjegati Stazzjonati f’Malta.
Tifsiriet.
Kap. 452.
"azjenda barranija" tfisser azjenda stabbilita fi stat li ma jkunx
Malta;
"impjegat komparabbli" tfisser impjegat Malti fl-istess
stabbiliment li jkun impjegat fl-istess xogħol jew xogħol jew
okkupazzjoni simili, waqt li jingħata każ ta’ konsiderazzjonijiet
oħra inklużi anzjanità , kwalifiki u ħiliet:
Iżda meta ma jkun hemm ebda impjegat Malti komparabbli
fl-istess stabbiliment, it-tqabbil għandu jsir b’riferenza ma’ kull
ftehim kollettiv li jkopri impjegati Maltin komparabbli fi
stabbilimenti oħra;
"impjegat stazzjonat" tfisser impjegat ta’ azjenda barranija li
normalment ma jkunx jopera f’Malta imma li għal perjodu ta’
żmien limitat jintbagħat minn azjenda barranija biex jaħdem Malta.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subregolament (1),
frażijiet u espressjonijiet użati f’dawn ir-regolamenti għandu
jkollhom, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tkunx teħtieġ
xort’oħra, it-tifsira assenjata lilhom fl-Att.
Applikabilitià .
azjendi barranin msemmija fl-artikolu preċedenti -
(i) jibagħtu impjegati stazzjonati f’Malta biex jagħmlu
xogħol tagħhom u taħt id-direzzjoni tagħhom, bis-
saħħa ta’ kuntratt magħmul bejn l-azjenda li
tistazzjona u l-parti l-oħra li s-servizzi huma maħsuba
għaliha, sakemm ikun hemm relazzjoni ta’ impieg bejn
l-azjenda li tistazzjona u l-ħaddiem tul il-perjodu ta’ l-
istazzjonar; jew
(ii) jibagħtu impjegati stazzjonati fi stabbiliment jew
f’azjenda f’Malta li tkun proprjetà  ta’ azjenda
barranija, sakemm ikun hemm relazzjoni ta’ impieg
bejn l-azjenda li tistazzjona u l-ħaddiem tul il-perjodu
ta’ l-istazzjonar; jew
(iii) għax ikunu azjendi li joffru impieg temporanju jew
aġenziji li jsibu x-xogħol, jikru ħaddiem lil azjenda
stabbilita li tużah jew li tkun topera f’Malta, sakemm
ikun hemm relazzjoni ta’ impieg bejn l-azjenda li toffri
impieg temporanju, jew l-aġenzija li ssib ix-xogħol, u
2 L.S.452.82 ħ IMPJEGATI STAZZJONATI F’MALTA
l-ħaddiem tul il-perjodu ta’ l-istazzjonar.
(2) Dawn ir-regolamenti m’għandħomx japplikaw għal
ekwipaġġ ta’ bastimenti li jbaħħru.
(3) Xejn f’dawn ir-regolamenti m’għandu jimpedixxi l-
applikazzjoni ta’ pattijiet u kondizzjonijiet ta’ impieg li huma aktar
favorevoli għall-ħaddiema.
Ugwaljanza ta’ 
trattament.
4. (1) Il-kondizzjonijiet tax-xogħol li jingħataw lil impjegati
stazzjonati li huma awtorizzati jaħdmu Malta m’għandhomx ikunu
inqas mill-kondizzjonijiet ta’ xoghol minimi mogħtija lil impjegat
komparabbli bis-saħħa ta’ l-Att, jew bis-saħħa ta’ xi regolamenti
maħruġin taħtu, jew bis-saħħa ta’ xi ftehim kollettiv li jirregola l-
klassi ta’ impieg ta’ l-impjegat stazzjonat fl-istess post tax-xogħol:
Iżda kull allowance speċifika li tingħata lill-impjegat
stazzjonat għandha titqies bħala parti mill-paga li titħallas lill-
impjegat komparabbli, sakemm dawk l-allowances ma jitħallsux
bħala rimborż ta’ spejjeż attwali magħmulin minħabba l-
istazzjonar, inklużi spejjeż ta’ vvjaġġar, ikel u alloġġ.
(2) L-impjegati stazzjonati kollha koperti b’dawn ir-
regolamenti għandhom id-dritt jirċievu trattament ugwali daqs
impjegati stazzjonati komparabbli u b’mod partikolari għandu
jkollhom aċċess ugwali għal drittijiet dwar l-impieg u drittijiet
dwar is-saħħa u s-sigurtà  taħt il-liġi ta’ Malta.
(3) Il-frazi "trattament ugwali'' tinkludi għall-finijiet ta’ dawn
ir-regolamenti:
(a) perjodi massimi ta’ xogħol u perjodi minimi ta’
mistrieħ kif applikati għal diversi klassijiet ta’
impjegati;
(b) vaganzi annwali mħallsin minimi kif applikati għal
diversi klassijiet ta’ impjegati;
(ċ) rati ta’ paga minimi, inklużi rati tas-sahra kif applikati
għal diversi klassijiet ta’ impjegati;
(d) trattament ugwali bejn irġiel u nisa u disposizzjonijiet
oħra dwar li ma għandu jkun hemm ebda
diskriminazzjoni konformi mal-liġijiet ta’ Malta;
(e) miżuri protettivi konformi mal-liġijiet ta’ Malta fir-
rigward ta’ pattijiet u kondizzjonijiet ta’ impieg li
jħarsu lil nisa tqal jew nisa li jkunu welldu ftit żmien
qabel;
(f) miżuri protettivi konformi mal-liġijiet ta’ Malta fir-
rigward ta’ pattijiet u kondizzjonijiet ta’ impieg li
jħarsu tfal u żgħażagħ;
(g) miżuri konformi mal-liġijiet ta’ Malta fir-rigward ta’
saħħa, sigurtà  u iġjene fuq ix-xogħol:
Iżda f’każijiet ta’ immuntar tal-bidu u, jew l-ewwel
stallazzjoni ta’ oġġetti meta din l-attività  tkun parti integrali mill-
kuntratt għall-fornitura ta’ l-oġġetti meħtieġa biex l-oġġetti fornuti
jitqiegħdu fl-użu u jsiru mill-ħaddiema tas-sengħa u, jew mill-
ħaddiema speċjalizzati ta’ l-organizzazzjoni li tissupplixxi, is-
IMPJEGATI STAZZJONATI F’MALTA ġ L.S.452.82 3
subregolament (3)(b) u (ċ) m’għandux japplika jekk il-perjodu ta’
stazzjonar ma jaqbiżx it-tmint ijiem, sakemm ix-xogħol involut ma
jkollux x’jaqsam ma’ kostruzzjoni, tiswija, manutenzjoni,
alterazzjoni jew twaqqigħ ta’ bini, u b’mod partikolari, skavar, ġarr
ta’ materjal, xogħol tal-bini attwali, immuntar u żmuntar ta’
elementi prefabbrikati, attrezzar jew stallazzjoni, alterazzjonijiet,
rinnovazzjoni, tiswijiet, ħatt, manutenzjoni, tiżmim fi stat tajjeb,
xogħol ta’ żebgħa u tindif u titjib:
Iżda wkoll is-subregolament (3)(ċ) m’għandux japplika fil-
każijiet imsemmija fir-regolament 3(1)(i) u (ii) meta t-tul ta’ l-
istazzjonar ma jkunx jaqbeż ix-xahar.
(4) It-tul ta’ l-istazzjonar għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi ta’
perjodu ta’ referenza ta’ sena mill-bidu ta’ l-istazzjonar:
Iżda għall-finijiet ta’ tali kalkoli, għandu jingħata każ ta’
kull perjodu preċedenti li tulu l-post kien mimli minn impjegat
stazzjonat.
Infurzar.
għandu jkun responsabbli għall-infurzar ta’ dawn ir-regolamenti.
Reat.
regolamenti tkun ħatja ta’ reat u tista’, meta tinsab ħatja, teħel
multa ta’ mhux inqus minn ħamsin lira u mhux iżjed minn ħames
mitt lira.
