FOND TA’ GARANZIJA ġ L.S.452.84 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.84
REGOLAMENTI DWAR FOND TA’ GARANZIJA
1 ta’ Jannar, 2003
L-AVVIŻ LEGALI 432 ta’ l-2002.
Titolu.
Fond ta’ Garanzija.
Tifsir.
Kap. 452.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subregolament (1),
termini u espressjonijiet użati f’dawn ir-regolamenti għandu
jkollhom, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tkunx teħtieġ
xort’oħra, it-tifsira assenjata lilhom fl-Att.
Applikabilità .
minn impjegati dwar pagi mhux imħallsa li jirriżultaw mill-
kuntratti ta’ l-impieg u li jkun hemm kontra prinċipali li huma fi
stat ta’ falliment kif definit fir-regolament 4, iżda ma japplikawx
għal:
(a) ħaddiema ta’ barra sakemm ma jkollhomx kuntratt ta’
impieg bil-miktub;
(b) impjegati domestiċi;
(ċ) qraba tal-prinċipal, bla kuntratt ta’ impieg bil-miktub;
(d) mart jew ir-raġel tal-prinċipal;
(e) persuni li normalment jaħdmu inqas minn tmintax-il
siegħa fil-ġimgħa ma’ prinċipal wieħed jew aktar;
(f) ekwipaġġi ta’ bastimenti li jbaħħru;
(g) impjegat li għal rasu jew mal-konjuġi jew tfal tiegħu
kien il-proprjetarju jew proprjetarju parzjali ta’ l-
azjenda jew negozju tal-prinċipal fl-aħħar ħames snin
qabel il-falliment.
Falliment.
jitqies li hu fi stat ta’ falliment:
Kap. 13.
Kap. 386.
(a) meta tkun saret talba għall-bidu ta’ proċeduri ta’
falliment taħt it-Taqsima III tal-Kodiċi tal-Kummerċ
jew wara li l-Qorti tkun jew appuntat likwidatur jew
amministratur provviżorju, jew likwidatur wara ordni
ta’ għeluq għat-termini ta’ l-Att dwar il-Kumpanniji;
u; jew
(b) jkun stabbilit prima facie mill-Bord għall-
Amministrazzjoni tal-Fond ta’ Garanzija li l-azjenda
jew negozju tal-prinċipal ingħalaq definittivament u li
l-assi li jkun baqa’ m’humicx biżżejjed biex
jiggarantixxu l-ħlas dwar it-talbiet skond ir-
regolament 6:
2 L.S.452.84 ħ FOND TA’ GARANZIJA
Iżda l-Bord għall-Amministrazzjoni tal-Fond ta’ Garanzija
jkollu l-poter li jaħtar esperti biex jgħinuh f’xi materja kkunsidrata
mill-Bord jekk meħtieġ.
Għotja. 5. Il-Fond ta’ Garanzija (minn issa ’l quddiem imsejjah "il-
Fond") stabbilit bis-saħħa ta’ l-artikolu 21 ta’ l-Att qiegħed
jingħata s-somma ta’ mitejn u ħamsin elf lira (Lm 250,000) li
għandhom jitħallsu mill-Fond Konsolidat fuq perjodu massimu ta’
ħames snin bir-rata minima ta’ ħamsin elf lira (Lm 50,000) fis-
sena.
Utilizzazzjoni tal-
Fond ta’ Garanzija.
6. Il-Fond għandu jkun utilizzat biex jiggarantixxi l-hlas ta’
talbiet pendenti ta’ l-impjegati għal pagi li jirriżultaw mill-kuntratti
ta’ servizzi, kif definiti fl-Att, b’dan iżda li:
(a) l-impjegat għandu jirreġistra talba fuq il-Fond mhux
inqas minn xahar wara l-bidu tal-fallimcnt tal-
prinċipal kif definit fir-regolament 4; u
(b) l-impjegat jipprovdi evidenza ċertifikata li hu rreġistra
talba valida għal pagi mhux imħallsin fil-proċeduri ta’
falliment tal-prinċipal; u
Kap. 318.
(ċ) l-ammont massimu mħallas mill-Fond għal kull talba
individwali m’għandux jaqbeż is-somma ekwivalenti
għal tlettax-il ġimgħa paga minima nazzjonali
pagabbli fil-waqt tat-tkeċċija jew terminazzjoni, wara
li jitnaqqsu xi benefiċċji għall-qgħad jew assistenza
soċjali li l-impjegat jista’ jkun intitolat għalihom
skond l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali għall-perjodu li
jibda mid-data tat-terminazzjoni ta’ l-impieg u jispiċċa
fl-aħħar tat-tlettax-il ġimgħa wara tali terminazzjoni; u
(d) it-talba reġistrata minn kull impjegat individwali
għandha tkun limitata għall-ammonti mhux imħallsin
dovuti għal pagi mhux imħallsin li, għall-finijiet ta’
dawn ir-regolamenti, għandhom jikkonsistu fil-paga
bażika, kull sahra maħduma iżda mhux imħallsa, kull
leave li suppost tħallas u kull ħlas mogħti ma’ l-avviż
tas-sensja pagabbli skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att;
(e) it-talba reġistrata minn kull impjegat individwali
tirreferi għal ammonti mhux imħallsin li kienu dovuti
għal pagi pagabbli tul l-aħħar tliet xhur tal-kuntratt ta’
servizz li jokkorru tul perjodu ta’ sitt xhur qabel id-
data tal-bidu tal-falliment tal-prinċipal jew qabel l-
avviż tat-tkeċċija, meta tali avviż ta’ tkeċċija jingħata
minħabba l-falliment tal-prinċipal.
Amministrazzjoni 
tal-Fond ta’ 
Garanzija.
7. (1) Il-Fond għandu jkun amministrat minn Bord ta’
Amministrazzjoni tal-Fond ta’ Garanzija li għandu jkun magħmul
minn:
(a) id-Direttur ta’ l-Impiegi u Relazzjonijiet Industrijali li
għandu jagħmilha ta’ Chairperson;
(b) l-erba’ rappreżentanti ta’ l-impjegati maħturin fuq il-
Bord tar-Relazzjonijiet dwar l-Impiegi skond l-
artikolu 3(2)(ċ) ta’ l-Att;
FOND TA’ GARANZIJA ġ L.S.452.84 3
(ċ) l-erba’ rappreżentanti tal-prinċipali maħturin fuq il-
Bord tar-Relazzjonijiet dwar l-Impiegi skond l-
artikolu 3(2)(d) ta’ l-Att;
(d) membru nominat mill-Ministru tal-Finanzi;
(e) iċ-Chairperson tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u
Taħriġ;
(f) persuna maħtura mill-Ministru li għandha tkun
membru tal-professjoni legali.
(2) Il-Bord ta' Amministrazzjoni tal-Fond ta' Garanzija għandu
jirregola l-proċedura tiegħu stess.
(3) Il-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Fond ta’ Garanzija għandu
jżomm kif għandu jkun kotba tal-kontijiet u dokumenti dwar talbiet
reġistrati u mħallsin mill-Fond u wkoll kull rifuużjoni akkwistata
mill-Fond b’riżultat tad-drittijiet surrogati lilu.
(4) Il-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Fond ta’ Garanzija għandu
jippubblika rapport annwali ta’ l-attivitajiet tiegħu, flimkien mal-
kontijiet annwali verifikati tal-Fond.
Surroga tad-
drittijiet.
8. Meta jirċievi ħlas magħmul mill-Fond ta’ Garanzija, l-
impjegat għandu jiffirma dikjarazzjoni li biha jissurroga lill-Fond
ta’ Garanzija d-drittijiet kollha ta’ l-impjegat għall-ammonti mhux
imħallsin dovuti u għandu jintrabat li jgħaddi lill-Fond ta’
Garanzija kull evidenza, prova jew dikjarazzjonijiet li jsostnu t-
talba tiegħu kontra l-prinċipal u li jippermettu lill-Fond ta’
Garanzija jipproċedi bit-talba kontra l-prinċipal, inkluża rabta li
jixhed f’kull proċeduri li jistgħu jsiru f’konnessjoni mal-falliment
tal-prinċipal jew il-likwidazzjoni jew distribuzzjoni ta’ l-assi tal-
prinċipal.
Reat.
ammonti mhux imħallsin jew li tinsab ħatja li aġixxiet f’kollużjoni
ma’ prinċipal jew impjegat biex takkwista ħlasijiet mill-Fond, tkun
ħatja ta’ reat u teħel, meta tinsab ħatja, multa li hi ekwivalenti għal
għaxar darbiet aktar ta’ l-ammont imħallas mill-Fond, flimkien ma’
xi piena oħra li dak li jkun jista’ jkun suġġett skond xi liġi oħra
applikabbli.
