ĦARSIEN TAL-MATERNITÀ  (IMPIEG) ġ L.S.452.91 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.91
REGOLAMENTI DWAR IL-ĦARSIEN
TAL-MATERNITÀ  (IMPIEG)
5 ta’ Jannar, 2004
L-AVVIŻ LEGALI 439 ta’ l-2003, kif emendat bl-Avviż Legali 3 ta’ l-
2004.
Titolu u skop.
il-Ħarsien tal-Maternità  (Impieg).
(2) L-iskop ta’ dawn ir-regolamenti hu li jippreskrivu ħtiġiet
minimi maħsubin biex jissalvagwardjaw id-drittijiet ta’ l-impieg ta’
impjegati tqal, impjegati li għadhom kemm welldu u impjegati li
qed ireddgħu, u b’hekk iħaffu titjib fis-siġurtà  u s-saħħa ta’ dawn l-
impjegati u jdaħħlu fis-seħħ id-disposizzjonijiet rilevanti tad-
Direttiva tal-Kunsill 92/85/EEC.
(3) Dawn ir-regolamenti għandhom ikunu applikabbli bla
preġudizzju għall-introduzzjoni u l-implimentazzjoni ta’
disposizzjonijiet aktar favorevoli f’kull ftehim kollettiv li jsir u
f’kull ftehim ieħor bejn il-prinċipal u l-impjegata.
(4) Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-impjegati
tqal kollha, li għadhom kemm welldu jew li qed ireddgħu.
(5) Dawn ir-regolamenti għandhom jidħlu fis-seħħ fil-5 ta’
Jannar 2004.
Kap. 135.
L.S. 424.11
(6) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subregolament (5), id-
disposizzjonijiet tar-regolamenti 6, 7 u 8 ma għandhomx japplikaw
fil-każ ta’ impjegata tqila li d-data tat-twellid mistennija tagħha tiġi
qabel il-5 ta’ April, 2004, irrispettivament mid-data attwali tat-
twellid, u d-dritt għall-leave tal-maternità  u benefiċċji tiegħu
għandhom jibqgħu jkunu regolati bl-artikoli 18(1), (2), (3) u (4) ta’
l-Att li Jirregola l-Kondizzjonijet ta’ l-Impieg, u bir-regolament 8
tar-Regolamenti dwar il-Protezzjoni tal-Maternità  fuq il-Post tax-
Xogħol.
(7) Id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti għandhom
japplikaw għalkollox fil-każ ta’ impjegata tqila li d-data tat-twellid
mistennija tagħha tkun il-5 ta’ April 2004 jew wara,
irrispettivament mid-data tat-twellid attwali.
Interpretazzjoni.
''ambjent tax-xogħol'' tfisser l-interazzjoni bejn ix-xorta tax-
xogħol u s-sitwazzjoni fiżika u l-ambjent ġenerali li fihom il-
ħaddiema tagħmel xogħolha;
Kap. 452.
''data ta’ twellid'' tfisser id-data tat-twelid tat-tarbija;
''impjegata li għadha kemm wildet'' tfisser impjegata li
formalment għarrfet lill-prinċipal tagħha permezz ta’ ċertifikat
maħruġ minn tabib jew qabla reġistrati, u li d-data tat-twellid
tagħha kienet:
2 L.S.452.91 ħ ĦARSIEN TAL-MATERNITÀ  (IMPIEG)
(a) mhux aktar minn erbatax-il ġimgħa qabel fil-każ ta’
tarbija mwielda mejta, u
(b) mhux aktar minn sitta u għoxrin ġimgħa qabel fil-każ
ta’ twelid ta’ tarbija ħajja;
''impjegata li qed tradda’'' tfisser impjegata li qed tradda’ tul
perjodu sa sitta u għoxrin ġimgħa wara li tiled u li tkun infurmat
lill-prinċipal tagħha bl-istat tagħha permezz ta’ ċertifikat maħruġ
minn tabib jew qabla reġistrati;
''impjegata tqila'' tfisser impjegata li formalment tgħarraf lill-
prinċipal tagħha bit-tqala tagħha u bid-data tat-twellid mistennija
permezz ta’ ċertifikat maħruġ minn tabib jew qabla reġistrati;
''leave speċjali tal-maternità '' tfisser leave biex waħda tassenti
ruħha mix-xogħol mogħti mill-prinċipal lil impjegata li tkun tqila,
qed tradda’ jew għadha kemm welldet, meta, minkejja li l-prinċipal
jieħu l-passi msemmija fir-regolament 3, ikun hemm jew jista’ jkun
hemm riskju li jista’ jipperikola s-saħħa jew is-sigurtà  ta’ l-
impjegata; dan il-leave għandu jingħata sakemm ir-riskju jibqa’
hemm u skond pattijiet imsemmija f’ dawn ir-regolamenti;
L.S. 424.18
Kap. 424.
''valutazzjoni tar-riskju'' tfisser valutazzjoni magħmula mill-
prinċipal għas-sodisfazzjon ta’ l-Awtorità  għas-Saħħa u s-Sigurtà
fuq il-Post tax-Xogħol, skond ir-Regolamenti dwar
Disposizzjonijiet Ġnerali dwar is-Saħħa u s-Sigurtà  fuq il-Post tax-
Xogħol, u kull leġislazzjoni rilevanti oħra skond l-Att dwar ta’ l-
Awtorità  għas-Saħħa u s-Sigurtà  fuq il-Post tax-Xogħol.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subregolament (1),
frażijiet u espressjonijiet użati f’dawn ir-regolamenti għandu
jkollhom, sakemm ir-rabta tal-kliem ma titlobx mod ieħor, it-tifsira
mogħtija lilhom fl-Att.
Drittijiet ta’ l-
impieg u leave 
speċjali tal-
maternità .
Emendat:
A.L. 3 ta’ l-2004.
3. (1) F’dan ir-regolament, impjegata tinkludi ''impjegata
tqila'', ''impjegata li għadha kemm welldet'' u ''impjegata li qed
tradda’''.
(2) L-impieg ta’ l-impjegata għandu jkun żgurat u l-pagi tagħha
ma għandhomx ikunu inqas favorevoli minn dawk stipulati fil-
kuntratt tax-xogħol tagħha meta prinċipal jieħu miżuri biex iħares
is-saħħa u s-sigurtà  ta’ impjegata, wara li valutazzjoni tar-riskju
tkun kixfet riskju għas-saħħa u s-sigurtà  jew effett fuq it-tqala jew
it-treddigħ ta’ l-impjegata.
(3) Il-miżuri msemmija fis-subregolament preċedenti jinkludu:
(a) l-aġġustament temporanju ta’ l-ambjent tax-xogħol u,
jew tas-sigħat ta’ xogħol ta’ l-impjegata involuta;
(b) l-assenjament ta’ l-impjegata għal xogħol alternattiv
xieraq li hu adatt biex tagħmlu fiċ-ċirkustanzi, fil-każ
li l-aġġustament tal-kondizzjonijiet tax-xogħol u, jew
tas-sigħat tax-xogħol ma humiex teknikament u, jew
oġġettivament possibbli, jew ma jistgħux
raġonevolment jintalbu minnha għal raġunijiet:
Iżda impjegata li, bla ġustifikazzjoni, tirrifjuta li tagħmel
xogħol alternattiv xieraq mogħti lilha mill-prinċipal tagħha li hu
meqjus aċċettabbli fiċ-ċirkostanzi mill-Awtorità  għas-Saħħa u s-
ĦARSIEN TAL-MATERNITÀ  (IMPIEG) ġ L.S.452.91 3
Sigurtà  fuq il-Post tax-Xogħol, ma għandhiex tkun intitolata għal xi
rimunerazzjoni msemmija fis-subregolament (5) tul il-leave
speċjali tal-maternità :
Iżda wkoll meta r-raġuni għall-miżuri li jkunu ttieħdu
skond is-subregolament (3) ma tibqax valida, il-prinċipal għandu
jagħmel li jista’ biex jerġa’ jagħti l-istess impieg li kellha lill-
impjegata jew meta dan ma jkunx aktar possibbli għal raġuni
valida, jagħtiha xogħol ekwivalenti jew simili li hu konsistenti mal-
kuntratt ta’ xogħol oriġinali tagħha.
(4) Jekk il-prinċipal juri għas-sodisfazzjon ta’ l-Awtorità  għas-
Saħħa u s-Sigurtà  fuq il-Post tax-Xogħol li hu ma jistax
jikkonforma mad-disposizzjonijiet tas-subregolament (3), l-
impjegata involuta għandha tingħata leave speċjali tal-maternità
għall-perjodu neċessarju biex iħares is-sigurtà  jew is-saħħa tagħha,
bla preġudizzju għad-dritt l-ieħor li jkollha bis-saħħa tar-
regolament 6 u r-regolament 7.
Kap. 318.
(5) Tul il-leave speċjali tal-maternità  msemmi fis-
subregolament (4), il-prinċipal għandu jħallas lill-impjegata, għal
perjodu ta’ tmien ġimgħat, allowance speċjali ekwivalenti għar-rata
ta’ benefiċċju tal-mard pagabbli skond ta’ l-Att dwar is-Sigurtà
Soċjali.
Kull leave speċjali tal-maternità  mogħti f’relazzjoni ma’
twellid wieħed, kemm jekk bħala perjodu kontinwu kemm jekk b’
mod interrott, li jmur lilhinn minn total kumulattiv ta’ tmien
ġimgħat, għandu jkun bla ħlas:
Iżda l-impjegata għandha tibqa’ intitolata, meta jintemm il-
leave speċjali tal-maternità , għall-benefiċċji kollha li jistgħu jkunu
intitolati għalihom impjegati oħra ta’ l-istess klassi jew kategorija
ta’ impieg f’dak il-post tax-xogħol.
(6) Jekk impjegata li tkun ingħatat leave taħt is-subregolament
(4) bħala impjegata li tkun qed tradda’ tieqaf tradda’, hi għandha,
mill-aktar fis prattiku, tinnotifika lill-prinċipal tagħha bil-miktub li
tkun waqfet tradda’.
(7) Bla preġudizzju għas-subregolament (6), jekk, tul il-
perjodu ta’ leave speċjali tal-maternità  mogħti lil impjegata, l-
impjegata tinduna li l-kondizzjoni tagħha ma hix aktar tali li hi
vulnerabbli għar-riskju li bis-saħħa tiegħu kienet ingħatat leave
speċjali tal-maternità , mill-aktar fis prattiku għandha tinnotifika
lill-prinċipal tagħha bil-miktub li ma tkunx għadha aktar fir-riskju.
(8) Meta prinċipal jirċievi notifika minn impjegata taħt is-
subregolament (6) jew (7) u ma jkollu ebda raġuni biex jaħseb li,
jekk l-impjegata tirritorna għax-xogħol, hi tkun vulnerabbli għar-
riskju bħala impjegata li għaliha r-regolamenti japplikaw:
(a) il-prinċipal għandu jieħu l-miżuri raġonevoli kollha
biex l-impjegata tkun tista’ terġa’ għax-xogħol f’dik
il-posizzjoni li kellha immedjatament qabel bdiet il-
leave tagħha, u mbagħad għandu jinnotifikaha bil-
miktub li tista’ terġa’ tibda taħdem f’dik il-pożizzjoni;
u
(b) il-leave speċjali tal-maternità  mogħti lill-impjegata
4 L.S.452.91 ħ ĦARSIEN TAL-MATERNITÀ  (IMPIEG)
għandu jieqaf sebat ijiem wara li hija tirċievi n-
notifika taħt il-paragrafu (a) jew, jekk qabel, fil-
ġurnata meta terġa’ lura għax-xogħol.
(9) Jekk, tul perjodu ta’ leave speċjali tal-maternità , il-
prinċipal tagħha -
(a) jew jieħu dawk il-miżuri li huma neċessarji għas-
sodisfazzjon ta’ l-Awtorità  għas-Saħħa u s-Sigurtà  fuq
il-Post tax-Xogħol biex jiżgura li hi ma tkunx aktar
esposta għal xi riskju li minħabba fih kienet ingħatat
leave speċjali tal-maternità  jew ikun jista’ jċaqlaq lill-
impjegata msemmija fis-subregolament (2), u
(b) jinnotifika lill-impjegata bil-miktub li hi tista’ terġa’
lura għax-xogħol bla ma tkun esposta għal dak ir-
riskju jew, skond il-każ, li jkun instabilha xogħol ieħor
li hu adatt għaliha kif imsemmi fis-subregolament
(3)(b),
il-leave speċjali tal-maternità  jieqaf sebat ijiem wara li taslilha n-
notifika taħt il-paragrafu (b) jew, jekk ikun qabel, fil-ġurnata meta
tidħol lura għax-xogħol jew, skond il-każ, tibda tagħmel dak ix-
xogħol l-ieħor.
Projbizzjoni ta’ 
esposizzjoni għal 
ċerti aġenti jew 
kondizzjonijiet ta’ 
xogħol.
Kap. 424.
4. Id-disposizzjonijiet tar-regolament 3 għandhom japplikaw,
mutatis mutandis, meta prinċipal jieħu miżuri biex iħares is-saħħa u
s-sigurtà  ta’ impjegata li toħroġ tqila jew tibda tradda’, għas-
sodisfazzjon ta’ l-Awtorità  għas-Saħħa u s-Sigurtà  fuq il-Post tax-
Xogħol, biex jipprevjeni r-riskju ta’ esposizzjoni li jista’
jipperikola s-saħħa u s-sigurtà  ta’ dik l-impjegata għal aġenti,
proċessi jew kondizzjonijiet ta’ xogħol li esposizzjoni għalihom
hija pprojbita skond id-disposizzjonijiet speċifiċi magħmulin taħt l-
Att dwar l-Awtorità  għas-Saħħa u s-Sigurtà  fuq il-Post tax-Xogħol:
Iżda l-impjegata għandha tkun infurmat debitament lill-
prinċipal tagħha li hija tkun tqila jew qed tradda’.
Xogħol ta’ billejl.
Kap. 424.
5. (1) Id-drittijiet ta’ l-impjegata għandhom ikunu assikurati
u l-pagi tagħha ma għandhomx ikunu inqas favorevoli minn dawk
stipulati fil-kuntratt tax-xogħol meta prinċipal, li jkun irċieva
notifika permezz ta’ ċertifikat mediku li impjegata ma għandhiex
taħdem billejl waqt it-tqala tagħha u waqt li tkun qed tradda’ għal
raġunijiet relatati mas-saħħa u s-sigurtà  tagħha, jittrasferiha għal
xogħol binhar biex jikkonforma ma’ l-obbligi tiegħu bħala
prinċipal skond l-Att dwar l-Awtorità  għas-Saħħa u s-Sigurtà  fuq
il-Post tax-Xogħol, jew leġislazzjoni sussidjarja maħruġa taħtu.
(2) Jekk il-prinċipal juri, għas-sodisfazzjon ta’ l-Awtorità
għas-Saħħa u s-Sigurtà  fuq il-Post tax-Xogħol, li huwa ma jistax
jikkonforma mal-ħtieġa li jittrasferixxi lill-impjegata għal xogħol
binhar kif imsemmi fis-subregolament (1) għaliex dan ma jkunx
possibbli teknikament u, jew oġġettivament jew ma jistax ikun
meħtieġ għal raġunijiet debitament sostanzjati, l-impjegata
għandha tingħata leave speċjali tal-maternità  kif imsemmi fir-
regolament 3.
Dritt għal leave tal-
maternità .
6. (1) Impjegata tqila tista’ tapplika għal leave tal-maternità
ĦARSIEN TAL-MATERNITÀ  (IMPIEG) ġ L.S.452.91 5
għal perjodu mhux interrott ta’ erbatax-il ġimgħa jekk tinnotifika
lill-prinċipal tagħha skond ir-regolament 8.
(2) Leave tal-maternità  għandu jittieħed kif ġej:
(a) dritt ta’ sitt ġimgħat leave tal-maternità  li jrid jittieħed
bilfors immedjatment wara d-data tat-twellid;
(b) erba’ ġimgħat leave tal-maternità  li jrid jittieħed
bilfors immedjatment qabel id-data tat-twellid
mistennija, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor
bejn il-prinċipal u l-impjegata;
(ċ) il-bilanċ li jibqa’ tad-dritt irid jittieħed, kollu jew
parzjalment, jew immedjatament qabel jew
immedjatament wara l-perjodi ta’ hawn fuq, kif l-
impjegata tista’ titlob:
Iżda jekk hi ma tistax tagħmel użu mid-dritt għall-leave tal-
maternità  qabel id-data tat-twellid, dak il-bilanċ li jibqa’ jista’
jittieħed wara t-twellid.
Benefiċċji.
intitolata għal leave tal-maternità  b’paga sħiħa tul l-ewwel tlettax-il
ġimgħa ta’ dan il-leave, bl-erbatax-il ġimgħa bla ħlas.
Notifika lill-
prinċipal.
8. (1) Impjegata tqila li bi ħsiebha tagħmel użu mill-leave tal-
maternità  tagħha għandha tinnotifika lill-prinċipal bil-miktub bid-
data meta tkun hi bi ħsiebha tagħmel użu minn dan id-dritt.
(2) In-notifika msemmija fis-subregolament preċedenti
għandha tingħata lill-prinċipal mill-inqas erba’ ġimgħat qabel jibda
l-leave tal-maternità , safejn ikun raġonevolment prattikabbli.
Eżamijiet qabel it-
twelid.
9. (1) Impjegata tqila għandha tkun intitolata għal ħin liberu
bla telf ta’ paga jew benefiċċji oħra biex tattendi eżamijiet ta’ qabel
it-twelid, jekk dawn l-eżamijiet ikollhom isiru tul is-sigħat tax-
xogħol tagħha.
(2) Il-prinċipal jista’ jitlob dokumentazzjoni li turi l-ħinijiet ta’
l-appuntamenti jew li tkun tati prova ta’ l-attendenza attwali għal
dawn l-eżamijiet.
Teħid ta’ leave 
waqt kuntratti għal 
terminu fiss.
10. Impjegata li jkollha kuntratt għal żmien fiss għandha, għal
kemm itul dak il-kuntratt, ikollha l-istess drittijiet mogħtijin minn
dawn ir-regolamenti, iżda ma tkunx dovuta tħallas lill-prinċipal
somma ekwivalenti għall-pagi li tkun irċeviet tul il-leave tal-
maternità  jekk il-kuntratt tagħha ma jkunx imtawwal għad-
diskrezzjoni tal-prinċipal għal perjodu ta’ żmien li jkun biżżejjed
għaliha biex taqdi l-obbligi li jirriżultaw mill-artikolu 36(20) ta’ l-
Att.
Drittijiet waqt il-
maternità  u leave 
speċjali tal-
maternità .
11. (1) Meta impjegata tkun fuq leave tal-maternità  jew leave
speċjali tal-maternità , l-impjegata għandha titqies li kienet fl-
impieg mal-prinċipal u tul din l-assenza hija għandha tkun
intitolata għad-drittijiet u benefiċċji kollha li jistgħu jgawdu
minnhom impjegati oħra ta’ l-istess klassi jew kategorija ta’ impieg
fl-istess post tax-xogħol, inkluż id-dritt li tapplika għal
opportunitajiet ta’ promozzjoni fil-post tax-xogħol tagħha, u, meta
tidħol lura għax-xogħol, hi għandha tkun intitolata li terġa’ lura
6 L.S.452.91 ħ ĦARSIEN TAL-MATERNITÀ  (IMPIEG)
għall-istess post tagħha jew, meta dan ma hux aktar possibbli, għal
xogħol ewkwivalenti jew simili li jkun konsistenti mal-kuntratt ta’
xogħol oriġinali tagħha.
(2) Tul il-leave imsemmi fis-subregolament preċedenti l-
impjegata ma għandux ikollha dritt għal xi bonus jew allowance
relatati max-xogħol li tagħmel jew produzzjoni tagħha.
Tkeċċija. 12. (1) Bla ħsara għas-subregolament (2), ma għandux ikun
legali għall-prinċipal li jkeċċi impjegata tqila, impjegata li tkun
għadha kif wildet jew impjegata li qed tradda’ , mid-data li fiha din
l-impjegata tinnotifika formalment lill-prinċipal bit-tqala tagħha sa
tmiem il-leave tal-maternità  tagħha, u waqt xi perjodu ta’ leave
speċjali tal-maternità , minħabba fil-kondizzjoni tagħha jew għaliex
tagħmel użu hi nnifisha jew tipprova tagħmel użu hi nnifisha minn
xi drittijiet skond dawn ir-regolamenti.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ dan is-subregolament (1) huma bla
preġudizzju u ma għandhomx japplikaw għal każijiet li jaqgħu taħt
l-artikolu 36(2), (4) u (14) ta’ l-Att.
(3) F’każijiet meta jkun hemm kawża tajba u suffiċjenti għat-
tkeċċija ta’ l-impjegata, il-prinċipal għandu:
(a) jġib raġunijiet debitament sostanzjati għat-tkeċċija
tagħha bil-miktub fl-avviż ta’ terminazzjoni tagħha;
(b) jibgħat kopja ta’ dan l-avviż lid-Direttur.
Tkeċċija inġusta. 13. (1) Impjegata li titkeċċa għandha titqies għall-finijiet ta’
dawn ir-regolamenti bħala li kienet imkeċċija inġustament jekk ir-
raġuni (jew, jekk aktar minn waħda, ir-raġuni prinċipali) għat-
tkeċċija hija li l-impjegata -
(a) irrifjutat (jew ipproponiet li tirrifjuta) li tikkonforma
ma’ ħtieġa li l-prinċipal impona (jew ippropona li
jimponi) bi ksur ta’ dawn ir-regolamenti;
(b) irrifjutat (jew ipproponiet li tirrifjuta) li tiċħad għal
dritt mogħti lilha minn dawn ir-regolamenti.
(2) F’każijiet imsemmija fis-subregolament (1), impjegata
tista’ tippreżenta lment lit-Tribunal Industrijali mwaqqaf għat-
termini ta’ Parti III ta’ Titolu II ta’ l-Att, li l-prinċipal kien irrifjuta
li jippermettilha teżerċita xi dritt li għandha taħt dawn ir-
regolamenti.
Reati. 14. Kull persuna li tikser id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-
regolamenti tkun ħatja ta’ reat u tista’, meta tinsab ħatja, teħel
multa ta’ mhux inqas minn mitejn lira (Lm200).
