ORGANIZZAZZJONI TAL-ĦIN TAX-XOGĦOL ġ L.S.452.87 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.87
REGOLAMENTI DWAR L-ORGANIZZAZZJONI 
TAL-ĦIN TAX-XOGĦOL
5 ta’ April, 2004
L-AVVIŻ LEGALI 247 ta’ l-2003.
Titolu.
Organizzazzjoni tal-Ħin tax-Xogħol.
Tifsir.
ma tkunx teħtieġ xort’oħra:
Kap. 452.
''Direttur'' tfisser id-Direttur responsabbli għall-impiegi u
relazzjonijiet industrijali;
''ħaddiem qarib'' tfisser qarib tal-prinċipal sat-tieni grad,
axxendenti jew dixxendenti, kif ukoll persuni fil-kustodja legali ta’
l-impjegat;
''ħaddiem bix-xift'' tfisser kull ħaddiem li l-iskeda tax-xogħol
tiegħu tagħmel parti minn sistema ta’ xogħol bix-xift;
''ħaddiem mobbli'' tfisser kull ħaddiem impjegat, bħala membru
ta’ grupp ta’ impjegati li jivvjaġġaw jew itiru, minn intrapriża li
topera servizzi ta’ trasport għal passiġġieri jew merkanzija bl-art,
bl-ajru jew f’kanali interni;
''ħaddiem ta’ billejl'' tfisser ħaddiem li:
(a) jaħdem normalment mill-inqas tliet sigħat mill-ħin
tax-xogħol tiegħu ta’ kuljum tul il-lejl; jew
(b) jaħdem tul il-ħin tal-lejl aktar minn ħamsin fil-mija
tal-ħin tax-xogħol annwali tiegħu, jew dik il-
proporzjon inqas kif tista’ tkun speċifikata
f’disposizzjonijiet adatti ta’ ftehim kollettiv rilevanti:
Iżda għall-finijiet tal-paragrafu (a) ta’ din it-tifsira, il-frażi
''normalment'' tfisser dawk l-okkażjonijiet meta ħaddiem jaħdem
din ix-xorta ta’ sigħat fil-maġġoranza tal-ġranet li fihom jaħdem;
''ħin tal-lejl'' tfisser il-perjodu bejn l-10 ta’ filgħaxija ta’ ġurnata
u s-6 ta’ l-għada filgħodu;
''ħin tax-xogħol'' tfisser kull perjodu li tulu l-ħaddiem ikun
aċċessibbli biex jagħti servizz lill-prinċipal u li fih ikun qed jaqdi l-
attivitajiet jew dmirijiet tiegħu, u jinkludi kull perjodu ta’ taħriġ
rilevanti u kull perjodu addizzjonali ieħor li għandu jkun ittrattat
bħala ħin tax-xogħol għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti taħt kull
ftehim rilevanti u ''xogħol'' għandha tkun imfissra b’dan il-mod;
''Ministru'' tfisser il-Ministru responsabbli għall-impiegi u r-
relazzjonijiet industrijali;
''mistrieħ adegwat'' tfisser tali perjodi ta’ mistrieħ li t-tul
tagħhom hu espress f’unitajiet ta’ ħin u li huma biżżejjed twal u
kontinwi biex jiżguraw li, ħtija ta’ għeja u sistemi ta’ ħinijiet ta’
2 L.S.452.87 ħ ORGANIZZAZZJONI TAL-ĦIN TAX-XOGĦOL
xogħol irregolari oħra, il-ħaddiema ma jikkaġunawx leżjoni lilhom
infushom, lil ħaddiema sħabhom jew lil oħrajn;
''perjodu ta’ mistrieħ'' tfisser kull perjodu li m’hux ħin tax-
xogħol u ma tinkludix leave li għalih ħaddiem ikun intitolat taħt
dawn ir-regolamenti;
''prinċipal'' tinkludi soċjetà , kumpannija, assoċjazzjoni jew korp
ieħor ta’ persuni, kemm jekk vestiti b’personalità  legali kemm jekk
le, u f’relazzjoni ma’ ħaddiem tfisser il-persuna li magħha l-
ħaddiem ikun jew, fil-każ meta l-impieg spiċċa, kien impjegat;
''servizzi ta’ protezzjoni ċivili'' jinkludu l-pulizija, brigati tat-tifi
tan-nar u servizzi ta’ ambulanza, is-servizzi tas-sigurtà  u tas-
servizzi sigrieti, uffiċjali tad-dwana u ta’ l-immigrazzjoni, is-
servizz tal-ħabs, kull servizz ta’ salvataġġ volontarju, uffiċjali ta’
sigurtà  tal-port u l-ajruport, u kontrolluri tat-traffiku ta’ l-ajru;
''xogħol bix-xift'' tfisser kull metodu ta’ organizzazzjoni tax-
xogħol bix-xiftijiet li bihom ħaddiema jidħlu wara xulxin
suċċessivament fl-istess lant tax-xogħol skond ċerta sistema fissa,
inkluża sistema rotattiva, u li tista’ tkun kontinwa jew mhux
kontinwa, li toħloq il-ħtieġa li ħaddiema jaħdmu f’ħinijiet
differenti tul perjodu speċifiku ta’ ġranet jew ġimgħat;
''xogħol lil hinn mill-kosta'' tfisser xogħol maħdum l-aktar fuq
jew minn fuq stallazzjonijiet lil hinn mill-kosta inklużi pjattaformi
għat-tħaffir taż-żejt, direttament jew indirettament f’konnessjoni
ma’ l-esplorazzjoni, estrazzjoni jew esplojtazzjoni ta’ riżorsi
minerali, inklużi idrokarburi, u għadis f’konnessjoni ma’ dawn l-
attivitajiet, kemm jekk isiru minn stallazzjoni lil hinn mill-kosta
jew minn bastiment;
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subregolament (1),
kliem u frażijiet użati f’dawn ir-regolamenti għandu jkollhom,
kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tkunx teħtieġ xort’ oħra, it-
tifsira mogħtija lilhom fl-Att.
Skop u 
applikabilità  tar- 
regolamenti.
3. (1) Dawn ir-regolamenti għandhom jiftiehmu bħala Ordni ta’
Standard Nazzjonali u jkunu jippreskrivu l-ħtiġiet minimi għall-
organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol.
(2) Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw:
(a) għall-perjodi minimi ta’ mistrieħ kuljum, mistrieħ kull
ġimgħa u leave annwali, u għal waqfiet mix-xogħol, u
(b) għal ħin tax-xogħol massimu tul il-ġimgħa; u
(ċ) għal ċerti aspetti ta’ xogħol billejl, xogħol bix-xift u
sistemi fissi ta’ xogħol; u
(d) sakemm ma jkunx provdut mod ieħor f’dawn ir-
regolamenti jew f’xi liġi oħra applikabbli, dawn ir-
regolamenti għandhom japplikaw għas-setturi kollha
ta’ attività , kemm pubblika kemm privata.
(3) Dawn ir-regolamenti ma għandhomx japplikaw:
(a) meta jkun hemm fis-seħħ leġislazzjoni oħra li
tippreskrivi disposizzjonijiet aktar speċifiċi dwar l-
organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol għal ċerti
ORGANIZZAZZJONI TAL-ĦIN TAX-XOGĦOL ġ L.S.452.87 3
okkupazzjonijiet jew attivitajiet okkupazzjonali;
(b) għal baħħara abbord bastiment li jbaħħar, kemm jekk
dan ikun propjetà  pubblika kemm jekk privata.
(4) Dawn ir-regolamenti għandhom ikunu applikabbli bla
preġudizzju għall-introduzzjoni u l-implimentazzjoni ta’
disposizzjonijiet f’xi ftehim kollettivi jew f’xi ftehim ieħor li jsir
bejn prinċipali u impjegati, li huma aktar favorevoli għall-ħarsien
tas-sigurtà  u s-saħħa tal-ħaddiema.
(5) Dawn ir-regolamenti għandhom jinqraw u jiftiehmu
flimkien mad-disposizzjonijiet ta’ kull leġislazzjoni dwar saħħa u
sigurtà  applikabbli u, fil-każ ta’ konflitt, għandhom japplikaw
dawn ir-regolamenti.
Mistrieħ ta’ 
kuljum.
4. Kull ħaddiem għandu jkollu d-dritt għal perjodu ta’
mistrieħ minimu kull jum ta’ ħdax-il siegħa konsekuttiva kull
perjodu ta’ erbgħa u għoxrin siegħa li tulhom il-ħaddiem jaħdem
għall-prinċipal tiegħu.
Waqfiet ta’ 
mistrieħ.
5. (1) Kull ħaddiem għandu jkollu d-dritt għal waqfa ta’
mistrieħ meta l-ġurnata tax-xogħol tkun itwal minn sitt sigħat.
(2) Il-waqfa ta’ mistrieħ li għaliha ħaddiem għandu jkun
intitolat, inkluż it-tul tagħha u l-pattijiet li fuqhom tingħata,
għandha tkun skond id-disposizzjonijiet imniżżlin fi ftehim
kollettivi jew f’xi ftehim ieħor maqbul bejn il-prinċipali u l-
impjegati.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ xi ftehim kollettiv
skond ir-regolament 3(4), il-waqfa ta’ mistrieħ li hemm maħsub
għaliha fis-subregolament (1) għandha tkun għal perjodu mhux
interrott ta’ mhux inqas minn ħmistax-il minuta, u l-ħaddiem
għandu jkun intitolat li jgħaddiha barra mil-lant tax-xogħol, jekk
ikollu lant bħal dak.
Perjodu ta’ 
mistrieħ kull 
ġimgħa.
6. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subregolament (2)
u (3), kull ħaddiem għandu jkun intitolat, b’żjieda mal-perjodu ta’
mistrieħ ta’ kuljum imsemmi fir-regolament 4, għal perjodu
minimu mhux interrott kull ġimgħa ta’ erbgħa u għoxrin siegħa
għal kull perjodu ta’ sebat ijiem li tulhom il-ħaddiem jaħdem għall-
prinċipal:
Iżda, jekk il-prinċipal iġib prova lid-Direttur li l-
kondizzjonijiet tekniċi jew ta’ organizzazzjoni tax-xogħol jitolbu
hekk, allura l-perjodu minimu ta’ mistrieħ ta’ erbgħa u għoxrin
siegħa għal kull perjodu ta’ sebat ijiem għandu jkun applikat biex
jirrisolvi l-kondizzjonijiet tekniċi jew ta’ l-organizzazzjoni tax-
xogħol:
Iżda wkoll jekk il-prinċipal jonqos milli jġib prova lid-
Direttur li l-kondizzjonijiet tekniċi jew ta’ l-organizzazzjoni tax-
xogħol hekk jitolbu, id-Direttur ikollu s-setgħa jobbliga lill-
prinċipal li jagħti lill-ħaddiem perjodu ta’ mistrieħ kull ġimgħa kif
hemm provdut fl-ewwel paragrafu ta’ dan is-subregolament.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subregolament (1), perjodu
ta’ mistrieħ kull ġimgħa jista’ jkun kalkolat fuq perjodu ta’
4 L.S.452.87 ħ ORGANIZZAZZJONI TAL-ĦIN TAX-XOGĦOL
referenza ta’ erbatax-il ġurnata jekk il-prinċipal jiddetermina hekk,
u f’ dawn il-każi ħaddiem għandu jkun intitolat għal jew -
(a) żewġ perjodi ta’ mistrieħ mhux interrotti, kull wieħed
minnhom ta’ mhux inqas minn erbgħa u għoxrin
siegħa, u kull wieħed preċedut minn perjodu ta’
mistrieħ ta’ kuljum, f’kull perjodu ta’ erbatax-il
ġurnata li tulhom il-ħaddiem jaħdem għall-prinċipal;
jew
(b) perjodu ta’ mistrieħ wieħed mhux interrott ta’ mhux
inqas minn tmienja u erbgħin siegħa, preċedut minn
perjodu ta’ mistrieħ ta’ kuljum, f’kull perjodu tali ta’
erbatax-il ġurnata li tulhom il-ħaddiem jaħdem għall-
prinċipal.
Ħin ta’ xogħol 
massimu medju 
kull ġimgħa.
7. (1) Salv kif hemm ipprovdut mod ieħor f’dawn ir-
regolamenti, il-ħin ta’ xogħol medju għal ħaddiem għal kull
perjodu ta’ sebat ijiem, inkluża s-sahra, ma għandux jaqbeż it-
tmienja u erbgħin siegħa:
Iżda:
(a) l-ħin tax-xogħol medju kull ġimgħa għandu jkun
kalkolat min-numru ta’ sigħat totali maħdumin
f’perjodu ta’ referenza kif speċifikat fis-
subregolament (3);
(b) l-perjodu annwali ta’ leave bi ħlas, mogħti skond ir-
regolament 8, il-perjodi ta’ leave għall-mard kif
speċifikat f’xi leġislazzjoni rilevanti maħruġa għat-
termini ta’ l-Att jew kif jista’ jkun speċifikat fi ftehim
kollettiv rilevanti u kull leave ieħor li ħaddiem hu
intitolat għalih skond xi disposizzjonijiet leġislattivi
rilevanti maħruġin skond l-Att, ma għandhomx ikunu
inklużi fil-kalkolu tal-medju.
(2) Is-subregolament (1) ma għandux japplika:
(a) sal-31 ta’ Lulju, 2004 fis-subsetturi tal-manifattura li
ġejjin:
- ikel u xorb,
- tessuti,
- lbiesi u xedd tas-saqajn,
- apparat tat-trasport,
- makkinarju, tagħmir u fornimenti elettriċi u
elettroniċi,
- għamara;
(b) sal-31 ta’ Diċembru, 2004 fir-rigward ta’ kull ftehim
kollettiv li jkun fis-seħħ fit-12 ta’ Diċembru, 2001 fis-
subsetturi hawn qabel imsemmija meta ftehim ikollu
klawsoli rilevanti għal dan ir-regolament li jibqgħu
validi wara Lulju 2004.
(3) Bla ħsara għal disposizzjonijiet rilevanti f’xi ftehim
kollettiv skond ir-regolament 3(4), il-perjodi ta’ referenza li
japplikaw fil-każ ta’ ħaddiem huma -
ORGANIZZAZZJONI TAL-ĦIN TAX-XOGĦOL ġ L.S.452.87 5
(a) fil-każ tas-settur tal-manifattura u s-settur tat-turiżmu,
inklużi stabbilimenti ta’ vvjaġġar u forniment ta’ ikel
u xorb, perjodu ta’ tnejn u ħamsin ġimgħa;
(b) meta ftehim kollettiv rilevanti jkun jipprovdi għall-
applikazzjoni ta’ dan ir-regolament f’konnessjoni ma’
perjodi suċċessivi ta’ sbatax-il ġimgħa, kull perjodu
bħal dak;
(ċ) f’kull każ ieħor, kull perjodu ta’ sbatax-il ġimgħa fil-
kors ta’ l-impieg tal-ħaddiem.
(4) Meta ħaddiem ikun impjegat mal-prinċipal tiegħu għal
inqas minn sbatax-il ġimgħa, il-perjodu ta’ referenza applikabbli
għandu jkun il-perjodu li jkun għadda minn meta beda jaħdem
għall-prinċipal.
(5) Għandu jkun id-dmir tal-prinċipal li jiżgura li l-limitu
speċifikat fis-subregolament (1) ikun imħares fl-interess tas-saħħa
u s-sigurtà  tal-ħaddiema.
(6) Kull disposizzjoni f’kull leġislazzjoni oħra maħruġa taħt
dan l-Att li tirrelata l-paga minima ta’ kull ġimgħa ta’ impjegat
full-time ma’ ħin tax-xogħol kull ġimgħa ta’ aktar minn tmiernja u
erbgħin siegħa, għandha, minn issa ’l quddiem, titqies li tirrelata
din il-paga minima ta’ kull ġimgħa ma’ ħin tax-xogħol massimu
medju kull ġimgħa ta’ tmienja u erbgġin siegħa.
Leave kull sena.
kull sena li mill-inqas ikun ekwivalenti f’għadd ta’ sigħat għal
erba’ ġimgħat u erba’ ġranet tax-xogħol imkejjel fuq il-bażi ta’
ġimgħa ta’ erbhħin siegħa xogħol, u fuq ġurnata ta’ tmien sigħat
xogħol u minn dan id-dritt ta’ leave li jingħata kull sena, perjodu
minimu ekwivalenti għal erba’ ġimgħat ma jistax jinbidel ma’
allowance li tingħata minflok, minbarra meta r-relazzjoni ta’
impieg tkun itterminata, u kull ftehim kuntrarju għal dan għandu
jkun null u invalidu:
Iżda f’każijiet fejn il-ħin medju ta’ xogħol kull ġimgħa,
ikkalkolat fuq il-bażi ta’ perjodu ta’ referenza ta’ sbatax-il ġimgħa,
hu inqas minn erbgħin siegħa fil-ġimgħa jew ikun jaqbiżhom, id-
dritt għal leave li jingħata kull sena mkejjel bis-sigħat għandu jkun
aġġustat skond il-każ:
Iżda wkoll il-ħin medju ta’ xogħol kull ġimgħa għandu jkun
ikkalkolat fuq is-sigħat normali ta’ xogħol ta’ l-impjegat u ma
għandux jinkludi s-sigħat ta’ sahra.
(2) Bl-eċċezzjoni tas-sigħat tad-dritt ta’ leave li jingħata kull
sena li jistgħu jittieħdu bħala leave urġenti, il-leave għandu
jittieħed bħala ġranet tax-xogħol sħaħ, bin-numru ekwivalenti ta’
sigħat jitnaqqas mid-dritt ta’ leave li jingħata kull sena mkejjel bis-
sigħat, sakemm ma jkunx provdut mod ieħor fi ftehim kollettiv jew
ma jiġix stabbilit b’kunsens reċiproku:
Iżda f’każijiet fejn l-għadd ta’ sigħat li jifdal mid-dritt ta’
leave li jingħata kull sena jkun inqas mill-ekwivalenti ta’ ġurnata
xogħol sħiħa, dak li jibqa’ mid-dritt għall-leave għandu jingħata
f’darba waħda bħala parti minn ġurnata xogħol sħiħa.
6 L.S.452.87 ħ ORGANIZZAZZJONI TAL-ĦIN TAX-XOGĦOL
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subregolament (1),
proporzjon mid-dritt tal-leave li ma taqbiżx il-50% tad-dritt għal-
leave li jingħata kull sena tista’, bi ftehim reċiproku bejn il-
prinċipal u l-impjegat, tingħadda darba biss għas-sena kalendarja li
tmiss. Dan il-leave li jiġi mgħoddi ’l quddiem mis-sena ta’ qabel
għandu jittieħed l-ewwel, u ma jistax jerġa’ jiġi mgħoddi ’l
quddiem mill-ġdid.
(4) Meta impjegat ikun ilu jaħdem għal mhux inqas minn tnax-
il xahar f’xi sena kalendarja, il-ħaddiem għandu jkun intitolat għal
dak il-leave li jingħata kull sena proporzjonatament għall-perjodu li
jkun impjegat.
(5) Kull impjegat full-time għandu jkun intitolat għall-festi
nazzjonali u għall-btajjel pubbliċi kollha b’paga sħiħa.
(6) Bla ħsara għal kull disposizzjoni rilevanti fi ftehim kollettiv
rikonoxxut jew stabbilit b’kunsens reċiproku:
(a) fil-każ ta’ ħaddiema li jaħdmu bi skeda ta’ kuljum
regolari, meta festa nazzjonali jew btala pubblika taqa’
f’ġurnata ta’ mistrieħ tal-ħaddiem, il-ħaddiem għandu
jiġi akkreditat b’sigħat żejda ta’ leave li jingħata kull
sena ekwivalenti għall-għadd ta’ sigħat ta’ ġurnata tax-
xogħol normali;
(b) minkejja l-paragrafu preċedenti, fil-każ ta’ ħaddiema
bi skedi irregolari jew meta s-sigħat ta’ xogħol
jinbidlu minn ġurnata għall-oħra, is-sigħat ta’ xogħol
ekwivalenti għal ġurnata xogħol li għandhom ikunu
akkreditati lid-dritt ta’ leave li jingħata kull sena ta’
ħaddiema bħal dawk meta btala pubblika jew festa
nazzjonali taħbat f’ġurnata ta’ mistrieħ għandhom jiġu
kalkolati fuq il-bażi ta’ l-għadd ta’ sigħat normali
skedati biex jinħadmu f’perjodu ta’ sbatax-il ġimgħa
diviżi bl-għadd ta’ ġranet tax-xogħol f’dak l-istess
perjodu.
Xogħol ta’ Billejl u Xogħol bix-Xift
Tul ta’ xogħol ta’ 
billejl.
9. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subregolament (2),
is-sigħat normali ta’ xogħol ta’ ħaddiem ma għandhomx jaqbżu
medja ta’ tmien sigħat f’kull perjodu ta’ erbgħa u għoxrin siegħa:
Iżda l-għadd medju ta’ sigħat ta’ xogħol kull lejl għandu
jkun ikkalkolat fuq l-għadd totali ta’ sigħat maħdumin fil-perjodu
ta’ referenza kif speċifikat fis-subregolamenti (4) u (5):
Iżda wkoll jekk il-perjodu ta’ mistrieħ minimu kull ġimgħa
ta’ erbgħa u għoxrin siegħa meħtieġ bir-regolament 6 jaqa’ fl-
ambitu tal-perjodu ta’ referenza, dan ma għandux ikun inkluż fil-
kalkolu tal-medju.
(2) Il-prinċipal għandu jiżgura li ebda ħaddiem ta’ billejl li
xogħlu jinvolvi perikli speċjali jew sforz tqil fiżiku jew mentali ma
għandu jaħdem aktar minn tmien sigħat f’kull perjodu ta’ erbgħa u
għoxrin siegħa li tulhom jinħadem ix-xogħol ta’ billejl.
(3) Għall-finijiet tas-subregolament (2), xogħol li jinvolvi
perikli speċjali jew sforz tqil fiżiku jew mentali għandu jkun
ORGANIZZAZZJONI TAL-ĦIN TAX-XOGĦOL ġ L.S.452.87 7
rikonoxxut bħala tali permezz ta’:
Kap. 424.
(a) stima tar-riskju magħmula mill-prinċipal bis-saħħa ta’
l-artikolu 6 ta’ l-Att dwar l-Awtorità  għas-Saħħa u s-
Sigurtà  fuq il-Post tax-Xogħol; jew
(b) disposizzjonijiet adatti fil-ftehim kollettiv bis-saħħa
tar-regolament 3(4) li jispeċifikaw attivitajiet ta’
xogħol partikolari waqt li jitqiesu l-effetti u l-perikli
speċifiċi tax-xogħol ta’ billejl.
(4) Il-perjodi ta’ referenza li japplikaw fil-każ ta’ ħaddiem ta’
billejl għandhom ikunu definiti:
(a) fil-ftehim kollettiv, jew
(b) f’kull każ ieħor minn kull perjodu ta’ sbatax-il ġimgħa
fil-kors ta’ l-impieg.
(5) Meta ħaddiem ikun ilu impjegat mal-prinċipal tiegħu għal
inqas minn sbatax-il ġimgħa, il-perjodu ta’ referenza applikabbli
għandu jkun il-perjodu li jkun għadda minn meta jkun beda jaħdem
għall-prinċipal.
Valutazzjoni tas-
saħħa u 
trasferiment ta’ 
ħaddiema ta’ billejl 
għal xogħol mal-
ġurnata.
10. (1) Qabel ma jagħti lil ħaddiem xogħol ta’ billejl, u
f’intervalli regolari wara, għandu jkun id-dmir ta’ prinċipal li jieħu
l-miżuri neċessarji biex jiżgura li l-ħaddiem involut issirlu
valutazzjoni adatta ta’ saħtu biex tiddetermina l-istat tas-saħħa tal-
ħaddiem sabiex jitqies jekk ikunx fiżikament tajjeb għax-xogħol
propost:
Iżda prinċipal għandu jirrepeti l-valutazzjoni tas-saħħa
wara li jkun għadda perjodu ta’ żmien raġonevoli mill-valutazzjoni
preċedenti jew kull meta jkun hemm bidla fl-ambjent tax-xogħol
jew fl-istat tas-saħħa tal-ħaddiem.
(2) Ebda persuna ma għandha tiżvela valutazzjoni tas-saħħa
magħmula għall-finijiet ta’ dan ir-regolament lil xi persuna oħra
minbarra lill-ħaddiem li jkollha x’taqsam miegħu, sakemm -
(a) il-ħaddiem ma jkunx ta l-kunsens tiegħu bil-miktub
għal dan il-kxif ta’ informazzjoni, jew
(b) il-kxif ta’ informazzjoni jkun ristrett għal
dikjarazzjoni li l-valutazzjoni tkun turi li l-ħaddiem
ikun f’saħħtu jew mhux f’saħħtu skond il-każ qabel ma
jidħol għal xogħol mogħti lilu, jew biex ikompli bix-
xogħol mogħti lilu.
(3) Meta -
(a) tabib ikun ta parir lil prinċipal li ħaddiem impjegat
mill-prinċipal ikun qed ibati minn problemi ta’ saħħa li
t-tabib iqis li jkunu konnessi mal-fatt li l-ħaddiem ikun
qed jagħmel xogħol ta’ billejl, u
(b) jkun possibbli għall-prinċipal li jittrasferixxi lill-
ħaddiem għal fuq xogħol -
(i) li l-ħaddiem ikun jaqbel miegħu, u
(ii) li jrid isir f’perjodi hekk li l-ħaddiem ma jibqax
ħaddiem ta’ billejl,
8 L.S.452.87 ħ ORGANIZZAZZJONI TAL-ĦIN TAX-XOGĦOL
il-prinċipal għandu jittrasferixxi lill-ħaddiem skond dan.
(4) Il-prinċipal ma għandux jintaxxa ħaddiem jew jippermetti li
ħaddiem ikun intaxxat jew li titnaqqaslu l-paga fir-rigward ta’ xi
ħaġa li tkun saret bis-saħħa ta’ xi miżura mitluba minn dawn ir-
regolamenti.
Notifika ta’ użu 
regolari ta’ 
ħaddiema ta’ 
billejl.
11. Għandu jkun id-dmir ta’ prinċipal li juża regolarment
ħaddiema ta’ billejl li jżomm records adegwati fuq kull ħaddiem li
jagħmel xogħol ta’ billejl biex juri li qed ikun hemm konformità
xierqa mad-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti u li jgħaddi
lid-Direttur, kull meta jintalab jagħmel dan, kull informazzjoni
relatata max-xogħol ta’ billejl li tista’ titqies neċessarja.
Sistema ta’ xogħol.
L.S. 424.18
12. Għandu jkun id-dmir tal-prinċipal li jiżgura li ħaddiem
għandu jingħata waqfiet mix-xogħol adegwati, għas-sodisfazzjon
tad-Direttur, meta valutazzjoni tar-riskju skond ir-Regolamenti
dwar Disposizzjonijiet Ġenerali dwar is-Saħħa u s-Sigurtà  fuq il-
Post tax-Xogħol, jew xi leġislazzjoni oħra rilevanti dwar is-saħħa u
sigurtà  li tista’ tkun fis-seħħ minn żmien għal żmien, u magħmula
għas-sodisfazzjon ta’ l-Awtorità  dwar Saħħa u Sigurtà  fuq il-Post
tax-Xogħol, turi li s-sistema li biha l-prinċipal jorganizza x-xogħol
hi tali li tqiegħed f’riskju s-saħħa u s-sigurtà  ta’ ħaddiem impjegat
minnu, u, b’mod partikolari, għax ix-xogħol ikun monotonu jew ir-
rata tax-xogħol tkun waħda determinata minn qabel.
Disposizzjonijiet Mixxellanji
Eċċezzjonijiet. 13. Ir-regolamenti 4, 5, 6, 7 u 9 ma għandhomx japplikaw
f’konnessjoni ma’ ħaddiem meta, minħabba l-karatteristiċi
speċifiċi ta’ l-attività  li l-ħaddiem ikun qed jagħmel, it-tul tal-ħin
tax-xogħol ma jkunx imkejjel jew determinat minn qabel jew jista’
jkun determinat mill-ħaddiem, skond il-każ, imma ma jkunx limitat
għal -
(a) uffiċjali eżekuttivi maniġerjali jew persuni oħra
b’setgħat awtonomi li jieħdu deċiżjonijiet;
(b) ħaddiema qraba; jew
(ċ) ħaddiema li jippresjedu ċerimonji reliġjużi fi knejjes u
komunitajiet reliġjużi.
Mistrieħ 
b’kumpens.
14. Meta l-applikazzjoni ta’ xi disposizzjonijiet ta’ dawn ir-
regolamenti hija eskluża mir-regolament 15 jew 16, jew hi
modifikata jew eskluża bis-saħħa ta’ ftehim kollettiv taħt ir-
regolament 17, u ħaddiem għandu jkun mitlub skond dan mill-
prinċipal tiegħu biex jaħdem tul perjodu li altrimenti jkun perjodu
ta’ mistrieħ jew waqfa ta’ mistrieħ -
(a) il-prinċipal għandu jkun obbligat, minkejja din l-
eżenzjoni, li jiżgura li kull ħaddiem involut jingħatalu
dak il-perjodu kompensatorju ta’ mistrieħ jew waqfien
mix-xogħol, skond il-każ, li jista’ jitqies
raġonevolment ekwivalenti għall-perjodu ta’ mistrieħ
jew waqfien mix-xogħol imsemmi fir-regolament 4
jew 6, u
(b) f’każi eċċezzjonali li fihom ma jkunx possibbli, għal
raġunijiet oġġettivi, li jingħata tali perjodu ta’
ORGANIZZAZZJONI TAL-ĦIN TAX-XOGĦOL ġ L.S.452.87 9
mistrieħ, il-prinċipal għandu jagħti lill-ħaddiem tali
ħarsien kif ikun xieraq u meħtieġ biex iħares is-saħħa
u s-sigurtà  tal-ħaddiem:
Iżda l-arranġament fir-rigward tal-kondizzjonijiet tax-
xogħol li hemm provdut dwarhom ma jkunux jinkludu:
(i) l-għoti ta’ kumpens fi flus lill-ħaddiem; jew
(ii) il-provdiment ta’ xi benefiċċju materjali ieħor
lill-ħaddiem minbarra l-provdiment ta’
benefiċċju li jtejjeb il-kondizzjonijiet fiżiċi li l-
ħaddiem jaħdem taħthom jew il-kumditajiet u s-
servizzi li l-ħaddiem jista’ jgawdi waqt ix-
xogħol.
Każi speċjali oħra.
regolamenti 4, 5, 6, u 9 ma għandhomx japplikaw -
(a) dwar attivitajiet fejn il-post tax-xogħol tal-ħaddiem
huma tali li l-post tax-xogħol u l-post tar-residenza
tiegħu huma mbegħdin minn xulxin, inkluż xogħol lil
hinn mill-kosta, jew il-postijiet differenti tax-xogħol
ma’ l-istess prinċipal huma mbegħdin minn xulxin;
(b) dwar attivitajiet ta’ sigurtà  u sorveljanza li jitolbu
preżenza permanenti biex jitħarsu propjetà  u persuni,
kif jista’ jkun il-każ ta’ gwardjani u persuni li jieħdu
ħsieb is-sigurtà  jew ditti ta’ sigurtà ;
(ċ) dwar attivitajiet li jinvolvu l-ħtieġa ta’ servizz jew
produzzjoni bla waqfien, kif jista’ jkun il-każ
f’konnessjoni ma’ -
(i) servizzi relatati mal-lqugħ, trattament jew kura
pprovduta minn sptarijiet jew stabbilimenti
simili, istituzzjonijiet residenzjali u ħabsijiet;
(ii) xogħol f’tarznari jew ajruporti;
(iii) stampa, radju, televiżjoni, produzzjoni
ċinematografika, servizzi postali u ta’
telekomunikazzjoni u servizzi ta’ protezzjoni
ċivili;
(iv) produzzjoni, trasmissjoni u distribuzzjoni ta’
gass, ilma u elettriku, ġbir ta’ skart mid-djar u
impjanti ta’ inċinerazzjoni;
(v) industriji li fihom, għal raġunijiet tekniċi, ix-
xogħol ma jistax ikun interrott;
(vi) attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp;
(vii) agrikultura;
(viii) ħaddiema involuti fil-ġarr ta’ passiġġieri fuq
servizzi regolari ta’ trasport urban;
(d) meta tkun prevista żjieda ta’ attività , kif jista’ jkun il-
każ f’konnessjoni ma’ -
(i) agrikultura;
(ii) turiżmu; u
(iii) servizzi postali;
10 L.S.452.87 ħ ORGANIZZAZZJONI TAL-ĦIN TAX-XOGĦOL
(e) fil-każ ta’ persuni li jaħdmu fit-trasport ferrovjarju:
(i) li l-attivitajiet tagħhom ikunu intermittenti;
(ii) li jgħaddu l-ħin tax-xogħol tagħhom abbord
ferroviji; jew
(iii) li l-attivitajiet tagħhom ikunu marbutin ma’ l-
orarji tat-trasport u biex jiżguraw il-kontinwità  u
r-regolarità  tat-traffiku;
(f) meta l-attivitajiet tal-ħaddiem jintlaqtu minn -
(i) xi okkorrenza dovuta għal ċirkostanzi mhux tas-
soltu u mhux prevedibbli, lil hinn mill-kontroll
tal-prinċipal tal-ħaddiem;
(ii) ġrajjiet eċċezzjonali li l-konsegwenzi tagħhom
ma setgħux ikunu evitati minkejja l-eżerċizzju
ta’ kull attenzjoni mogħtija mill-prinċipal; jew
(iii) inċident jew riskju imminenti ta’ inċident.
Ħaddiema bix-xift. 16. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tar-regolament 14 -
(a) ir-regolament 4 ma għandux japplika f’konnessjoni
ma’ ħaddiem bix-xift meta jibdel ix-xift u ma jistax
jieħu l-perjodu ta’ mistrieħ ta’ kuljum bejn it-tmiem
ta’ xift u l-bidu tax-xift ta’ wara;
(b) ir-regolament 6 ma għandux japplika f’konnessjoni
ma’ ħaddiem bix-xift meta l-ħaddiem jibdel ix-xift u
ma jistax jieħu l-perjodu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa
bejn it-tmiem ta’ xift u l-bidu tax-xift li jmiss; u
(ċ) ir-regolament 4 ma għandux japplika għal ħaddiema
impenjati f’attivitajiet li jinvolvu perjodi ta’ xogħol
maqsumin tul il-ġurnata, kif jista’ jkun il-każ ta’
ħaddiema tat-tindif.
Tobba qed 
jitħarrġu.
17. (1) Fir-rigward ta’ tobba qed jitħarrġu, r-regolament 7(1)
ma għandux japplika sa dik id-data li fiha l-Ministru jista’, b’avviż
fil-Gazzetta, jordna:
Iżda mill-1 ta’ Awissu, 2004 għandu jidħol fis-seħħ perjodu
transitorju li tulu n-numru ta’ sigħat ta’ xogħol kull ġimgħa għal
tobba qed jitħarrġu ma għandux jaqbeż medja ta’ tmienja u ħamsin
siegħa fl-ewwel tliet snin, medja ta’ sitta u ħamsin fis-sentejn ta’
wara u medja ta’ tnejn u ħamsin għal kull perjodu li jiġi wara.
(2) Il-prinċipal għandu jikkonsulta lir-rappreżentanti ta’ l-
impjegati fi żmien opportun bl-iskop li jasal fi ftehim, kull fejn hu
possibbli, fuq l-arranġamenti li japplikaw għall-perjodu ta’
transizzjoni. Fil-parametri mniżżlin fis-subregolament preċedenti,
dan il-ftehim jista’ jkopri:
(a) l-għadd medju ta’ sigħat ta’ xogħol fil-ġimgħa tul il-
perjodu transitorju; u
(b) il-miżuri li għandhom jittieħdu biex is-sigħat ta’
xogħol kull ġimgħa jitnaqqsu għal medja ta’ tmienja u
erbgħin siegħa sa tmiem il-perjodu transitorju;
(3) Ir-regolament 7(3) ma għandux japplika għal tobba li qed
jitħarrġu sakemm il-perjodu ta’ referenza ma jkunx jaqbeż:
ORGANIZZAZZJONI TAL-ĦIN TAX-XOGĦOL ġ L.S.452.87 11
(a) it-tnax-il xahar tul l-ewwel tliet snin li jibdew fl-1 ta’
Awissu, 2004, u
(b) is-sitt xhur fis-sentejn ta’ wara.
Meta jkun hemm 
ftehim kollettiv.
18. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tar-regolament 14, ftehim
kollettiv jista’:
(a) immodifika jew jeskludi l-applikazzjoni tar-
regolamenti 4, 5, 6 u 9 fir-rigward ta’ ħaddiema jew
grupp ta’ ħaddiema;
(b) jimmodifika l-applikazzjoni tar-regolament 7(3) bis-
sostituzzjoni ta’ kull referenza għal sbatax-il ġimgħa
b’perjodu differenti li ma jaqbiżx it-tnejn u ħamsin
ġimgħa, meta hemm raġunijiet oġġettivi jew tekniċi
suffiċjenti jew raġunijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-
organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol.
Ħaddiema mobbli 
u xogħol lil hinn 
mill-kosta.
19. (1) Ir-regolamenti 4, 5, 6 u 9 ma għandhomx japplikaw
għal ħaddiema mobbli:
Iżda għandhom isiru l-arranġamenti meħtieġa biex ikun
żgurat li dawn il-ħaddiema mobbli jkollhom mistrieħ adegwat ħlief
f’ċirkostanzi mniżżlin fir-regolament 15(f).
(2) F’każijiet meta jista’ jkun hemm raġunijiet oġġettivi jew
tekniċi jew raġunijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-organizzazzjoni
tax-xogħol, il-perjodu ta’ referenza msemmi fir-regolament 7(3)
jista’ jittawwal għal tnax-il xahar fir-rigward ta’ ħaddiema li
normalment jagħmlu xogħol lil hinn mill-kosta.
Disposizzjonijiet 
finali.
20. (1) Id-disposizzjonijiet tar-regolament 7 ma għandhomx
japplikaw fir-rigward ta’ ħaddiem li jkun ftiehem bil-miktub mal-
prinċipal tiegħu li ma għandhomx japplikaw, b’dan iżda li l-
prinċipal jieħu l-miżuri neċessarji biex jiżgura li:
(a) ebda ħaddiem ma għandu jkun mitlub jaħdem għal
aktar minn tmienja u erbgħin siegħa tul perjodu ta’
sebat ijiem, ikkalkolat bħala medju għall-perjodu ta’
referenza msemmi fir-regolament 14(b), sakemm il-
prinċipal ma jkunx l-ewwel ġab il-kunsens tal-
ħaddiem biex jagħmel dan ix-xogħol;
(b) ebda ħaddiem ma għandu jkun soġġett għal xi
detriment mill-prinċipal tiegħu għaliex ma jkunx irid
jagħti l-kunsens tiegħu biex jagħmel dan ix-xogħol;
(ċ) il-prinċipal iżomm records aġġornati tal-ħaddiema
kollha li jagħmlu dan ix-xogħol, li għandhom jinkludu
l-għadd speċifiku ta’ sigħat li għandhom jinħadmu
mill-impjegat tul perjodu ta’ referenza partikolari;
(d) ir-records jitqiegħdu għad-disposizzjoni tad-Direttur li
jista’, għal raġunijiet konnessi mas-sigurtà  u, jew is-
saħħa tal-ħaddiema, jipprojbixxi jew jirrestrinġi l-
possibilità  li jinqabeż il-massimu ta’ sigħat ta’ xogħol
kull ġimgħa;
(e) il-prinċipal jipprovdi lid-Direttur, wara talba tiegħu,
b’informazzjoni fuq każijiet li fihom ħaddiema jkunu
12 L.S.452.87 ħ ORGANIZZAZZJONI TAL-ĦIN TAX-XOGĦOL
taw il-kunsens tagħhom biex jaħdmu għal aktar minn
tmienja u erbgħin siegħa f’perjodu ta’ sebat ijiem,
ikkalkolat bħala medju għall-perjodu ta’ referenza
msemmi fir-regolament 7(3)(b).
(2) Kull ftehim bil-miktub magħmul bis-saħħa ta’ dak li
jingħad fis-subregolament (1)(a) għandu jkun jista’ jintemm mill-
ħaddiem billi jagħti lill-prinċipal avviż bil-miktub mhux inqas
minn sebat ijiem qabel jew xi perijodu ieħor itwal li ma jeċċedix
tliet xhur, kif stipulat bi ftehim bil-miktub.
(3) Għandu jkun id-dmir tal-prinċipal li:
(a) jżomm records adegwati biex juri li l-limiti speċifikati
fir-regolamenti 7 u 9, u l-ħtiġiet bis-saħħa tar-
regolament 10, qed ikunu sodisfatti fil-każ ta’ kull
ħaddiem li dawn ir-regolamenti japplikaw għalih, u
(b) jżomm tali records għal mill-inqas sentejn mid-data
meta jkunu saru.
(4) Meta prinċipal jonqos milli jżomm records taħt xi
disposizzjoni rilevanti ta’ dawn ir-regolamenti fir-rigward ta’ xi
impjegat, id-dmir tal-prova, fi proċeduri quddiem il-Qrati, li d-
disposizzjoni msemmija kienet sodisfatta fir-rigward ta’ l-impjegat
għandu jaqa’ fuq il-prinċipal.
Tkeċċija inġusta u reati oħra
Tkeċċija inġusta. 21. (1) Impjegat li jitkeċċa għandu jitqies għall-finijiet ta’
dawn ir-regolamenti bħala li jkun tkeċċa inġustament jekk ir-
raġuni, jew, jekk ikun hemm aktar minn waħda, ir-raġuni prinċipali
tat-tkeċċija hija li l-impjegat -
(a) ikun irrifjuta, jew ippropona li jirrifjuta, li
jikkonforma ma’ ħtieġa li l-prinċipal impona, jew
ippropona li jimponi, b’kontravenzjoni ta’ dawn ir-
regolamenti;
(b) irrifjuta, jew ippropona li jirrifjuta, li jirrinunzja għal
dritt mogħti lilu b’dawn ir-regolamenti.
(2) F’każijiet imsemmija fis-subregolament (1), ħaddiem jista’
jressaq ilment lit-Tribunal Industrijali mwaqqaf skond it-Taqsima
III ta’ Titolu II ta’ l-Att, li l-prinċipal -
(a) ikun irrifjuta li jippermettilu jeżerċita xi dritt li għandu
taħt dawn ir-regolamenti; jew
(b) naqas milli jħallsu l-ammont sħiħ jew xi parti minn xi
ammont dovut lilu taħt ir-regolament 8.
Reati. 22. Kull min jikser jew jonqos milli jikkonforma ruhu mad-
disposizzjonijiet ta’ xi wieħed minn dawn ir-regolamenti jkun ħati
ta’ reat kontra l-Att skond l-artikolu 45 ta’ l-Att u jista’ jeħel multa
ta’ mhux inqas minn mitejn lira (Lm200).
Iħassar 
disposizzjonijiet 
inqas favorevoli.
23. Dawn ir-regolamenti jieħdu post disposizzjonijiet rilevanti
inqas favorevoli f’kull regolament, ordnijiet jew leġislazzjoni
sussidjarja oħra magħmulin taħt jew miżmumin fis-seħħ taħt l-Att,
u kull disposizzjoni bħal dik rilevanti hija b’dan imħassra.
