ĦARSIEN TA’ L-IMPIEGI 
FIT-TRASFERIMENT TA’ NEGOZJU ġ L.S.452.85 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.85
REGOLAMENTI DWAR ĦARSIEN TA’ L-IMPIEGI 
FIT-TRASFERIMENT TA’ NEGOZJU
1 ta’ Jannar, 2003
L-AVVIŻ LEGALI 433 ta’ l-2002.
Titolu.
Ħarsien ta’ l-Impiegi fit-Trasferiment ta’ Negozju.
Tifsiriet.
Kap. 452.
"trasferiment" tfisser trasferiment ta’ azjenda li żżomm l-identità
tagħha bħala grupp organizzat ta’ riżorsi li għandu l-objettiv li
jsegwi attività  ekonomika;
"min jittrasferixxi" tfisser persuna naturali jew legali li, bis-
saħħa ta’ trasferiment ta’ azjenda jew parti minn azjenda, tieqaf
milli tkun il-prinċipal fir-rigward ta’ azjenda jew parti minn
azjenda trasferita b’dan il-mod;
"min jirċievi t-trasferiment" tfisser kull persuna naturali jew
legali li, bis-saħħa ta’ trasferiment, issir il-prinċipal fir-rigward ta’
azjenda jew parti minn azjenda trasferita b’dan il-mod.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subregolament (1),
frażijiet u espressjonijiet użati f’dawn ir-regolamenti għandu
jkollhom, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tkunx teħtieġ
xort’oħra, it-tifsira assenjata lilhom fl-Att.
Applikabilità .
japplika:
(a) għal kull trasferiment ta’ azjenda, negozju, jew parti
minn azjenda jew negozju lil prinċipal ieħor b’riżultat
ta’ trasferiment jew fużjoni legali:
Iżda jkun hemm trasferiment skond dan ir-
rcgolament kull meta jkun hemm trasferiment ta’ enti
ekonomika li tibqa’ żżomm l-identità  tagħha, bl-
objettiv li ssegwi attività  ekonomika;
(b) għal kull azjenda li tagħmel attivitajiet ekonomiċi
kemm jekk dik l-attività  hija ċentrali jew anċillari
kemm jekk le, u kemm jekk tkunx topera għall-qligħ
kemm jekk le;
(ċ) meta u safejn l-azjenda, negozju jew parti mill-azjenda
jew negozju li se jkun ittrasferit ikun sitwat fi stat
membru ta’ xi organizzazzjoni intemazzjonali li Malta
tkun parti fiha jew f’Malta.
(2) L-artikolu 38 ta’ l-Att u dawn ir-regolamenti m’għandux
japplika għal:
(a) xi ri-organizzazzjoni amministrattiva ta’ awtoritajiet
amministrattivi pubbliċi jew it-trasferiment ta’
2 L.S.452.85 ħ
ĦARSIEN TA’ L-IMPIEGI 
FIT-TRASFERIMENT TA’ NEGOZJU
funzjonijiet amministrattivi bejn awtoritajiet
amministrattivi pubbliċi;
(b) bastimenti li jbaħħru.
Applikabilità  ta’ l-
artikolu 38 ta’ l-
Att.
4. L-artikolu 38(2) ta’ l-Att għandu japplika biss għal dawk l-
azjendi li jkunu qed jiġu trasferiti u li jimpjegaw aktar minn
għoxrin impjegat, inklużi l-impjegati kollha full-time u part-time.
Ħarsien tad-
drittijiet ta’ l-
impjegati.
Kap. 318.
5. (1) Ghall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti, l-artikolu 38(1)
u (3) ta’ l-Att għandu japplika fir-rigward tad-drittijiet ta’ l-
impjegati għal benefiċċji ta’ xjuħija, invalidità  jew superstiti taħt
skemi supplimentari ta’ pensjonijiet ta’ kumpaniji barra mid-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali.
(2) It-trasferiment ta’ l-azjenda, negozju jew parti mill-azjenda
jew negozju m’għandux fih innifsu jikkostitwixxi raġuni biżżejjed
għat-tkeċċija ta’ impjegati minn min jittrasferixxi jew minn min
jirċievi t-trasferiment:
Iżda din id-disposizzjoni ma’ timpedixxi ebda tkeċċija li
tista’ ssir għal raġunijiet ekonomiċi, tekniċi jew ta’ organizzazzjoni
li jitolbu li jsiru bidliet fl-għadd ta’ nies li jaħdmu.
(3) Kull meta trasferiment li jinvolvi bidla sostanzjali fil-
kondizzjonijiet tax-xogħol għad-detriment ta’ l-impjegat jirriżulta
fit-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ impjieg, il-prinċipal għandu jitqies
li kien responsabbli għal tali terminazzjoni.
(4) Jekk l-azjenda, negozju jew parti minn azjenda jew
negozju jżommu l-awtonomija tagħhom, l-istatus u l-funzjoni tar-
rappreżentanti ta’ l-impjegati milqutin mit-trasferiment għandhom
jinżammu bl-istess pattijiet u soġġetti għall-istess kondizzjonijiet li
kienu jeżistu qabel id-data tat-trasferiment.
(5) Jekk iż-żmien fil-kariga tar-rappreżentanti ta’ l-impjegati
jiskadi b’riżultat tat-trasferiment, ir-rappreżentanti għandhom
jibqgħu jitqiesu u jingħarfu bħala tali u jgawdu l-protezzjoni
pprovduta mill-Att sa meta jieħu postu rappreżentant ġdid.
Dmir ta’ min 
jittrasferixxi u min 
jirċievi t-
trasferiment li 
jinforma lir-
rappreżentant ta’ l-
impjegati.
6. (1) Għall-finijiet ta’ l-artikolu 38(2) ta’ l-Att, min
jittrasferixxi u min jirċievi t-trasferiment għandhom ikunu
marbutin li jagħtu l-informazzjoni speċifikata hemmhekk permezz
ta’ dikjarazzjoni bil-miktub li jkun fiha l-informazzjoni kollha
speċifikata fl-artikolu 38(2) ta’ l-Att.
(2) Id-dikjarazzjoni bil-miktub imsemmija fis-subregolament
preċedenti għandha tingħadda lir-rappreżentanti ta’ l-impjegati
mill-inqas ħmistax-il ġurnata tax-xogħol qabel isir it-trasferiment
jew qabel ma l-impjegati jintlaqtu direttament mit-trasferiment fir-
rigward tal-kondizzjonijiet ta’ xogħol u impjieg tagħhom, skond
liema jiġi l-ewwel.
(3) L-obbligi mniżżlin fl-artikolu 38(2) ta’ l-Att u fis-
subartikoli preċedenti għandhom japplikaw irrispettivament minn
jekk id-deċiżjoni li twassal għat-trasferiment titteħidx mill-
prinċipal jew minn azjenda li tikkontrolla lill-prinċipal.
(4) Meta jitqies xi ksur allegat ta’ ħtiġiet ta’ informazzjoni u
konsultazzjoni mniżżlin f’dawn ir-regolamenti, l-argument li tali
ĦARSIEN TA’ L-IMPIEGI 
FIT-TRASFERIMENT TA’ NEGOZJU ġ L.S.452.85 3
ksur okkorra minħabba li l-informazzjoni ma ngħatatx minn
azjenda li tikkontrolla lill-prinċipal m’għandux ikun aċċettat bħala
skuża.
Dmir tal-prinċipal 
li jinforma lid-
Direttur 
responsabbli mill-
impjiegi u 
relazzjonijiet 
industrijali.
7. Min jittrasferixxi u min jirċievi t-trasferiment għandu jkun
ukoll marbut li jgħaddi lid-Direttur responsabbli għall-impiegi u
relazzjonijiet industrijali kopja tad-dikjarazzjoni bil-miktub
imsemmija fir-regolament 5 fl-istess ġurnata li dawn jiġu notifikati
lir-rappreżentanti ta’ l-impjegati.
Bidu ta’ 
konsultazzjonijiet.
8. F’dawk il-każijiet meta t-trasferiment jinkludi miżuri li
jolqtu l-kondizzjonijiet ta’ impjieg ta’ l-impjegati trasferiti,
għandhom jinbdew konsultazzjonijiet bejn min jittrasferixxi, min
jirċievi t-trasferiment u rappreżentanti ta’ l-impjegati fi żmien
sebat ijiem mill-ġurnata li fiha r-rappreżentanti ta’ l-impjegati
jkunu ġew notifikati bit-trasferiment propost u tali
konsultazzjonijiet għandhom ikopru l-impatt tat-trasferiment fuq il-
kondizzjonijiet ta’ impjieg ta’ l-impjegati.
Reat.
regolamenti tkun ħatja ta’ reat u tista’, meta tinsab ħatja, teħel
multa ta’ mhux inqas minn ħames mitt lira (Lm 500) għal kull
impjegat milqut mit-trasferiment.
