ORGANIZZAZZJONI TAL-ĦIN TAX-XOGĦOL
FL-AVJAZZJONI ĊIVILI ġ L.S.452.90 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.90
ORGANIZZAZZJONI TAL-ĦIN TAX-XOGĦOL
FL-AVJAZZJONI ĊIVILI
5 ta’ April, 2004
L-AVVIŻ LEGALI 306 ta’ l-2003.
Titolu.
Organizzazzjoni tal-Ħin tax-Xogħol fl-Avjazzjoni Ċivili.
Skop u fini tar-
regolamenti.
2. (1) Dawn ir-regolamenti għandhom jimplementaw id-
Direttiva tal-Kunsill 2000/79/EC tas-27 ta' Novembru 2000 dwar
il-Ftehim Ewropew fuq l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta'
impjegati mobbli fl-avjazzjoni ċivili magħmula mill-Association of
European Airlines (AEA), il-European Transport Workers'
Federation (ETF), il-European Cockpit Association (ECA), il-
European Regions Airline Association (ERA) u l-International Air
Carrier Association (IACA).
(2) Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-
organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol tal-membri ta’ l-ekwipaġġ.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti għandhom
jitqiesu bħala l-ħtiġiet minimi li jridu jitħarsu, bla ħsara għall-
introduzzjoni u l-implimentazzjoni ta’ disposizzjonijiet f’kull
ftehim kollettiv li jkun l-aktar favorevoli għall-livell ta’ ħarsien u l-
kondizzjonijiet tax-xogħol tal-membri ta’ l-ekwipaġġ.
Tifsir.
ma tkunx teħtieġ xort’oħra:
Kap. 452.
''block flying time'' tfisser il-ħin minn meta l-ajruplan jibda miexi
mill-post tal-parkeġġ tiegħu bl-iskop li jaqta’ mill-art sakemm
jieqaf għalkollox fil-pożizzjoni ta’ parkeġġ mogħti lilu u sakemm
il-magni kollha jintfew;
''ħin tax-xogħol'' tfisser kull perijodu li tulu ħaddiem ikun qed
jaħdem, għad-disposizzjoni ta’ min iħaddmu u jkunu qed jaqdi l-
ħidma jew dmirijiet tiegħu;
''membri ta’ l-ekwipaġġ'' tfisser membri ta’ l-ekwipaġġ abbord
ajruplan ċivili, impjegati minn intrapriża stabbilita f’Malta.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subregolament (1),
kliem u frażijiet użati f’dawn ir-regolamenti għandu jkollhom,
kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tkunx teħtieġ xort’oħra, it-
tifsira mogħtija lilhom fl-Att.
Leave annwali.
L.S. 452.87
4. Id-disposizzjonjiet tar-regolament 8 tar-Regolamenti dwar
l-Organizzazzjoni tal-Ħin tax-Xogħol, għandhom jitqiesu li huma
parti minn dawn ir-regolamenti u għandhom japplikaw għall-
membri ta’ l-ekwipaġġ.
2 L.S.452.90 ħ
ORGANIZZAZZJONI TAL-ĦIN TAX-XOGĦOL
FL-AVJAZZJONI ĊIVILI
Eżami tas-saħħa u 
trasferiment ta’ 
membri ta’ l-
ekwipaġġ għal 
xogħol matul il-
ġurnata.
5. (1) Bla ħsara għal obbligi aktar dettaljati dwar is-
sorveljanza tas-saħħa ta’ membri ta’ l-ekwipaġġ li jistgħu jintalbu
minn leġislazzjoni oħra, għandu jkun id-dmir ta’ min iħaddem li
jieħu l-miżuri neċessarji biex jiżgura li membru ta’ l-ekwipaġġ
jagħmel eżami kif imiss ta’ saħħtu biex jiddetermina l-istat tas-
saħħa tal-membru ta’ l-ekwipaġġ sabiex jiżgura li hu tajjeb għax-
xogħol li se jagħmel, qabel ma jassenja xogħol lil dak il-membru
ta’ l-ekwipaġġ:
Iżda min iħaddem għandu jerġa’ jagħmel l-eżami tas-saħħa
wara li jkun għadda perjodu ta’ żmien raġonevoli mill-eżami ta’
qabel jew kull meta tkun saret bidla fl-ambjent tax-xogħol jew fl-
istat tas-saħħa tal-ħaddiema.
(2) Ebda persuna ma għandha tikxef ir-riżultati ta’ l-eżami tas-
saħħa magħmul għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti lil xi persuna
oħra minbarra lill-ħaddiem li lilu jkun sar l-eżami, sakemm -
(a) il-ħaddiem ma jkunx ta l-kunsens tiegħu bil-miktub
biex ir-riżultat jinkixef, jew
(b) il-kxif tar-riżultat hu ristrett għal dikjarazzjoni li l-
eżami juri li l-ħaddiem ikun jew ma jkux tajjeb skond
il-każ qabel jidħol għax-xogħol mogħti lilu jew qabel
ma jkompli sejjer bix-xogħol mogħti lilu.
(3) Min iħaddem għandu, kull meta possibbli, jittrasferixxi
membru ta’ l-ekwipaġġ għal xogħol mal-ġurnata li għalih hu
addattat, li ma jkunx neċessarjament abbord ajruplan ċivili, meta
min iħaddem ikun ġie infurmat mill-konsulenti mediċi tiegħu li
membru ta' l-ekwipaġġ impjegat minn min iħaddem ikun qed ibati
minn problemi ta' saħħa li huma konnessi mal-qadi ta' xogħol
billejl mill-membru ta' l-ekwipaġġ.
(4) Min iħaddem ma għandu jitlob jew jippermetti li jintalab
ebda ħlas mill-ħaddiem fir-rigward ta’ xi ħaġa li tkun saret
minħabba xi miżura meħtieġa minn dawn ir-regolamenti.
Records u għoti ta’ 
informazzjoni.
6. Għandu jkun id-dmir ta’ min iħaddem li jżomm records
suffiċjenti fuq il-mod speċifiku kif jaħdmu membri ta’ l-ekwipaġġ
biex juri li hemm konformità  kif imiss mad-disposizzjonijiet ta’
dawn ir-regolamenti u biex jgħaddi lid-Direttur, kull meta jkun
mitlub jagħmel dan, kull informazzjoni relatata ma’ xogħol li jista’
jitqies li jkun meħtieġ li jsir.
L-għola ħin tax-
xogħol ta’ kull 
sena.
7. Għandu jkun id-dmir ta’ min iħaddem li jiżgura li l-għola
ħin tax-xogħol ta’ kull sena, inklużi xi elementi ta’ stennija għal-
lest biex jingħata xi xogħol, ma għandux jaqbeż l-2000 siegħa li
tulhom il-block flying time għandu jkun limitat għal 900 siegħa:
Iżda l-għola ħin tax-xogħol ta’ kull sena għandu jitqassam
b’mod kemm jista’ jkun bilanċjat u prattiku tul is-sena kollha.
Ġranet liberi minn 
kull xogħol u 
stennija għal 
xogħol.
8. Bla ħsara għad-disposizzjonjiet tar-regolament 4, membri
ta’ l-ekwipaġġ għandhom jingħataw ġranet liberi minn kull xogħol
u stennija għal xogħol, li għandhom jiġu avżati minn qabel, kif ġej:
(a) mill-inqas sebat ijiem f’kull xahar kalendarju, li
jistgħu jinkludu kull perjodu ta’ mistrieħ; u
ORGANIZZAZZJONI TAL-ĦIN TAX-XOGĦOL
FL-AVJAZZJONI ĊIVILI ġ L.S.452.90 3
(b) mill-inqas 96 ġurnata f’kull sena kalendarja, li jistgħu
jinkludu kull perjodu ta' mistrieħ.
Reati.
disposizzjonijiet ta’ xi wieħed minn dawn ir-regolamenti tkun ħatja
ta’ reat kontra l-Att skond ma hemm fl-artikolu 45 ta’ l-Att u tista’
teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux inqas minn mitejn lira
(Lm200) u mhux iżjed minn elf lira (Lm1,000).
Tħassir ta’ 
disposizzjonijiet 
inqas favorevoli.
10. Dawn ir-regolamenti jieħdu post disposizzjonijiet rilevanti
inqas favorevoli f’kull regolament, ordni jew leġislazzjoni
sussidjarja oħra magħmulin jew miżmumin fis-seħħ taħt l-Att, u
kull tali disposizzjoni rilevanti hija b’dan imħassra.
