LEAVE URĠENTI TAL-FAMILJA ġ L.S.452.88 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.88
REGOLAMENTI DWAR LEAVE URĠENTI
TAL-FAMILJA
5 ta’ April, 2004
L-AVVIŻ LEGALI 296 ta’ l-2003.
Titolu.
Leave Urġenti tal-Familja.
Interpretazzjoni.
Kap. 452.
''pro rata'' għandu jkollha t-tifsira mogħtija lilha mill-artikolu 2
ta’ l-Att:
Iżda:
(a) meta l-impjegat hu impjegat f’tali impieg part-time bi
skeda ta’ ħinijiet varjabbli, in-numru ta’ sigħat ta’
xogħol kull ġimgħa għandu jkun in-numru medju ta’
sigħat fil-ġimgħa mifruxin fuq perjodu ta’ sbatax-il
ġimgħa suċċessivi li jibdew fl-ewwel ta’ Jannar ta’
kull sena kalendarja; u
(b) meta l-impjegat ma jkunx impjegat part-time għal
perjodu ta’ tlettax-il ġimgħa, in-numru medju ta’
sigħat ta’ xogħol fil-ġimgħa għandu jkun ikkalkolat
fuq in-numru ta’ ġimgħat li fihom kien impjegat.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subregolament (1),
kliem u frażijiet użati f’dawn ir-regolamenti għandu jkollhom,
kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tkunx teħtieġ xort’oħra, it-
tifsira mogħtija lilhom fl-Att.
Skop u 
applikabilità .
3. (1) L-iskop ta’ dawn ir-regolamenti hu li jippreskrivu
ħtiġiet minimi maħsubin biex iġibu flimkien b’ċerta faċilità  ir-
responsabbiltajiet tal-ġenituri ma’ dawk professjonali għal ġenituri
li jaħdmu.
(2) Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw bla ħsara għall-
introduzzjoni u l-implimentazzjoni ta’ disposizzjonijiet aktar
favorevoli f’kull ftehim kollettiv jew ftehim ieħor li jsir bejn min
iħaddem u l-impjegat.
(3) Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-ħaddiema
kollha li għandhom kuntratt ta’ xogħol jew relazzjoni ta’ impieg kif
maħsuba fl-Att.
Leave urġenti għal 
raġunijiet ta’ forza 
maġġuri.
4. (1) L-impjegati kollha għandhom ikunu intitolati jieħdu
ħin leave mix-xogħol għal raġunijiet ta’ forza maġġuri għal
raġunijiet familjari urġenti f’każijiet ta’ mard jew inċidenti li
jagħmlu l-preżenza immedjata ta’ l-impjegat indispensabbli.
(2) Iċ-ċirkostanzi koperti bis-subregolament (1) għandhom
jinkludu:
2 L.S.452.88 ħ LEAVE URĠENTI TAL-FAMILJA
(a) inċidenti lil membri tal-familja fil-qrib ta’ l-impjegat;
(b) kull mard f’daqqa ta’ xi membru tal-familja fil-qrib ta’
l-impjegat li jkun jeħtieġ l-assistenza jew il-preżenza
ta’ l-impjegat;
(ċ) il-preżenza waqt twelid jew mewt ta’ membri tal-
familja fil-qrib ta’ l-impjegat.
(3) Għall-finijiet ta’ dan ir-regolament, ''familja fil-qrib'' tfisser
ir-raġel, il-mara u t-tfal miżżewwġa jew mhumiex, kif ukoll qraba
tal-familja sa l-ewwel grad ta’ parentela, u kemm jekk ikunu
joqogħdu fl-istess dar kemm jekk le, u persuni li jkollhom kustodja
legali ta’ tifel jew tifla.
Avviż. 5. Ebda avviż minn qabel ma jkun meħtieġ li jingħata mill-
impjegat minbarra f’dawk il-każijiet meta jkun possibbli għall-
impjegat li jagħti għallinqas avviż ta’ erba’ u għoxrin siegħa ta’ xi
ħaġa li tkun se tiġri u li titlob l-assenza ta’ l-impjegat mill-post tax-
xogħol għal raġunijiet familjari urġenti.
Numru ta’ sigħat 
ta’ leave urġenti.
6. (1) Il-prinċipal għandu jkun marbut li jagħti lil kull
impjegat total minimu ta’ ħmistax-il siegħa bi ħlas kull sena bħala
ħin ta’ leave mix-xogħol għal raġunijiet familjari urġenti kif
speċifikat f’dawn ir-regolamenti:
Iżda n-numru totali ta’ sigħat li jittieħdu mill-impjegat għal
raġunijiet familjari urġenti għandhom jitnaqqsu mid-dritt ta’ leave
annwali ta’ l-impjegat.
(2) Il-prinċipal għandu jkollu d-dritt jistabbilixxi n-numru
massimu ta’ sigħat ta’ ħin leave mix-xogħol f’kull każ partikolari,
salv li l-inqas ħin ma għandux ikun ta’ inqas minn siegħa għal kull
każ sakemm ma jkunx hemm il-qbil speċifiku ta’ l-impjegat.
(3) Il-prinċipal għandu jkollu d-dritt jitlob dawk il-provi li
jkunu meħtieġa biex jivverifika u jikkonferma t-talba għal leave
urġenti mill-impjegat.
(4) Impjegati part-time għandhom ikunu intitolati għal leave
urġenti pro rata.
Reati. 7. Kull persuna li tikser id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-
regolamenti jew li tonqos milli tikkonforma ruħha magħhom tkun
ħatja ta’ reat kontra l-Att u tista’ teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’
mhux inqas minn mitejn lira (Lm200) u mhux iżjed minn elf lira
(Lm1,000).
