INFORMAZZJONI LILL-IMPJEGATI ġ L.S.452.83 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.83
REGOLAMENTI DWAR INFORMAZZJONI
LILL-IMPJEGATI
1 ta’ Jannar, 2003
L-AVVIŻ LEGALI 431 ta’ l-2002.
Titolu.
Informazzjoni lill-Impjegati.
Applikabilità .
Kap. 452.
2. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għal kull
impjegat bi ħlas ta’ kull prinċipal kif definit fl-Att dwar l-Impiegi u
r-Relazzjonijiet Industrijali, minn issa ’l quddiem imsejjaħ l-Att,
iżda m’għandhomx japplikaw għal:
(a) impjegati mqabbdin minn prinċipal għal tul ta’ żmien
totali li ma jaqbiżx xahar; jew
(b) impjegati mqabbdin minn prinċipal għal ġimgħa
xogħol li ma taqbiżx total ta’ tmien sigħat; jew
(ċ) impjegati li kienu impjegati biex jagħmlu biċċa xogħol
definita speċifika, bil-kondizzjoni li n-nuqqas ta’
applikabilità  hu ġustifikat minn konsiderazzjonijiet
oġġettivi.
Kuntratti bil-
miktub.
3. F’dawk il-każi meta kuntratt ta’ impjieg bil-miktub ikun
iffirmat bejn il-prinċipal u l-impjegat, il-prinċipal għandu jkun
marbut li jgħaddi lill-impjegat kopja ffirmata tal-ftehim mhux aktar
tard minn tmien ġranet tax-xogħol mid-data tal-kuntratt.
Informazzjoni li 
trid tingħata lill-
impjegati.
4. F’dawk il-każi meta ebda kuntratt ta’ impjieg bil-miktub
ma jkun iffirmat bejn il-prinċipal u l-impjegat, u, jew f’dawk il-
każi meta l-kuntratt bil-miktub ma jkoprix l-informazzjoni kollha
jew parti minnha li jeħtieġ tkun notifikata lill-impjegat skond dawn
ir-regolamenti, il-prinċipal għandu jkun marbut li jagħti jew jibgħat
lill-impjegat ittra ta’ ingaġġ jew dikjarazzjoni ffirmata, mhux aktar
tard minn tmien ġranet tax-xogħol mill-bidu ta’ l-impjieg u li
għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
(a) l-isem, numru ta’ reġistrazzjoni u post tan-negozju
reġistrat tal-prinċipal u n-numru tal-karta ta’ identità ,
sess u indirizz ta’ l-impjegat u tal-post tax-xogħol:
Iżda fl-assenza ta’ post tax-xogħol fiss għandu
jkun iddikjarat li l-impjegat ikun impjegat f’diversi
postijiet flimkien mal-post tan-negozju reġistrat:
Iżda ukoll jekk ma jkunx hemm post tax-xogħol
reġistrat, għandu jingħata d-domiċilju tal-prinċipal;
(b) id-data tal-bidu ta’ l-impjieg;
(ċ) il-perjodu ta’ prova;
(d) rati normali ta’ pagi pagabbli;
(e) rati ta’ ħlas ta’ sahra pagabbli;
(f) is-sigħat normali ta’ xogħol;
2 L.S.452.83 ħ INFORMAZZJONI LILL-IMPJEGATI
(g) kull meta jitħallsu l-pagi;
(h) fil-każ ta’ kuntratt ta’ impjieg b’terminu ta’ żmien fiss,
it-tul mistenni jew miftiehem tal-perjodu tal-kuntratt;
(i) il-vaganzi bi ħlas, u l-leave għal vaganzi, mard u leave
ieħor li l-impjegat hu intitolat għalihom;
(j) il-kondizzjonijiet li taħthom multa tista’ tkun imposta
mill-prinċipal;
(k) it-titolu, grad, natura jew kategorija tax-xogħol li
għalih l-impjegat ikun impjegat;
(l) il-perjodi ta’ avviż ta’ temm ta’ impieg li għandhom
ikunu osservati mill-prinċipal u mill-impjegat jekk
ikun il-każ;
(m) il-ftehim kollettiv, jekk ikun hemm, li jrieġi l-
kondizzjonijiet ta’ xogħol ta’ l-impjegat; u
(n) kull kondizzjoni ta’ impjieg oħra rilevanti jew
applikabbli:
Iżda jekk xi informazzjoni minn din ta’ hawn qabel hija
regolata b’xi liġi, regolament, ordni ta’ standard nazzjonali jew
ftehim kollettiv, l-informazjoni tista’, meta meħtieġ, tingħata fil-
forma ta’ riferenza għal-liġijiet, regolamenti, ordnijiet jew ftehim
kollettivi li jrieġu dik l-istess informazzjoni:
Iżda ukoll meta prinċipal jingaġġa persuna taħt kuntratt
għal servizz bħala ħaddiem ta’ barra għal xi azjenda, hu għandu
jagħti lill-impjegat dikjarazzjoni ffirmata li turi:
(a) l-isem, in-numru ta’ reġistrazzjoni u l-post tan-negozju
reġistrat tal-prinċipal u n-numru tal-karta ta’ identità  u
l-indirizz ta’ l-impjegat; u
(b) r-rata li trid titħallas għax-xogħol; u
(ċ) xi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw il-kuntratt.
Impjegati meħtieġa 
jaħdmu barra minn 
Malta.
5. Fil-każ ta’ impjegat li jkun meħtieġ li jaħdem f’pajjiż ieħor
m’hux Malta għal perjodu li jaqbeż xahar, id-dokumenti msemmija
fir-regolamenti 3 u 4 għandhom ikunu għand l-impjegat qabel it-
tluq minn Malta u għandhom jinkludu l-informazzjoni addizzjonali
li ġejja:
(a) it-tul ta’ l-impjieg barra minn Malta;
(b) il-valuta li għandha tintuża għall-ħlas tar-
rimunerazzjoni;
(ċ) meta hu l-każ, il-benefiċċji fi flus jew oġġetti marbutin
ma’ l-impjieg barra; u
(d) meta hu l-każ, il-kondizzjonijiet li jrieġu r-
ripatrijazzjoni ta’ l-impjegat.
Bidliet fid-dettalji 
jew 
kondizzjonijiet.
6. (1) Bla preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att, jekk,
wara l-bidu ta’ l-impjieg, id-dettalji jew il-kondizzjonijiet ta’ l-
impjieg elenkati fir-regolamenti 4 jew 5 jkunu emendati jew
modifikati, il-prinċipal għandu jkun marbut li jinnotifika lill-
impjegat bil-bidliet permezz ta’ dikjarazzjoni ffirmata li għandha
INFORMAZZJONI LILL-IMPJEGATI ġ L.S.452.83 3
tingħadda lill-impjegat mhux aktar tard minn tmien ġranet tax-
xogħol mid-data meta l-bidliet jidħlu fis-seħħ.
(2) Il-prinċipal ma għandux ikun obbligat jinnotifika lill-
impjegat kif hemm fis-subregolament (1) jekk l-emenda jew
modifika tal-kondizzjonijiet ta’ l-impjieg hija riżultat ta’ bidla fil-
liġijiet, regolamenti jew ftehim kollettiv li jirregola l-post tax-
xogħol.
Impjegati li diġà  
qed jaħdmu.
7. Dawk l-impjegati kollha li diġà  jkunu qed jaħdmu fid-data
meta dawn ir-regolamenti jidħlu fis-seħħ, u li m’għandhomx
f’idejhom l-informazzjoni speċifikata fir-regolamenti 4 jew 5,
għandhom ikunu intitolati biex jitolbu tali informazzjoni u l-
prinċipal għandu jkun obbligat li jagħti din l-informazzjoni mhux
aktar tard minn xahrejn wara t-talba magħmula mill-impjegat.
Kopja ta’ kuntratti 
ta’ servizz jew ta’ 
dikjarazzjonijiet.
8. Kopja ta’ kull kuntratt bil-miktub, dikjarazzjoni jew ittra
ta’ ingaġġ, kif riferit f’dawn ir-regolamenti, għandha tinżamm mill-
prinċipal.
Dokumenti li jridu 
jinżammu mill-
prinċipal.
9. (1) Kull prinċipal għandu jżomm reġistru jew reġistri li
juru, fir-rigward ta’ kull impjegat:
(a) l-isem, indirizz, sess, numru tal-karta ta’ identità  u
data tat-twelid ta’ l-impjegat;
(b) ix-xogħol ta’ l-impjegat;
(ċ) id-data tal-bidu ta’ l-impjieg;
(d) ix-xorta tal-kuntratt ta’ impjieg, jiġifieri jekk il-
kuntratt hux ta’ tul indefinit jew ta’ tul fiss u fil-każ ta’
kuntratti ta’ impjieg b’terminu ta’ żmien fiss id-data
tal-terminazzjoni ta’ tali kuntratt;
(e) il-ħinijiet, imħallsin b’rati ta’ ħin ordinarju, li tulhom
l-impjegat hu impjegat;
(f) il-ħinijiet, imħallsin b’rati ta’ sahra jew rata ogħla, li
tulhom l-impjegat hu impjegat;
(g) il-perjodi ta’ mistrieħ kull jum u kull ġimgħa mogħtija
lill-impjegat;
(h) il-ħlasijiet totali mħallsin lill-impjegat kull ġimgħa; u
(i) kull bidla jew aġġornament tal-kondizzjonijiet ta’ l-
istatus okkupazzjonali ta’ l-impjegat.
(2) Fil-każ ta’ ħaddiema ta’ barra, jew li l-pagi tagħhom
jikkonsistu f’sehem mill-profitti jew f’kummissjoni fuq bejgħ jew
ħlasijiet magħmulin jew riċevuti mill-prinċipal, prinċipali jew
persuni li jgħaddu x-xogħol lill-ħaddiema ta’ barra, skond kif ikun
il-każ, għandhom iżommu reġistru jew reġistri li juru:
(a) l-isem, indirizz, sess, numru tal-karta ta’ identità  u
data tat-twelid;
(b) id-data tal-bidu tal-ftehim;
(ċ) in-natura tax-xogħol;
(d) ir-rata tal-pagi;
(e) l-ammont totali ta’ pagi mħallsin lill-impjegat;
4 L.S.452.83 ħ INFORMAZZJONI LILL-IMPJEGATI
(f) il-post jew postijiet tax-xogħol fejn l-impjegat jaħdem
ordinarjament jekk dak il-post ma jkunx taħt il-
kontroll u t-tmexxija tal-prinċipal; u
(g) s-sigħat ta’ xoghol u l-mistrieħ ta’ kull jum u kull
ġimgħa mogħtija lill-impjegati safejn il-prinċipal ikun
obbligat mil-liġi li josserva tali kondizzjonijiet ta’
impjieg.
(3) Għandu jkun id-dmir tal-prinċipal li jgħaddi lid-Direttur ta’
l-Impiegi u Relazzjonijiet Industrijali kull informazzjoni li d-
Direttur jista’ jitlob f’konnessjoni mal-kondizzjonijiet ta’ impjieg
ta’ l-impjegati inklużi iżda mhux limitati għal:
(a) l-isem, sess, numru tal-karta ta’ identità  u indirizz;
(b) ix-xogħol ta’ l-impjegat;
(ċ) id-data tat-twelid;
(d) il-pagi mħallsin;
(e) is-sigħat ta’ xogħol;
(f) id-data ta’ l-ingaġġ;
(g) kopja tar-reġistri jew parti minnhom, miżmuma skond
id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti; u
(h) kull informazzjoni oħra li d-Direttur jista’ jitlob
f’konnessjoni mal-kondizzjonijiet ta’ impjieg ta’ l-
impjegati.
Reat. 10. Kull persuna li tikser id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-
regolamenti tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’
mhux anqas minn ħamsin lira u mhux aktar minn ħames mitt lira.
