INTERPRETAZZJONI FIL-KAMP TA’ L-IMPIEGI
U RELAZZJONIJIET INDUSTRIJALI ġ L.S.452.89 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.89
ORDNI DWAR L-INTERPRETAZZJONI FIL-KAMP 
TA’ L-IMPIEGI U RELAZZJONIJIET INDUSTRIJALI
7 ta’ Ottubru, 2003
L-AVVIŻ LEGALI 297 ta’ l-2003.
Titolu.
fil-kamp ta’ l-Impiegi u Relazzjonijiet Industrijali.
It-Tribunal 
Industrijali għandu 
jqis direttivi.
2. Meta jiġi biex jiddetermina jekk trattament hux
ġustifikabbli f’soċjetà  demokratika, it-Tribunal Industrijali għandu
jqis id-disposizzjonijiet ta’ direttivi u regolamenti ta’ l-Unjoni
Ewropea li għandhom x’jaqsmu mad-diskriminazzjoni u
partikolarment id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/EC tad-29 ta’
Ġunju 2000 u d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/EC tas-27 ta’
Novembru 2000 li jipprojbixxu d-diskriminazzjoni fuq bażi ta’
reliġjon jew twemmin, diżabilità , età , orjentament sesswali, razza
jew oriġini etnika.
