KUNSILL GĦAX-XOGĦOL FL-EWROPA
(INFORMAZZJONI U KONSULTAZZJONI) ġ L.S.452.86 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.86
REGOLAMENTI DWAR IL-KUNSILL GĦAX-
XOGĦOL FL-EWROPA (INFORMAZZJONI U 
KONSULTAZZJONI)
5 ta’ April, 2004
L-AVVIŻ LEGALI 224 ta’ l-2003.
Titolu u skop.
il-Kunsill għax-Xogħol fl-Ewropa (Informazzjoni u
Konsultazzjoni).
(2) L-iskop ta’ dawn ir-regolamenti hu li jtejjeb id-dritt ta’ l-
impjegati, f’intrapriżi ta’ skala Komunitarja u ta’ gruppi ta’
intrapriżi ta’ skala Komunitarja, biex ikunu infurmati u kkonsultati
permezz tat-twaqqif ta’ Kunsill għax-Xogħol fl-Ewropa jew
arranġamenti ekwivalenti biex jieħdu ħsieb l-informazzjoni u l-
konsultazzjoni ta’ l-impjegati f’kull intrapriża u gruppi ta’
intrapriżi ta’ dix-xorta u biex jimplimentaw id-disposizzjonijiet
tad-Direttiva tal-Kunsill 94/45/EC.
Tifsir.
Kap. 452.
''grupp ta’ intrapriżi'' tfisser intrapriża li tikkontrolla u l-
intrapriżi kkontrollati minnha;
''grupp ta’ intrapriżi ta’ skala Komunitarja'' tfisser grupp ta’
intrapriżi li jkollu l-karatteristiċi li ġejjin:
- mill-inqas total ta’ elf impjegat impjegati fi Stati
Membri,
- mill-inqas żewġ gruppi ta’ intrapriżi fi Stati Membri
differenti, u
- mill-inqas intrapriża waħda ta’ grupp b’mill-inqas
mija u ħamsin impjegat fi Stat Membru wieħed u mill-
inqas intrapriża waħda oħra ta’ grupp b’mill-inqas
mija u ħamsin impjegat fi Stat Membru ieħor;
''intrapriża'' tfisser kull forma ta’ attività  ekonomika;
''intrapriża ta’ skala Komunitarja'' tfisser kull intrapriża b’mill-
inqas elf impjegat fl-Istati Membri u li jkollha wkoll mill-inqas
mija u ħamsin impjegat f’mill-inqas żewġ Stati Membri;
''intrapriża li tikkontrolla'' tfisser intrapriża li tista’ teżerċita
influwenza dominanti fuq intrapriża oħra, hawn iżjed ’il quddiem
imsejjħa l-intrapriża kkontrollata, bis-saħħa ta’, fost raġunijiet
oħra, proprjetà , parteċipazzjoni finanzjarja jew ir-regoli li jreġuha;
''konsultazzjoni'' tfisser l-iskambju ta’ fehmiet u t-twaqqif ta’
djalogu bejn rappreżentanti ta’ l-impjegati u t-tmexxija ċentrali jew
xi livell aktar adatt ta’ tmexxija;
''Korp Negozjatur Speċjali'' tfisser il-korp stabbilit skond ir-
regolamenti 5 u 6 biex jinnegozja mat-tmexxija ċentrali dwar it-
2 L.S.452.86 ħ
KUNSILL GĦAX-XOGĦOL FL-EWROPA
(INFORMAZZJONI U KONSULTAZZJONI)
twaqqif ta’ Kunsill għax-Xogħol fl-Ewropa jew ekwivalenti ieħor
tiegħu proċedura għall-informazzjoni u konsultazzjoni ta’ l-
impjegati;
''Kunsill għax-Xogħol fl-Ewropa'' tfisser il-kunsill stabbilit
skond -
(a) id-disposizzjonijiet tar-regolament 7 jew ir-regolament
8 u ta’ l-Iskeda,
(b) fejn hu adatt, id-disposizzjonijiet tal-liġi jew prattika
ta’ l-Istat Membru minbarra Malta li huma maħsuba
biex idaħħlu fis-seħħ l-artikolu 6 jew l-artikolu 7 tad-
Direttiva tal-Kunsill ta’ UE 94/45/EC u l-Anness li
hemm magħha;
''rappreżentant ta’ l-impjegati'' tfisser jew ir-rappreżentant ta’ l-
union rikonoxxuta jew, fil-każ ta’ impjegati li m’humiex f’union,
ir-rappreżentant jew rappreżentanti eletti debitament minn fost l-
impjegati;
''stabbiliment'' f’dak li għandu x’jaqsam ma’ intrapriża, tfisser
diviżjoni ta’ l-intrapriża separata fiżikament minn partijiet oħra ta’
l-intrapriża;
''Stat Membru'' tfisser stat membru ta’ l-Unjoni Ewropea jew taż-
Żona Ekonomika Ewropea;
''tmexxija ċentrali'' tfisser it-tmexxija ċentrali ta’ l-intrapriża
jew, fil-każ ta’ grupp ta’ intrapriżi ta’ skala Komunitarja, ta’ l-
intrapriża li tikkontrolla.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subregolament (1),
kliem u frażijiet użati f’dawn ir-regolamenti għandu jkollhom,
sakemm ir-rabta tal-kliem ma tkunx titlob mod ieħor, it-tifsira
mogħtija lilhom fl-Att.
(3) Il-livelli preskritti biex jiddeterminaw jekk intrapriża hix
intrapriża ta’ skala Komunitarja jew grupp ta’ intrapriżi ta’ skala
Komunitarja, għandhom ikunu bbażati fuq in-numru ta’ impjegati li
jkunu impjegati mill-intrapriża jew mill-grupp ta’ intrapriżi li,
għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti, għandu jkun ikkalkolat kif
ġej:
Kap. 318.
(a) fil-każ ta’ impjegati f’Malta, skond il-medja ta’
impjegati li kienu impjegati tul il-perijodu ta’ sentejn
li jagħlaq fl-aħħar ġurnata tax-xahar li jiġi qabel ix-
xahar li ma tulu tkun saret talba skond ir-regolament 4,
kemm jekk dawn l-impjegati jkollhom kuntratt definit
kemm jekk dan ikun wieħed indefinit, u jinkludi
impjegati part-time li l-impjieg part-time tagħhom
ikun l-impjieg ewlieni tagħhom u li fir-rigward tiegħu
jridu jitħallsu l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà  soċjali
skond l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali,
(b) fil-każ ta’ impjegati fi Stati Membri oħra, skond il-
medja ta’ impjegati li jkunu ġew impjegati tul perijodu
ta’ sentejn kif imsemmi fil-paragrafu preċedenti skond
il-liġijiet viġenti u, jew li jkunu skond il-prattika f’dak
l-istat li jdaħħlu fis-seħħ id-Direttiva tal-Kunsill ta’ l-
KUNSILL GĦAX-XOGĦOL FL-EWROPA
(INFORMAZZJONI U KONSULTAZZJONI) ġ L.S.452.86 3
UE 94/45/EC.
(4) Il-ħila ta’ intrapriża li teżerċita influwenza dominanti
għandha tkun preżunta, sakemm ma jkunx ippruvat il-kuntrarju,
meta, f’relazzjoni ma’ intrapriża oħra, direttament jew
indirettament, intrapriża:
(i) jkollha maġġoranza tal-kapital sottoskritt ta’ dik
l-intrapriża; jew
(ii) tkun tikkontrolla maġġoranza tal-voti marbutin
mal-kapital ta’ ishma maħruġ ta’ dik l-
intrapriża; jew 
(iii) tista’ tappunta aktar minn nofs il-membri tal-
korp amministrattiv, maniġerjali jew ta’
superviżjoni ta’ dik l-intrapriża.
(5) Għall-finijiet tas-subregolament (4)(ii), id-drittijiet li l-
intrapriża li tikkontrolla jkollha fir-rigward tal-votazzjoni u ħatriet,
għandhom jinkludu d-drittijiet ta’ kull intrapriża kkontrollata oħra
tagħha u dawk ta’ kull persuna li taġixxi f’isimha jew korp li
jaġixxu f’ismu iżda f’isem l-intrapriża li tikkontrolla jew f’isem xi
intrapriża kkontrollata minnha oħra.
(6) Minkejja dak hawn qabel imsemmi f’dawn ir-regolamenti,
intrapriża m’għandhiex titqies bħala intrapriża li tikkontrolla
intrapriża oħra li jkollha ishma fiha meta l-intrapriża hawn qabel
imsemmija l-ewwel tkun kumpannija li tissemma fl-Artikolu 3(5)
(a) u (ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (EEC) Num. 4964/89 tal-21 ta’
Diċembru 1989, fuq il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn
intrapriżi.
(7) Influwenza dominanti m’għandhiex tkun preżunta li tkun
eżerċitata biss bis-saħħa tal-fatt li detentur ta’ kariga jkun qed
jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu, skond il-liġi ta’ l-Istat Membru fejn
tkun sitwata l-intrapriża, li tirrigwarda l-istralċ, ix-xoljiment, l-
insolvenza, twaqqif ta’ pagamenti, il-kompożizzjoni ta’ kredituri
jew proċeduri bħal dawk.
(8) Il-liġi applikabbli biex tiddetermina jekk intrapriża hix
intrapriża li tikkontrolla għandha tkun il-liġi ta’ l-Istat Membru li
jrieġi dik l-intrapriża. Meta l-liġi li trieġi intrapriża ma tkunx dik
ta’ Stat Membru, il-liġi applikabbli tkun il-liġi ta’ l-Istat Membru li
fit-territorju tiegħu jkun sitwat ir-rappreżentant ta’ l-intrapriża jew,
fin-nuqqas ta’ dan r-rappreżentant, it-tmexxija ċentrali tal-grupp ta’
l-intrapriża li jimpjega l-ogħla numru ta’ impjegati f’xi wieħed
mill-Istati Membri.
(9) Meta, fil-każ ta’ konflitt ta’ liġijiet fl-applikazzjoni tas-
subregolament (4), żewġ intrapriżi jew aktar jissodisfaw xi wieħed
jew aktar mill-kriterji mniżżlin f’dak is-subregolament, l-intrapriża
li tissodisfa l-kriterju mniżżel fis-subregolament (4)(iii) għandha
titqies bħala l-intrapriża li tikkontrolla, bla preġudizzju għal kull
prova li intrapriża oħra tista’ tkun tista’ teżerċita influwenza
dominanti.
Responsabbiltajiet 
tat-tmexxija 
ċentrali.
3. (1) It-tmexxija ċentrali għandha tkun responsabbli biex
toħloq u żżomm il-kondizzjonijiet u l-mezzi neċessarji għat-
twaqqif ta’ Kunsill għax-Xogħol fl-Ewropa, jew proċedura
4 L.S.452.86 ħ
KUNSILL GĦAX-XOGĦOL FL-EWROPA
(INFORMAZZJONI U KONSULTAZZJONI)
alternattiva ta’ informazzjoni u konsultazzjoni, f’intrapriża ta’
skala Komunitarja jew grupp ta’ intrapriżi ta’ skala Komunitarja
meta:
(a) it-tmexxija ċentrali tkun tinstab f’Malta;
(b) it-tmexxija ċentrali ma tkunx tinstab fi Stat Membru u
l-aġent rappreżentattiv tat-tmexxija ċentrali (li għandu
jinħatar jekk ikun meħtieġ) ikun jinsab f’Malta; jew
(ċ) la t-tmexxija ċentrali u lanqas l-aġent rappreżentattiv
tat-tmexxija ċentrali (kemm għaliex ikun maħtur
kemm jekk le) ikun jinsab fi Stat Membru u -
(i) fil-każ ta’ intrapriża ta’ skala Komunitarja, ikun
hemm impjegati fi stabbiliment, li jkun jinsab
f’Malta, aktar impjegati min-numru ta’
impjegati f’xi stabbiliment ieħor li hu sitwat fi
Stat Membru ieħor, jew
(ii) fil-każ ta’ grupp ta’ intrapriżi ta’ skala
Komunitarja, ikun hemm impjegati f’intrapriża
tal-grupp li tkun sitwata f’Malta aktar impjegati
min-numru ta’ impjegati f’xi intrapriża tal-grupp
oħra li tkun sitwata fi Stat Membru ieħor, 
u t-tmexxija ċentrali tibda, jew tkun meħtieġa tibda, negozjati għal
Kunsill għax-Xogħol fl-Ewropa jew proċedura ta’ informazzjoni u
konsultazzjoni skond ir-regolament 5.
(2) Meta jkun li japplikaw iċ-ċirkostanzi deskritti fis-
subregolament (1)(b) jew (1)(ċ), it-tmexxija ċentrali għandha
titqies, għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti, bħala li qiegħda
Malta u -
(a) l-aġent rappreżentattiv imsemmi fil-paragrafu (1)(b);
jew
(b) it-tmexxija ta’ l-istabbiliment imsemmija fis-
subregolament (1)(ċ)(i) jew ta’ l-intrapriża tal-grupp
imsemmija fis-subregolament (1)(ċ)(ii),
għandhom jitqiesu, rispettivament, bħala t-tmexxija ċentrali.
(3) Ikun id-dmir tat-tmexxija ta’ l-istabbilimenti ta’ intrapriża
ta’ skala Komunitarja li tkun tinsab f’territorju Malti jew tat-
tmexxija ta’ intrapriżi li jiffurmaw parti minn grupp ta’ intrapriżi
ta’ skala Komunitarja li jkunu jinsabu f’territorju Malti, skond il-
każ, li tikkonforma mad-disposizzjonijiet rilevanti ta’ dawn ir-
regolamenti irrispettivament minn jekk it-tmexxija ċentrali tkunx
tinsab Malta jew le.
Talbiet ta’ 
impjegati għal 
informazzjoni.
4. (1) Impjegat jew rappreżentant ta’ l-impjegati jista’
jippreżenta talba bil-miktub għal informazzjoni mit-tmexxija ta’
stabbiliment jew ta’ intrapriża f’Malta, bl-iskop li jkun determinat
jekk, fil-każ ta’ stabbiliment, tkunx parti minn intrapriża ta’ skala
Komunitarja jew ta’ grupp ta’ intrapriżi ta’ skala Komunitarja, jew,
fil-każ ta’ intrapriża, tkunx intrapriża ta’ skala Komunitarja jew
tkunx parti minn grupp ta’ intrapriżi ta’ skala Komunitarja.
(2) It-tmexxija ta’ stabbiliment jew intrapriża li ssirilha talba
KUNSILL GĦAX-XOGĦOL FL-EWROPA
(INFORMAZZJONI U KONSULTAZZJONI) ġ L.S.452.86 5
taħt is-subregolament (1) għandha tagħti lill-impjegat jew lir-
rappreżentant ta’ l-impjegati li jkun għamel it-talba, informazzjoni
fuq in-numru medju ta’ impjegati li jkunu impjegati mill-intrapriża
jew, skond il-każ, il-grupp ta’ intrapriżi, f’Malta u f’kull wieħed
mill-Istati Membri l-oħra fis-sentejn li jiġu immedjatament qabel
id-data tat-talba, u dan fi żmien xahar minn meta tasal it-talba.
(3) In-nuqqas li tingħata l-informazzjoni kif ipprovdut fis-
subregolament preċedenti jew l-għoti ta’ informazzjoni falza jew
mhux kompleta għandu jitqies bħala reat kontra dawn ir-
regolamenti.
Twaqqif ta’ Korp 
Negozjatur 
Speċjali.
5. (1) Ikun id-dmir tat-tmexxija ċentrali li twaqqaf Korp
Negozjatur Speċjali biex jinnegozja mat-tmexxija ċentrali t-twaqqif
ta’ Kunsill għax-Xogħol fl-Ewropa jew proċedura alternattiva
għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni.
(2) It-tmexxija ċentrali għandha tibda tieħu passi biex taqdi l-
obbligi msemmija fil-paragrafu preċedenti, jew 
(a) b’inizjattiva tagħha stess, jew
(b) meta tirċievi talba jew talbiet bil-miktub mill-inqas
minn total ta’ mitt impjegat, jew mir-rappreżentanti ta’
l-impjegati li mill-inqas jirrappreżentaw dak in-numru,
f’mill-inqas żewġ intrapriżi jew stabbilimenti f’mill-inqas żewġ
Stati Membri differenti, indirizzati jew lit-tmexxija ċentrali jew lit-
tmexxija lokali, kemm jekk jaslu bħala talba waħda jew bħala
numru ta’ talbiet separati, f’data waħda jew f’dati diversi.
(3) It-tmexxija ċentrali għandha tibda negozjati mal-Korp
Negozjatur Speċjali fuq it-twaqqif ta’ Kunsill għax-Xogħol fl-
Ewropa fi żmien sitt xhur mid-data tal-wasla ta’ talba bil-miktub
valida.
(4) Meta t-talba ssir lit-tmexxija lokali bis-saħħa tas-
subregolament (2)(b), it-tmexxija lokali għandha tiżgura li t-talba
tingħadda lit-tmexxija ċentrali fi żmien ħmistax-il ġurnata minn
meta tasal u kull dewmien li jista’ jkun evitat jew mhux raġonevoli
wara dak iż-żmien għat-trasmissjoni tat-talba lit-tmexxija ċentrali
m’għandux minnu nnifsu jtawwal il-perijodu ta’ sitt xhur imsemmi
fis-subregolament 2(ċ).
Funzjonijiet u 
proċeduri tal-Korp 
Negozjatur 
Speċjali.
6. (1) Il-funzjoni tal-Korp Negozjatur Speċjali għandha tkun
li jinnegozja mat-tmexxija ċentrali biex isir ftehim bil-miktub biex
jistabbilixxi l-iskop, il-kompożizzjoni, il-funzjonijiet u l-perijodu
fil-kariga tal-Kunsill għax-Xogħol fl-Ewropa jew arranġamenti
alternattivi biex titwaqqaf proċedura għall-informazzjoni u
konsultazzjoni ta’ l-impjegati.
(2) Il-Korp Negozjatur Speċjali għandu jkun mill-inqas
magħmul minn tliet membri li għandhom ikunu eletti jew maħtura
skond il-kriterji li ġejjin:
(a) membru wieħed li jirrappreżenta lil kull Stat Membru
li fih intrapriża ta’ skala Komunitarja għandha
stabbiliment jew aktar, jew li l-grupp ta’ intrapriżi ta’
skala Komunitarja jkollu l-intrapriża li tikkontrolla
6 L.S.452.86 ħ
KUNSILL GĦAX-XOGĦOL FL-EWROPA
(INFORMAZZJONI U KONSULTAZZJONI)
jew intrapriża kkontrollata waħda jew aktar; u
(b) membru addizzjonali ieħor minn Stat Membru fejn
mill-inqas hemm impjegati 25% iżda inqas minn 50%
ta’ l-impjegati ta’ l-intrapriża jew grupp ta’ intrapriżi
li huma impjegati fl-Istati Membri;
(ċ) żewġ membri addizzjonali minn Stat Membru fejn
mill-inqas huma impjegati 50% iżda inqas minn 75%
ta’ l-impjegati ta’ l-intrapriża jew grupp ta’ intrapriżi
li huma impjegati fl-Istati Membri;
(d) tliet membri addizzjonali minn Stat Membru li fih
huma impjegati aktar minn 75% ta’ l-impjegati ta’
intrapriża jew grupp ta’ intrapriżi li huma impjegati fl-
Istati Membri.
(3) Rappreżentanti ta’ l-impjegati minn pajjiżi li m’humiex
Stati Membri jistgħu jitħallew jipparteċipaw fil-laqgħat u l-
attivitajiet tal-Kunsill għax-Xogħol fl-Ewropa jekk ikun hemm qbil
dwar dan bejn it-tmexxija ċentrali u l-Korp Negozjatur Speċjali,
iżda ma jkollhomx dritt għall-vot.
(4) Il-metodu ta’ għażla tal-membri Maltin biex iservu fil-Korp
Negozjatur Speċjali għandu jkun dak ta’ elezzjoni minn fost
kandidati eliġibbli li jissodisfaw il-kriterji mniżżlin fir-regolament
2(3)(a) u li fid-data tan-nomina tagħhom ma jkunux fil-perjodu ta’
probazzjoni, u t-tmexxija ċentrali għandha taħtar persuna
responsabbli biex taġixxi ta’ kontrollur ħalli jieħu ħsieb il-proċess
kollu tan-nomini u elezzjoni, u l-ispejjeż relatati mal-proċess tal-
ħatra jew elezzjoni tal-Korp Negozjatur Speċjali għandhom isiru
mit-tmexxija ċentrali.
(5) Id-data għan-nomina ta’ kandidati, li għandha tkun
stabbilita mill-kontrollur tal-votazzjoni, għandha tkun fi żmien
xahrejn mid-data minn meta tkun saret it-talba biex jinbdew
negozjati fuq ftehim biex jitwaqqaf Kunsill għax-Xogħol fl-Ewropa
jew minn meta t-tmexxija ċentrali tkun ħadet id-deċiżjoni li tibda
negozjati fuq inizjattiva tagħha nnifisha, skond liema data tiġi l-
ewwel.
(6) Meta n-numru ta’ kandidati fil-ġurnata tan-nomini jkun
daqs in-numru ta’ rappreżentanti li jridu jiġu eletti għall-Korp
Negozjatur Speċjali, dawn għandhom jitqiesu awtomatikament
maħturin fil-Korp Negozjatur Speċjali.
(7) Meta n-numru ta’ kandidati fil-ġurnata tan-nomini jaqbeż
in-numru ta’ rappreżentanti li jridu jiġu eletti fil-Korp Negozjatur
Speċjali, għandhom isiru arranġamenti mit-tmexxija biex issir
votazzjoni sigrieta biex ikun elett in-numru meħtieġ ta’
rappreżentanti.
(8) Arranġamenti biex issir din l-elezzjoni għandhom ikunu
finalizzati mit-tmexxija ċentrali fi żmien xahar minn meta jiskadi l-
perjodu msemmi fis-subregolament (5) u t-tmexxija ċentrali
għandha tiżgura li l-proċess tan-nomini u l-elezzjoni nnifisha jkunu
kkontrollati mill-kontrollur ta’ l-elezzjoni. L-elezzjoni nnifisha,
jekk tkun meħtieġa, għandha ssir fi żmien xahrejn mid-data meta
jiskadi l-perjodu msemmi fis-subregolament (5).
KUNSILL GĦAX-XOGĦOL FL-EWROPA
(INFORMAZZJONI U KONSULTAZZJONI) ġ L.S.452.86 7
(9) Kull impjegat li jkun impjegat fil-ġurnata jew ġranet ta’ l-
elezzjoni u jkun jissodisfa l-kriterji msemmija fir-regolament
2(3)(a) għandu jkun intitolat li jivvota f’din l-elezzjoni.
(10) Kull persuna tista’ tressaq ilment bil-miktub fir-rigward ta’
kull aspett relatat ma’ l-elezzjoni ta’ rappreżentanti fil-Korp
Negozjatur Speċjali inkluża l-eliġibilità  li wieħed jikkontesta l-
elezzjoni, l-eliġibilità  għall-vot jew l-organizzazzjoni ta’ din l-
elezzjoni, lid-Direttur responsabbli għar-Relazzjonijiet Industrijali
u Impjiegi li għandu jinvestiga jekk dak l-ilment ikunx ibbażat kif
għandu jkun, u li jista’ jordna li jittieħdu miżuri xierqa minn kull
persuna involuta biex jitneħħew ir-raġunijiet għal ilmenti li jkunu
motivati kif imiss, u kull deċiżjoni meħuda mid-Direttur fuq kull
materja relatata ma’ l-organizzazzjoni ta’ l-elezzjoni għandha tkun
finali.
(11) Ikun id-dmir tal-kontrollur ta’ l-elezzjoni li jgħaddi r-
riżultati formali tal-proċess tan-nomini jew ta’ l-elezzjoni li ssir
biex jinħatar il-Korp Negozjatur Speċjali, skond il-każ, lit-tmexxija
ċentrali u lit-tmexxija lokali kemm jista’ jkun prattikament malajr,
u f’kull każ fi żmien xahar wara d-data ta’ l-elezzjoni jew ħatra tal-
membri tiegħu.
(12) Bil-ħsieb li jintlaħaq il-ftehim imsemmi fir-regolament 7,
it-tmexxija ċentrali għandha tlaqqa’ laqgħa mal-Korp Negozjatur
Speċjali u għandha tgħarraf b’dan lil dawk li jmexxu l-lokalitajiet
diversi.
(13) Bla ħsara għas-subregolament (14), il-Korp Negozjatur
Speċjali għandu jieħu d-deċiżjonijiet b’maġġoranza tal-voti
mitfugħin mill-membri tiegħu u kull membru tal-Korp Negozjatur
Speċjali għandu jkollu vot wieħed.
(14) Il-Korp Negozjatur Speċjali jista’ jiddeċiedi, b’mill-inqas
żewġ terzi tal-voti, li ma jiftaħx negozjati skond is-subregolament
(7) ta’ dan ir-regolament, jew li jittermina n-negozjati diġà  miftuħa,
f’liema każ ma japplikawx id-disposizzjonijiet ta’ l-Iskeda ta’ dawn
ir-regolamenti.
(15) Talba ġdida għat-tlaqqigħ tal-Korp Negozjatur Speċjali
tista’ ssir mhux qabel sentejn wara li tkun ittieħdet id-deċiżjoni
msemmija fis-subregolament (9) ta’ dan ir-regolament, sakemm il-
partijiet involuti ma jaqblux fuq perjodu iqsar.
(16) Għall-finijiet tan-negozjati, il-Korp Negozjatur Speċjali
jista’ jkun megħjun minn esperti li jagħżel hu nnifsu.
(17) Kull spiża raġonevoli relatata man-negozjati msemmija
f’dan ir-regolament għandha titħallas mit-tmexxija ċentrali biex il-
Korp Negozjatur Speċjali ikun jista’ jaqdi l-funzjoni tiegħu kif
imiss.
(18) Għall-finijiet tas-subregolament preċedenti, spejjeż
raġonevoli għandhom jinkludu l-ispejjeż tal-laqgħat tal-Korp
Negozjatur Speċjali, kemm mat-tmexxija ċentrali kemm mod ieħor,
inklużi l-ispejjeż tal-materjal, tal-post, traduzzjonijiet, ivvjaġġar u
akkomodazzjoni, u l-ispejjeż ekwivalenti għal espert wieħed għal
kull laqgħa.
8 L.S.452.86 ħ
KUNSILL GĦAX-XOGĦOL FL-EWROPA
(INFORMAZZJONI U KONSULTAZZJONI)
Kontenut tal-
ftehim.
7. (1) It-tmexxija ċentrali u l-Korp Negozjatur Speċjali
għandhom ikunu obbligati jinnegozjaw fi spirtu ta’ koperazzjoni
bil-ħsieb li jilħqu ftehim bil-miktub fuq arranġamenti dettaljati
għall-informazzjoni u konsultazzjoni ta’ impjegati f’intrapriża ta’
skala Komunitarja jew fi grupp ta’ intrapriżi ta’ skala Komunitarja.
(2) It-tmexxija ċentrali u l-Korp Negozjatur Speċjali jistgħu
jiddeċiedu bil-miktub li jistabbilixxu proċedura alternattiva ta’
informazzjoni u konsultazzjoni flok Kunsill għax-Xogħol fl-
Ewropa.
(3) Meta t-tmexxija ċentrali u l-Korp Negozjatur Speċjali jaslu
għal ftehim li jagħmel arranġamenti għall-informazzjoni u
konsultazzjoni ta’ l-impjegati, kemm jekk dan jinvolvi t-twaqqif ta’
Kunsill għax-Xogħol fl-Ewropa kemm proċedura alternattiva ta’
informazzjoni u konsultazzjoni, il-ftehim għandu jistabbilixxi:
(a) l-intrapriżi tal-grupp ta’ intrapriżi ta’ skala
Komunitarja, jew l-istabbilimenti ta’ l-intrapriża ta’
skala Komunitarja, koperti mill-ftehim, 
(b) it-tul ta’ żmien kemm idum il-ftehim u l-proċedura
biex ikun negozjat mill-ġdid, u
(ċ) il-metodu li bih l-informazzjoni mgħoddija lir-
rappreżentanti ta’ l-impjegati għandha tingħadda lill-
impjegati fl-Istati Membri differenti u l-opinjoni ta’ l-
impjegati dwar l-informazzjoni mgħoddija b’dan il-
mod għandha tkun reġistrata irrispettivament minn
f’liema Stat Membru tkun qiegħda t-tmexxija ċentrali.
(4) Meta ftehim jitlob it-twaqqif ta’ Kunsill għax-Xogħol fl-
Ewropa, għandu jistabbilixxi wkoll:
(a) il-kompożizzjoni tal-Kunsill għax-Xogħol fl-Ewropa,
in-numru ta’ membri, l-allokazzjoni tas-siġġijiet u ż-
żmien tal-kariga;
(b) il-funzjonijiet, u l-proċedura għall-informazzjoni u l-
konsultazzjoni, tal-Kunsill;
(ċ) il-post, il-frekwenza u t-tul tal-laqgħat tal-Kunsill; u
(d) ir-riżorsi finanzjarji u materjali li għandhom ikunu
allokati lill-Kunsill.
(5) Meta ftehim jitlob it-twaqqif ta’ proċedura alternattiva ta’
informazzjoni u konsultazzjoni, għandu wkoll jiddetermina:
(a) x’għandha tkun dik il-proċedura,
(b) is-suġġetti ta’ l-informazzjoni u konsultazzjoni,
(ċ) il-metodi li għandhom jintużaw biex ir-rappreżentanti
ta’ l-impjegati fl-Istati Membri differenti jistgħu
jiltaqgħu biex jiskambjaw ideat dwar l-informazzjoni
mgħoddija lilhom, u
(d) ir-riżorsi finanzarji u riżorsi oħra li għandhom ikunu
allokati biex jiżguraw it-tħaddim ta’ proċedura u li
jsiru l-laqgħat imsemmija fil-paragrafu (ċ).
(6) Ftehim imsemmi fis-subregolament (3) jew (4) m’għandux
KUNSILL GĦAX-XOGĦOL FL-EWROPA
(INFORMAZZJONI U KONSULTAZZJONI) ġ L.S.452.86 9
ikun oġġett għad-disposizzjonijiet ta’ l-Iskeda, ħlief sal-limitu li l-
partijiet jipprovdu fil-ftehim dwar l-applikazzjoni ta’ wħud minn
dawk il-ħtiġiet.
(7) Meta grupp ta’ intrapriżi ta’ skala Komunitarja jkun
jikkonsisti f’intrapriża waħda jew aktar jew fi gruppi ta’ intrapriżi
li huma nnifishom intrapriżi ta’ skala Komunitarja jew gruppi ta’
intrapriżi ta’ skala Komunitarja, il-Kunsill għax-Xogħol fl-Ewropa
għandu jitwaqqaf fil-livell tal-grupp ta’ intrapriżi ta’ skala
Komunitarja hawn qabel imsemmi, sakemm il-ftehim imsemmi fis-
subregolament (3) ma jkunx jipprovdi mod ieħor.
(8) Sakemm ma jkunx ipprovdut skop usa’ fil-ftehim imsemmi
fis-subregolament (1), is-setgħat u kompetenza tal-Kunsill għax-
Xogħol fl-Ewropa u l-iskop ta’ proċedura ta’ informazzjoni u
konsultazzjoni għandhom, fil-każ ta’ intrapriża ta’ skala
Komunitarja, ikopru l-istabbilimenti li jkunu jinsabu fl-Istati
Membri u, fil-każ ta’ grupp ta’ intrapriżi ta’ skala Komunitarja, l-
intrapriżi tal-grupp kollha li jkunu qegħdin fl-Istati Membri.
(9) Il-Korp Negozjatur Speċjali għandu jibqa’ jeżisti biss
sakemm jibqa’ jkollu l-funzjoni li jinnegozja ftehim li jwassal għat-
twaqqif ta’ Kunsill għax-Xogħol fl-Ewropa jew proċedura ta’
informazzjoni u konsultazzjoni, u għandu jxolji awtomatikament
malli jieqaf milli jkollu dik il-funzjoni.
Ħtiġiet sussidjarji.
dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw jekk tibqa’ għaddejja xi
waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ hawn taħt:
(a) meta t-tmexxija ċentrali u l-Korp Negozjatur Speċjali
jiddeċiedu hekk, jew
(b) meta t-tmexxija ċentrali tirrifjuta li tibda negozjati fi
żmien sitt xhur mit-talba msemmija fir-regolament
5(1), jew
(ċ) meta, wara tliet snin mid-data ta’ din it-talba, il-
partijiet ma jkunux jistgħu jikkonkludu ftehim kif
imniżżel fir-regolament 7 u l-Korp Negozjatur Speċjali
ma jkunx ħa d-deċiżjoni li jipprovdi dwarha r-
regolament 6(4).
(2) Meta l-ħtiġiet sussidjarji japplikaw għal intrapriża jew
grupp ta’ intrapriżi, it-tmexxija ċentrali għandha, fi żmien kemm
jista’ jkun prattikabbli iżda mhux aktar tard minn sitt xhur wara li
jsiru applikabbli l-ewwel darba, tkun tikkonforma mal-ħtiġiet.
Informazzjoni 
konfidenzjali.
9. (1) Membri tal-Korp Negozjatur Speċjali u tal-Kunsill
għax-Xogħol fl-Ewropa, jew ta’ xi korp ieħor stabbilit taħt dawn ir-
regolamenti biex jiffaċilita l-informazzjoni u l-konsultazzjoni ma’
l-impjegati, u wkoll kull persuna li tkun qed tgħinhom,
m’għandhomx jikxfu xi informazzjoni li tkun ingħatatilhom
konfidenzjalment u din il-projbizzjoni għandha tapplika saħansitra
wara li jiskadi ż-żmien tal-kariga tal-persuni involuti:
Iżda persuna tista’, skond id-dmirijiet tagħha bħala
membru, espert jew rappreżentant ta’ l-impjegati fil-proċedura,
tiżvela dik l-informazzjoni:
10 L.S.452.86 ħ
KUNSILL GĦAX-XOGĦOL FL-EWROPA
(INFORMAZZJONI U KONSULTAZZJONI)
(a) lill-Korp jew lill-Kunsill li tiegħu kienet membru,
(b) lil xi rappreżentant ieħor ta’ l-impjegati fil-proċedura,
jew
(ċ) lill-membru, korp jew persuna li magħhom tkun jew
kienet xi darba impjegata bħala konsulenta.
(2) Mingħajr preġudizzju għar-regolament 4, it-tmexxija
ċentrali m’għandhiex tkun obbligata tgħaddi ċerta informazzjoni
lill-Korp Negozjatur Speċjali, lill-Kunsill għax-Xogħol fl-Ewropa,
jew f’konnessjoni ma’ proċedura alternattiva ta’ informazzjoni u
konsultazzjoni -
(a) meta tista’ turi li l-iżvelar x’aktarx li jippreġudika
b’mod sinifikanti u ħażin il-qagħda ekonomika jew
finanzjarja ta’ intrapriża jew grupp ta’ intrapriżi jew li
jkun jikser xi regoli statutorji jew regolatorji, jew
(b) meta l-informazzjoni hija tali li tkun tikkonforma ma’
kriterji objettivi biex wieħed jiddetermina li għandha
tkun miżmuma sigrieta kif miftiehem bejn it-tmexxija
ċentrali u l-Korp Negozjatur Speċjali, il-Kunsill għax-
Xogħol fl-Ewropa jew ir-rappreżentanti ta’ l-impjegati
għall-proċedura ta’ informazzjoni u konsultazzjoni.
Ħarsien tar-
Rappreżentanti ta’ 
l-Impjegati.
10. (1) Membri tal-Korp Negozjatur Speċjali jew membri tal-
Kunsill għax-Xogħol fl-Ewropa jew ta’ xi korp ieħor imwaqqaf bis-
saħħa ta’ dawn ir-regolamenti għandhom, fl-eżerċizzju tal-
funzjonijiet tagħhom, igawdu l-istess protezzjoni bħalma jgawdi
rappreżentant ta’ l-impjegati skond l-artikolu 36(14)(a) ta’ l-Att.
(2) Dawk il-membri msemmija fis-subregolament preċedenti
għandu jkollhom il-permess jattendu kull laqgħa tal-Korp
Negozjatur Speċjali, tal-Kunsill għax-Xogħol fl-Ewropa jew xi
laqgħa oħra fil-kuntest tal-ftehim imsemmi fir-regolament 7(2) u
għandhom jitħallsu l-paga tagħhom tul il-perjodu ta’ assenza mill-
post tax-xogħol tagħhom skond ma jkun meħtieġ biex ikunu jistgħu
jaqdu dmirijiethom konformement ma’ dawn ir-regolamenti.
Drittijiet eżistenti 
ta’ l-impjegati.
11. Dawn ir-regolamenti għandhom ikunu mingħajr
preġudizzju għal xi drittijiet eżistenti għal informazzjoni u
konsultazzjoni li l-impjegati jista’ jkollhom bis-saħħa ta’
leġislazzjoni eżistenti.
Ftehim eżistenti. 12. (1) L-obbligi li jirriżultaw minn dawn ir-regolamenti
m’għandhomx ikunu japplikaw għal intrapriżi ta’ skala
Komunitarja jew għal gruppi ta’ intrapriżi ta’ skala Komunitarja li
dwarhom, fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dawn ir-regolamenti, diġà
kien hemm ftehim li jkopri l-forza tax-xogħol kollha u li jipprovdi
għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni transnazzjonali ta’ l-
impjegati.
(2) Meta kull tali ftehim imsemmi fis-subregolament
preċedenti jiskadi, il-partijiet f’kull ftehim bħal dak jistgħu
jiftiehmu bejniethom biex iġedduhom, iżda, fin-nuqqas ta’ xi
ftehim bil-miktub bħal dak, għandhom jibdew il-proċess biex
iwaqqfu Kunsill għax-Xogħol fl-Ewropa kif imsemmi f’dawn ir-
regolamenti.
KUNSILL GĦAX-XOGĦOL FL-EWROPA
(INFORMAZZJONI U KONSULTAZZJONI) ġ L.S.452.86 11
Infurzar.
obbligazzjoni imposta fuq dik il-persuna taħt dawn ir-regolamenti
tkun ħatja ta’ reat u tista’, meta tinsab ħatja, teħel -
(a) multa ta’ mhux inqas minn għaxar liri u mhux iżjed
minn ħamsin lira għal kull impjegat ta’ intrapriża ta’
skala Komunitarja jew ta’ grupp ta’ intrapriżi ta’ skala
Komunitarja skond il-każ jekk it-tmexxija ċentrali
tonqos milli:
(i) tipprovdi informazzjoni dwar in-numru ta’
impjegati jew l-istatus ta’ l-impjegati għall-
finijiet tar-regolament 4, jew li xjentament
tostakola jew iddewwem l-għoti ta’ dik l-
informazzjoni, jew
(ii) twaqqaf, jew twaqqaf b’mod sħiħ, Korp
Negozjatur Speċjali, Kunsill għax-Xogħol fl-
Ewropa jew proċedura ta’ informazzjoni u
konsultazzjoni skond xi ftehim milħuq
konformement mar-regolament 7,
(iii) tikkonforma ruħha mal-ħtiġiet imsemmija fir-
regolament 8;
(b) fir-rigward ta’ kull reat ieħor, multa ta’ mhux inqas
minn ħames mitt lira u mhux iżjed minn ħamest elef
lira.
12 L.S.452.86 ħ
KUNSILL GĦAX-XOGĦOL FL-EWROPA
(INFORMAZZJONI U KONSULTAZZJONI)
SKEDA
(Regolament 8)
Ħtiġiet Sussidjarji
It-twaqqif, il-kompożizzjoni u l-kompetenza ta’ Kunsill għax-Xogħol fl-
Ewropa għandhom jitrieġu mir-regoli li ġejjin:
1. (1) Il-kompetenza tal-Kunsill għax-Xogħol fl-Ewropa għandha tkun limitata
għal informazzjoni u konsultazzjoni fuq materji li għandhom x’jaqsmu ma’ l-
intrapriża ta’ skala Komunitarja jew grupp ta’ intrapriżi ta’ skala Komunitarja bħala
ħaġa waħda jew mill-inqas għal tnejn mill-istabbilimenti jew intrapriżi tal-grupp
sitwati fi Stati Membri differenti. Din id-disposizzjoni għandha tapplika kemm jekk
it-tmexxija ċentrali tkun tinsab fi Stat Membru kemm jekk tkun tinsab x’imkien
ieħor.
(2) Fil-każ ta’ intrapriżi ta’ skala Komunitarja jew gruppi ta’ intrapriżi ta’ skala
Komunitarja msemmija fir-regolament 3(1)(b) u (ċ) ta’ dawn ir-regolamenti, il-
kompetenza tal-Kunsill għax-Xogħol fl-Ewropa għandha tkun limitata għal dawk il-
materji li għandhom x’jaqsmu ma’ l-istabbilimenti jew organizzazzjonijiet ta’ gruppi
kollha li qegħdin fl-Istati Membri jew li mill-inqas għandhom x’jaqsmu ma’ tnejn
mill-istabbilimenti jew organizzazzjonijiet ta’ gruppi sitwati fi Stati Membri
differenti.
(3) Il-Kunsill għax-Xogħol fl-Ewropa għandu jkun kompost minn impjegati ta’
intrapriżi ta’ skala Komunitarja jew gruppi ta’ intrapriżi ta’ skala Komunitarja eletti
jew maħturin minn fosthom mir-rappreżentanti ta’ l-impjegati jew, fl-assenza ta’
dawn, mill-korp kollu ta’ l-impjegati.
(4) (a) Il-Kunsill għax-Xogħol fl-Ewropa għandu jkun magħmul minn minimu
ta’ tlieta u massimu ta’ tletin membru.
(b) Meta d-daqs tiegħu jkun jippermetti, il-Kunsill għax-Xogħol fl-Ewropa
għandu jeleġġi kumitat magħżul minn fost il-membri tiegħu, li jkun fih
mhux aktar minn tliet membri, biex jaġixxi f’isem il-Kunsill għax-
Xogħol fl-Ewropa.
(ċ) Salv dak li jissemma f’dawn ir-regolamenti, il-Kunsill għax-Xogħol fl-
Ewropa għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu nnifsu.
(5) Fl-elezzjoni jew ħatra ta’ membri għall-Kunsill għax-Xogħol fl-Ewropa
għandu jkun żgurat li:
(a) jkun hemm mill-inqas membru wieħed li jirrappreżenta lil kull Stat
Membru li fih l-intrapriża ta’ skala Komunitarja jkollha stabbiliment
wieħed jew aktar jew li fih il-grupp ta’ intrapriżi ta’ skala Komunitarja
jkollu l-intrapriża li tikkontrolla jew wieħed jew aktar mill-intrapriżi
kkontrollati;
(b) membri addizzjonali jkunu eletti għall-Kunsill għax-Xogħol fl-Ewropa
skond il-kriterji li ġejjin:
(i) meta jkun applikabbli, siġġu addizzjonali wieħed għal kull Stat
Membru fejn tkun impjegata mill-inqas 25% iżda inqas minn 50%
tal-forza tax-xogħol;
(ii) żewġ siġġijiet addizzjonali minn kull Stat Membru fejn tkun
impjegata mill-inqas 50% iżda inqas minn 75% tal-forza tax-
xogħol;
(iii) tliet siġġijiet addizzjonali għal kull Stat Membru fejn 75% jew
KUNSILL GĦAX-XOGĦOL FL-EWROPA
(INFORMAZZJONI U KONSULTAZZJONI) ġ L.S.452.86 13
aktar tal-forza tax-xogħol hija impjegata.
(6) It-tmexxija ċentrali u kull livell ieħor ta’ tmexxija aktar adattat għandu jkun
infurmat mill-Kunsill għax-Xogħol fl-Ewropa bil-kompożizzjoni tiegħu.
(7) Il-membri Maltin tal-Kunsill għax-Xogħol fl-Ewropa għandhom ikunu
impjegati Maltin u għandhom ikunu eletti jew maħturin skond il-proċedura mfissra
fir-regolament 6.
(8) (a) Erba’ snin wara d-data minn meta jkun twaqqaf il-Kunsill għax-Xogħol
fl-Ewropa għandu jiġi eżaminat jekk jinfetħux negozjati għall-
konklużjoni tal-ftehim imsemmi fir-regolament 7 jew jekk għandhomx
ikomplu japplikaw l-ħtiġiet sussidjari adottati skond din l-Iskeda.
(b) Ir-regolamenti 7 u 8 għandhom japplikaw, mutatis mutandis, jekk
deċiżjoni tkun ittieħdet biex ikun negozjat ftehim skond ir-regolament 7,
f’liema każ minflok ''Korp Negozjatur Speċjali'' għandu jidħol ''Kunsill
għax-Xogħol fl-Ewropa''.
2. (1) Il-Kunsill għax-Xogħol fl-Ewropa għandu jkollu d-dritt jiltaqa’ mat-
tmexxija ċentrali darba fis-sena biex ikun infurmat u kkonsultat, fuq il-bażi ta’
rapport imfassal mit-tmexxija ċentrali, fuq il-progress tan-negozju ta’ l-intrapriżi ta’
skala Komunitarja jew grupp ta’ intrapriżi ta’ skala Komunitarja u l-prospetti
tagħhom, u dawk li jmexxu fil-lokalitajiet għandhom ikunu infurmati b’dan.
(2) Il-laqgħa msemmija fil-paragrafu preċedenti għandha tkun, b’mod
partikolari, dwar l-istruttura, is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja, l-iżvilupp
probabbli tan-negozju u tal-produzzjoni u l-bejgħ, is-sitwazzjoni u x-xejra probabbli
ta’ l-impjiegi, l-investimenti, u bidliet sostanzjali li għandhom x’jaqsmu ma’ l-
organizzazzjoni, l-introduzzjoni ta’ metodi tax-xogħol ġodda jew proċessi ta’
produzzjoni ġodda, it-trasferiment ta’ produzzjoni, fużjonijiet, tnaqqis ta’ ħaddiema
jew għeluq ta’ intrapriżi, stabbilimenti jew ta’ partijiet importanti tagħhom, u sensji
kollettivi.
3. (1) Meta jkun hemm ċirkostanzi eċċezzjonali li jolqtu l-interessi ta’ l-
impjegati b’mod konsiderevoli, partikolarment f’każ ta’ riallokazzjonijiet, l-għeluq
ta’ stabbilimenti jew intrapriżi jew sensji kollettivi, il-Kunsill għax-Xogħol fl-
Ewropa għandu jkollu d-dritt li jkun infurmat.
(2) Il-Kunsill għax-Xogħol fl-Ewropa għandu jkollu d-dritt li jiltaqa’, fuq talba
tiegħu stess, mat-tmexxija ċentrali jew ma’ xi livell ta’ tmexxija aktar adatt
f’intrapriża ta’ skala Komunitarja jew grupp ta’ intrapriżi ta’ skala Komunitarja li
għandhom is-setgħa li jiddeċiedu huma stess, biex ikun infurmat u kkonsultat fuq
miżuri li jolqtu b’mod sinifikanti l-interessi ta’ l-impjegati.
(3) Dawk il-membri tal-Kunsill għax-Xogħol fl-Ewropa li jkunu ġew eletti jew
maħturin mill-istabbilimenti u, jew organizzazzjonijiet li huma milqutin direttament
mill-miżuri in kwistjoni għandu jkollhom ukoll id-dritt li jipparteċipaw fil-laqgħa
organizzata mal-kumitat magħżul.
(4) Il-laqgħa ta’ informazzjoni u konsultazzjoni msemmija fil-paragrafu
preċedenti għandha ssir kemm jista’ jkun malajr fuq il-bażi ta’ rapport imfassal mit-
tmexxija ċentrali jew minn xi livell adatt ieħor ta’ tmexxija ta’ l-intrapriża ta’ skala
Komunitarja jew grupp ta’ intrapriżi ta’ skala Komunitarja, li dwaru tista’ tingħata
opinjoni fi tmiem il-laqgħa jew fi żmien raġonevoli:
Iżda l-prerogattivi tat-tmexxija ċentrali ma għandhomx ikunu ppreġudikati
meta ssir din il-laqgħa.
4. Il-partijiet preżenti għal-laqgħa msemmija fil-paragrafu 2 ta’ din l-Iskeda
14 L.S.452.86 ħ
KUNSILL GĦAX-XOGĦOL FL-EWROPA
(INFORMAZZJONI U KONSULTAZZJONI)
għandhom jaqblu fuq kif imexxu l-proċedura waqt il-laqgħa msemmija u f’każ ta’
nuqqas ta’ qbil allura l-partijiet għandhom imexxu l-laqgħa alternattivament u
jistabbilixxu l-proċedura tagħha.
5. Qabel kull laqgħa mat-tmexxija ċentrali, il-Kunsill għax-Xogħol fl-Ewropa
jew il-kumitat magħżul, fejn meħtieġ imkabbar skond id-disposizzjonijiet tal-
paragrafu 3(3), ikun intitolat jiltaqa’ bla ma tkun preżenti t-tmexxija involuta.
6. Mingħajr preġudizzju għar-regolament 9, il-membri tal-Kunsill għax-
Xogħol fl-Ewropa għandhom jinfurmaw lill-impjegati ta’ l-istabbilimenti jew ta’ l-
intrapriża ta’ grupp ta’ intrapriżi ta’ skala Komunitarja jew, fl-assenza ta’
rappreżentanti, lill-forza tax-xogħol bħala totalità , bil-kontenut u r-riżultat tal-
proċedura ta’ informazzjoni u konsultazzjoni li tkun saret skond din l-Iskeda.
7. Il-Kunsill għax-Xogħol fl-Ewropa jew il-kumitat magħżul jista’ jkun
megħjun minn esperti magħżulin minnu, safejn dan hu meħtieġ biex jagħmel l-
attivitajiet tiegħu.
8. (1) L-ispejjeż tal-ħidma tal-Kunsill għax-Xogħol fl-Ewropa għandhom
jinħarġu mit-tmexxija ċentrali li għandha tipprovdi lill-membri tal-Kunsill għax-
Xogħol fl-Ewropa dawk ir-riżorsi finanzjarji u materjali li jippermettulhom jaqdu
dmirijiethom b’mod xieraq.
(2) B’mod partikolari, l-ispejjeż ta’ l-organizzazzjoni ta’ laqgħat u arranġamenti
għal faċilitajiet ta’ interpretazzjoni u l-ispejjeż ta’ akkomodazzjoni u vvjaġġar tal-
membri tal-Kunsill għax-Xogħol fl-Ewropa tal-kumitat magħżul tiegħu għandhom
jinħarġu mit-tmexxija ċentrali sakemm ma jkunx miftiehem xort’ oħra.
