IMPIEG TA’ ŻGĦAŻAGĦ ġ L.S.452.92 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.92
REGOLAMENTI DWAR L-IMPIEG TA’ ŻGĦAĦAGĦ
5 ta’ April, 2004
L-AVVIŻ LEGALI 440 ta’ l-2003.
Titolu u skop.
l-Impieg ta’ Żgħażagħ.
(2) L-iskop ta’ dawn ir-regolamenti hu li:
(a) jipprojbixxu xogħol tat-tfal;
(b) jistabbilixxu li l-età  minima tax-xogħol ma tistax tkun
aktar baxxa mill-età  minima li fiha tispiċċa l-iskola
full-time obbligatorja;
(ċ) jirregolaw xogħol magħmul minn adolexxenti u
żgħażagħ; u
(d) jiżguraw li prinċipali jiggarantixxu li żgħażagħ
ikollhom kondizzjonijiet ta’ xogħol adatti għall-età
tagħhom u li jkunu mħarsa kontra esplojtazzjoni
ekonomika u kontra kull xogħol li x’aktarx jista’ jkun
ta’ ħsara għas-sigurtà , is-saħħa jew l-iżvilupp fiżiku,
mentali, morali jew soċjali tagħhom jew li jkun
jippreġudika l-edukazzjoni tagħhom.
(3) Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għal kull
persuna taħt it-tmintax-il sena li għandha kuntratt ta’ xogħol jew xi
forma ta’ relazzjoni ta’ impieg ma’ prinċipal.
(4) Dawn ir-regolamenti ma għandhomx japplikaw għal xogħol
okkażjonali jew għal xogħol li jsir tul medda qasira ta’ żmien li
jinvolvi -
(a) servizz domestiku f’dar privata jew
(b) xogħol f’intrapriża tal-familja;
Iżda, f’kull każ, ix-xogħol li għandu jsir ma jistax jitqies
bħala ta’ ħsara jew perikoluż għal żagħżugħ.
(5) Dawn ir-regolamenti għandhom jidħlu fis-seħħ fil-5 ta’
April, 2004.
Interpretazzjoni.
Kap. 327.
''adolexxent'' tfisser kull żagħżugħ li jkun laħaq is-sittax-il sena,
jew xi età  oħra li minn żmien għal żmien tista’ tkun stabbilita bħala
l-età  meta pesuna titlaq mill-iskola bis-saħħa ta’ l-Att dwar l-
Edukazzjoni, imma li tkun inqas minn tmintax-il sena;
Kap. 452.
Kap. 424.
''Awtorità  dwar is-Saħħa u s-Sigurtà  fuq il-Post tax-Xogħol''
tfisser l-Awtorità  stabbilita bis-saħħa ta’ l-Att dwar Awtorità  dwar
is-Saħħa u s-Sigurtà  fuq il-Post tax-Xogħol;
''Direttur'' għandu jkollha l-istess tifsira mogħtija lilha bl-
artikolu 2 ta’ l-Att;
2 L.S.452.92 ħ IMPIEG TA’ ŻGĦAŻAGĦ
Kap. 327.
''Direttur ta’ l-Edukazzjoni'' għandha l-istess tifsira mogħtija
lilha bl-artikolu 2 ta’ l-Att dwar l-Edukazzjoni;
''ġenitur'' tinkludi kull persuna li għandha l-kura jew kustodja
legali ta’ persuna żagħżugħa;
''ħin tax-xogħol'' tfisser kull perjodu li tulu persuna żagħżugħa
tkun qed taħdem, lesta skond ma jkun irid il-prinċipal, u li tkun qed
taqdi l-attività  jew id-dmirijiet tiegħu;
''perjodu ta’ mistrieħ'' tfisser kull perjodu li mhux ħin tax-
xogħol;
''persuna żagħżugħa'' tfisser kull persuna li ma tkunx għalqet
tmintax-il sena;
Kap. 327.
''tifel'' tfisser kull persuna, sew tifel sew tifla, li hija taħt is-
sittax-il sena, jew taħt xi età  oħra li minn żmien għal żmien tista’
tkun stabbilita bħala l-età  meta persuna titlaq mill-iskola bis-saħħa
ta’ l-Att dwar l-Edukazzjoni;
''xogħol'' tinkludi kull dmir, attività , xogħol jew servizz li
jipproduċi prodott jew riżultat, u li jkun qed isir għal ħlas jew
b’xejn jew bi skambju għal oġġetti, servizzi, profitt jew xi
benefiċċju;
''xogħol ħafif'' tfisser kull xogħol li, minħabba n-natura inerenti
tax-xogħlijiet li jinvolvi u l-kondizzjonijiet partikolari li taħthom
ix-xogħlijiet isiru:
L.S. 424.18
(a) ikun ntwera minn valutazzjoni tar-riskju, skond ir-
Regolamenti dwar Disposizzjonijiet Ġenerali dwar is-
Saħħa u s-Sigurtà  fuq il-Post tax-Xogħol, u kull
leġislazzjoni rilevanti oħra dwar saħħa u sigurtà  li
tista’ tkun fis-seħħ minn żmien għal żmien, magħmula
mill-prinċipal għas-sodisfazzjon ta’ l-Awtorità  dwar
is-Saħħa u s-Sigurtà  fuq il-Post tax-Xogħol, li jkun
xogħol li x’ aktarx ma jkunx ta’ ħsara għas-sigurtà , is-
saħħa jew l-iżvilupp ta’ tfal; u
(b) id-Direttur ta’ l-Edukazzjoni ma jkollux oġġezzjoni li
jsir dan ix-xogħol minħabba f’li dan ix-xogħol ikun ta’
dannu għall-attendenza l-iskola, il-parteċipazzjoni fi
programmi ta’ gwida vokazzjonali jew taħriġ
approvati mill-Ministru responsabbli għall-
edukazzjoni jew minn tali persuna oħra debitament
awtorizzata minn dak il-Ministru biex taġixxi f’ismu,
jew għall-kapaċità  li jkollhom li jibbenefikaw mill-
istruzzjoni li jingħataw.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subregolament (1),
frażijiet u espressjonijiet użati f’dawn ir-regolamenti għandhom,
sakemm il-kuntest ma jkunx jeħtieġ mod ieħor, ikollhom it-tifsira
mogħtija lilhom fl-Att.
Xogħol mit-tfal.
Kap. 327.
3. (1) Bla ħsara għas-subregolamenti (2) u (3), ebda persuna
ma għandha timpjega xi tifel jekk it-tifel ma jkunux ingħata
permess bil-miktub skond l-artikolu 43(2) ta’ l-Att dwar l-
Edukazzjoni.
(2) Kull prinċipal għandu japplika lid-Direttur għal
IMPIEG TA’ ŻGĦAŻAGĦ ġ L.S.452.92 3
awtorizzazzjoni bil-miktub biex jimpjega xi tifel għal attivitajiet
kulturali, artistiċi, sportivi jew ta’ riklamar, u d-Direttur jista’
joħroġ din l-awtorizzazzjoni, f’każi individwali, għall-impieg ta’
tifel f’dawn l-attivitajiet:
Iżda:
L.S. 424.18
(a) il-prinċipal għandu jagħmel valutazzjoni tar-riskju,
skond ir-Regolamenti dwar id-Disposizzjonijiet
Ġenerali dwar is-Saħħa u s-Sigurtà  fuq il-Post tax-
Xogħol, u kull leġislazzjoni rilevanti oħra dwar saħħa
u sigurtà  li tista’ tkun fis-seħħ minn żmien għal żmien,
għas-sodisfazzjon ta’ l-Awtorità  dwar is-Saħħa u s-
Sigurtà  fuq il-Post tax-Xogħol, li tkun turi li dawn l-
attivitajiet x’aktarx ma jkunux ta’ ħsara għas-sigurtà ,
is-saħħa jew l-iżvilupp tat-tifel; u
(b) id-Direttur ta’ l-Edukazzjoni ma jkollux oġġezzjoni li
jsir dan ix-xogħol għaliex dan ix-xogħol x’aktarx li
mhux se jkollu effett ħażin fuq l-attendenza tat-tifel l-
iskola, jew fuq il-parteċipazzjoni relattiva fi
programmi ta’ gwida vokazzjonali jew ta’ taħriġ
approvati mill-Ministru responsabbli għall-
edukazzjoni jew minn tali persuna oħra debitament
awtorizzata mill-Ministru msemmi biex taġixxi f’ismu,
jew għall-kapaċità  li jkollhom li jibbenefikaw mill-
istruzzjoni li jingħataw.
(3) Is-subregolament (1) ma għandux japplika fir-rigward ta’ l-
impieg ta’ tfal li mill-inqas ikollhom:
(a) tlettax-il sena u meta l-impieg ikun għall-iskop li
jieħdu parti f’attivitajiet kulturali, artistiċi, sportivi,
ta’ riklamar jew edukattivi approvati mill-Ministru
responsabbli għall-edukazzjoni:
Iżda l-prinċipal għandu jippreżenta avviż bil-
miktub lid-Direttur qabel ma jimpjega dawn it-tfal u
għandu jimxi skond id-disposizzjonijiet tas-
subregolament (4);
jew li jkollhom:
(b) erbatax-il sena, jekk ikunu:
(i) qegħdin jaħdmu taħt skema li tlaqqa’ xogħol u
taħriġ jew skema ta’ esperjenza ta’ xogħol
f’impjant approvati mill-Ministru responsabbli
għall-edukazzjoni:
Iżda l-prinċipal għandu jippreżenta avviż bil-
miktub lid-Direttur qabel ma jimpjega lil dawk
it-tfal; jew
(ii) qegħdin jagħmlu xogħol ħafif minbarra dak
kopert mis-subregolamenti (2) u (3)(a):
Iżda l-prinċipal għandu jikseb
awtorizzazzjoni bil-miktub mingħand id-Direttur
qabel ma jimpjega lil dawk it-tfal.
(4) Meta joħroġ l-awtorizzazzjoni msemmija fis-subregolament
4 L.S.452.92 ħ IMPIEG TA’ ŻGĦAŻAGĦ
(2), u fil-każi msemmija fis-subregolament (3)(a), id-Direttur
jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, jagħmel dawk il-kondizzjonijiet
skond ma d-Direttur jidhirlu adatti fuq kull materja relatata mal-
kondizzjonijiet ta’ impieg ta’ tfal, inkluż fuq il-ħin tax-xogħol,
xogħol billejl, perjodi ta’ mistrieħ u waqfiet mix-xogħol, u għandu
jkun id-dmir ta’ kull prinċipal ta’ dawk it-tfal li jikkonforma ruħu
għalkollox ma’ dawk il-kondizzjonijiet:
Iżda taħt ebda ċirkostanza ma għandhom dawk il-
kondizzjonijiet ikunu inqas favorevoli mill-kondizzjonijiet ta’
xogħol applikabbli għal tfal imsemmija fis-subregolament (3)(b).
(5) L-awtorizzazzjoni mogħtija mid-Direttur imsemmija fis-
subregolament (2) u fis-subregolament (4) tista’ tiġi irtirata f’kull
ħin, u kull deċiżjoni meħuda mid-Direttur fuq kull materja relatata
ma’ l-impieg ta’ tfal u relatata mal-kondizzjonijiet ta’ l-impieg
f’dan ir-rigward għandha tkun waħda finali.
Ħin tax-xogħol. 4. (1) Il-ħin tax-xogħol għal xi tifel li hu awtorizzat li jaħdem
skond ir-regolament 3(3)(b) ma għandux jaqbeż dak li jidher fl-
Iskeda.
(2) Il-ħin tax-xogħol għal adolexxenti ma għandux jaqbeż
tmien sigħat kull jum u erbgħin siegħa kull ġimgħa.
(3) Kull ħin mgħoddi f’taħriġ minn persuna żagħżugħa li tkun
qed taħdem taħt skema teoretika u, jew prattika ta’ taħlita ta’
xogħol u taħriġ jew skema ta’ esperjenza fix-xogħol f’impjant,
għandu jgħodd bħala ħin tax-xogħol.
(4) (a) Meta persuna żagħżugħa tkun impjegata ma’ aktar
minn prinċipal wieħed, il-ġranet tax-xogħol u ħin tax-
xogħol għandhom ikunu kumulattivi u ma għandhomx
jaqbżu l-ġranet tax-xogħol u l-ħin tax-xogħol stabbiliti
minn dawn ir-regolamenti.
(b) Għandu jkun id-dmir tal-prinċipal li jikkontrolla jekk
persuna żagħżugħa tkunx qed tagħmel xogħol għal
prinċipal ieħor u li jikkontrolla l-ħin tax-xogħol f’xi
impieg ieħor.
(ċ) Jekk persuna żagħżugħa ikollha aktar minn impieg
wieħed, għandu jkun ukoll id-dmir tal-ġenitur, f’każ
ta’ impieg ta’ tifel, jew, fil-każ ta’ l-impieg ta’
adolexxent, id-dmir ta’ l-adolexxent, li jinforma lill-
prinċipal bis-sigħat ta’ xogħol li jkun qed jagħmel għal
prinċipal ieħor.
(d) Prinċipal ma għandux jippermetti persuna żagħżugħa li
tagħmel xi xorta ta’ xogħol f’ xi ġurnata li fiha dik il-
persuna żagħżugħa tkun għamlet xi xorta ta’ xogħol
għal xi prinċipal ieħor, sakemm il-ħin tax-xogħol
aggregat ma’ aktar minn prinċipal wieħed f’ dik il-
ġurnata ma jaqbiżx il-ħin totali li dik il-persuna
żagħżugħa tista’ taħdem skond il-liġi għal prinċipal
wieħed f’dik il-ġurnata skond dawn ir-regolamenti.
(5) Kull meta prinċipal jimpjega persuna żagħżugħa bi ksur
tas-sub-regolament preċedenti, il-prinċipal ikun ħati ta’ reat u l-
IMPIEG TA’ ŻGĦAŻAGĦ ġ L.S.452.92 5
persuna żagħżugħa, jekk tkun adolexxenti, jew il-ġenitur fil-każ ta’
tifel, tkun ukoll ħatja ta’ reat.
(6) Meta jinbdew proċedimenti kriminali kontra prinċipal għal
reat taħt dan ir-regolament, huwa jista’ jġib prova:
(a) li ma kienx jaf, u ma setgħax, lanqas li kieku indaga
b’mod raġonevoli, jkun jaf li l-impjegat kien għamel
xogħol għal xi prinċipal ieħor f’dik il-ġurnata li fir-
rigward tagħha jkunu saru l-proċeduri; jew
(b) li ma kienx jaf, u ma setgħax, lanqas li kieku ndaga
b’mod raġonevoli, ikun jaf, li l-aggregat tal-perjodi li
l-impjegat ħadem dik il-ġurnata qabżu l-perjodu li l-
impjegat seta’ skond il-liġi jaħdem f’dik il-ġurnata.
Xogħol ta’ billejl.
3(3)(b) ma għandu jaħdem bejn it-8 p.m. ta’ xi ġurnata u s-6 a.m.
tal-ġurnata ta’ wara.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijet tas-subregolamenti (3) u
(4), ebda adolexxent ma għandu jaħdem bejn l-10 p.m. ta’ xi
ġurnata u s-6 a.m. tal-ġurnata ta’ wara.
(3) Id-Direttur jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, u jekk ikun hemm
ċirkostanzi eċċezzjonali li jolqtu fergħa partikolari ta’ attività  jew
żona partikolari ta’ xogħol, jagħti awtorizzazzjoni li xogħol isir
minn adolexxenti f’żoni ta’ attività  speċifiċi waqt il-perjodi li
matulhom hu pprojbit xogħol ta’ billejl:
Iżda f’dawk il-każijiet:
(a) l-adolexxent għandu jkun taħt is-superviżjoni ta’
persuna adulta meta valutazzjoni tar-riskju magħmula
mill-prinċipal, għas-sodisfazzjon ta’ l-Awtorità  tas-
Saħħa u s-Sigurtà  fuq il-Post tax-Xogħol, tkun uriet li
dan hu meħtieġ għal raġunijiet ta’ saħħa u sigurtà ; u
(b) f’kull każ, ebda xogħol ma jista’ jsir bejn nofs il-lejl u
l-4 a.m.:
Kap. 327.
Izda wkoll adolexxent li jkun qed jattendi istituzzjoni
edukattiva approvata taħt l-Att dwar l-Edukazzjoni ma għandu
jingħata ebda xogħol bejn nofs il-lejl u s-6 a.m. f’ xi ġurnata tal-
ġimgħa matul il-perjodu li fih l-adolexxent ikun mistenni li jattendi
dik l-istituzzjoni edukattiva.
(4) Id-disposizzjonijiet tas-subregolament (2) li jipprojbixxu
xogħol billejl ma għandhomx japplikaw għal xogħol magħmul fis-
setturi li ġejjin, jekk ikun hemm raġunijiet oġġettivi biex dan ix-
xogħol isir billejl u sakemm jingħata mistrieħ adatt li jkun
jikkumpensa u jitħarsu l-prinċipji stipulati fir-regolament 1(2):
(a) setturi tat-tbaħħir jew tas-sajd;
(b) sptarijiet jew istituzzjonijiet simili;
(ċ) attivitajiet kulturali, artistiċi, sportivi jew ta’ riklamar.
Perjodi ta’ mistrieħ 
kull jum u fil-
ġimgħa.
6. (1) Tfal impjegati skond ma hemm fir-regolament 3(3)(b)
għandhom ikunu intitolati għal:
(a) perjodu ta’ mistrieħ minimu kull jum ta’ erbatax-il
6 L.S.452.92 ħ IMPIEG TA’ ŻGĦAŻAGĦ
siegħa konsekuttivi għal kull perijodu ta’ erbgħa u
għoxrin siegħa; u
(b) perjodu ta’ mistrieħ minimu fil-ġimgħa ta’ jumejn
konsekuttivi f’ġimgħa kalendarja, li ġurnata minnhom
tkun il-Ħadd.
(2) L-adolexxenti għandhom ikunu intitolati għal:
(a) perjodu ta’ mistrieħ minimu kull jum ta’ tnax-il siegħa
konsekuttivi għal kull perijodu ta’ erbgħa u għoxrin
siegħa; u
(b) perjodu ta’ mistrieħ minimu fil-ġimgħa ta’ jumejn
f’ġimgħa kalendarja, li possibilment ikunu
konsekuttivi, u li fil-prinċipju jkunu jinkludu l-Ħadd.
(3) Il-prinċipal jista’, f’ċirkostanzi eċċezzjonali u meta jkun
hekk ġustifikat minn raġunijiet tekniċi jew organizzattivi,
jippreżenta talba bil-miktub lid-Direttur għal awtorizzazzjoni biex
inaqqas il-perjodu ta’ mistrieħ minimu fil-ġimgħa msemmi fis-
subregolamenti (1) u (2), iżda dan ma jista’ jkun f’ebda ċirkostanza
inqas minn sitta u tletin siegħa konsekuttivi. Din l-awtorizzazzjoni
mid-Direttur għandha tingħata bil-miktub:
Iżda l-prinċipal għandu jagħti r-raġunijiet għaliex ikun
qiegħed jagħmel dik it-talba u jżomm kopja ta’ l-awtorizzazzjoni.
(4) Il-perjodi ta’ mistrieħ minimi msemmija f’dan ir-
regolament jistgħu jinqasmu fil-każ ta’ attivitajiet li jinvolvu
perjodi ta’ xogħol separati mifruxin fuq ġurnata waħda jew li ma
jkunux twal.
(5) Bla ħsara għal raġunijiet oġġettivi, id-disposizzjonijiet tas-
subregolament (2) ma għandhomx ikunu japplikaw għal xogħol
magħmul f’dawn is-setturi li ġejjin:
(a) tbaħħir jew sajd;
(b) sptarijiet u stabbilimenti simili;
(ċ) biedja;
(d) l-industrija tat-turiżmu, tal-lukandi u tal-catering;
(e) attivitajiet li jinvolvu perjodi ta’ xogħol maqsumin fuq
ġurnata waħda:
Iżda l-impjegat għandu jingħata ħin ta’ mistrieħ adatt li
jkun jikkumpensa, u għandhom jitħarsu l-finijiet ta’ dawn ir-
regolamenti mniżżlin fir-regolament 1(2).
Mistrieħ ta’ kull 
sena.
7. Tifel impjegat skond ma hemm fir- regolament 3(3)(b)
għandu jkollu minimu aggregat ta’ wieħed u għoxrin ġurnata ħielsa
mix-xogħol tul il-vaganzi ta’ l-iskola tiegħu.
Waqfiet. 8. (1) Prinċipal ma għandux jitlob jew jippermetti persuna
żagħżugħa li taħdem għal xi perjodu li jaqbeż erba’ sigħat u nofs
bla waqfien mhux interrott ta’ mill-inqas tletin minuta.
(2) Persuna żagħżugħa ma għandhiex tkun intitolata għal ħlas
fir-rigward tal-waqfien speċifikat fis-subregolament (1).
IMPIEG TA’ ŻGĦAŻAGĦ ġ L.S.452.92 7
Xogħol minn 
adolexxenti fil-każ 
ta’ forza maġġuri.
9. Prinċipal jista’ f’ċirkostanzi mhux tas-soltu u mhux
prevedibbli lil hinn mill-kontroll tal-prinċipal, jew riżultat ta’
avvenimenti eċċezzjonali li l-konsegwenzi tagħhom ma setgħux
ikunu evitati minkejja l-eżerċizzju ta’ kull attenzjoni dovuta,
jippermetti lil adolexxenti jagħmlu xogħol u jkunu eżenti mid-
disposizzjonijiet tar-regolamenti 4(2), 5(2), 6(2)(a) u 8:
Iżda:
(a) dan ix-xogħol għandu jkun ta’ natura temporanja u
għandu jsir immedjatament;
(b) ma għandux ikun hemm ħaddiema adulti biex jieħdu
post l-adolexxenti; u
(ċ) l-adolexxenti jistgħu jingħataw ħin ta’ mistrieħ
ekwivalenti b’ kumpens matul it-tliet ġimgħat li jiġu
wara.
Dmirijiet oħra tal-
prinċipal.
10. (1) Prinċipal li jimpjega persuna żagħżugħa għandu:
(a) qabel ma jimpjega lill-persuna żagħżugħa, jitlob li
jinġieb iċ-ċertifikat tat-twelid, jew kull prova
sodisfaċenti oħra li turi l-età  tal-persuna żagħżugħa;
(b) qabel ma jimpjega persuna żagħżugħa, jikseb il-
permess bil-miktub ta’ ġenitur tal-persuna żagħżugħa;
u
(ċ) iżomm reġistru, jew record sodisfaċenti ieħor, li jkun
jinkludi, fir-rigward ta’ kull persuna żagħżugħa
impjegata, id-dettalji li ġejjin:
(i) l-isem sħiħ;
(ii) id-data tat-twelid;
(iii) il-ħin li l-persuna żagħżugħa tkun tibda u
tispiċċa x-xogħol kull jum;
(iv) kull rata ta’ paga jew salarju dovuta lill-persuna
żagħżugħa għas-sigħat ta’ xogħol normali tiegħu
jew tagħha kull jum, ġimgħa, xahar jew sena,
skond il-każ; u
(v) l-ammont totali attwalment imħallas lil kull
persuna żagħżugħa bħala paga jew salarju.
(2) Kull prinċipal għandu jżomm, fil-post fejn persuna
żagħżugħa tkun impjegata, dawk ir-records li jkunu meħtieġa biex
juri li d-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti jkunu qegħdin
jitħarsu. Dawn ir-records għandhom jinżammu mill-prinċipal għal
mill-inqas tliet snin.
(3) Meta -
(a) jkun hemm kwistjoni bejn prinċipal u impjegat, jew
(b) ikun hemm taħrika l-qorti għal reat taħt dawn ir-
regolamenti,
u r-records meħtieġa li jinżammu minn prinċipal ma jkunux
disponibbli, minbarra li jkun ħati ta’ reat skond id-disposizzjonijiet
tas-subregolamenti (1) u (2), id-dmir li tinġieb prova li jkunu tħarsu
d-disposizzjonijiet ta’ xi regolament ieħor ikun fuq il-prinċipal.
8 L.S.452.92 ħ IMPIEG TA’ ŻGĦAŻAGĦ
Reati. 11. (1) Meta prinċipal jikser jew jonqos milli jħares xi waħda
mid-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti għandu jinsab ħati ta’
reat kontra l-Att.
(2) Meta ġenitur ta’ persuna żagħżugħa li jgħin jew iħajjar
prinċipal biex jikser xi disposizzjoni ta’ dawn ir-regolamenti, huwa
jkun ħati ta’ reat kontra l-Att.
(3) Persuna ħatja ta’ reat taħt dawn ir-regolamenti tista’, meta
tinsab ħatja, teħel multa ta’ mhux inqas minn mitejn u ħamsin lira
(Lm250) u multa oħra ta’ mhux inqas minn ħamsin lira (Lm50)
għal kull ġurnata li matulha jkompli r-reat wara li pesuna tkun
insabet ħatja:
Iżda reat taħt dan ir-regolament għandu jitqies li qed
ikompli sakemm il-ħati jkun ħares u kkonforma ruħu mad-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti li huwa jkun kiser.
Taħsir ta’ 
disposizzjonijiet 
inqas favorevoli.
12. Dawn ir-regolamenti jieħdu post kull disposizzjoni
rilevanti inqas favorevoli f’kull regolament, ordni jew leġislazzjoni
sussidjarja oħra magħmulin jew miżmumin fis-seħħ taħt l-Att, u
kull tali disposizzjoni rilevanti hija b’dan imħassra.
IMPIEG TA’ ŻGĦAŻAGĦ ġ L.S.452.92 9
SKEDA
Regolament 4(1): Ħin ta’ xogħol għal tifel
* Il-ħin tax-xogħol speċifikat għandu jkun mingħajr ebda preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’
dawn ir-regolamenti.
Deskrizzjoni tax-xogħol Età  (snin) Working time
(a) Regolament 3(3)(b)(i): xogħol
magħmul taħt skema kombinata ta’
xogħol u, jew taħriġ, jew skema ta’
esperjenza ta’ xogħol fl-impjant
innifsu:
14-16
Ħin ta’ xogħol tmien sigħat
kull jum u 40 siegħa fil-
ġimgħa;
(b) Regolament 3(3)(b)(ii): xogħol
ħafif magħmul matul iż-żmien ta’ l-
iskola barra mill-ħinijiet fissi ta’ l-
iskola:
14-16
sagħtejn f’ġurnata ta’ l-
iskola u 12-il siegħa fil-
ġimgħa;
Iżda l-ħin ta’ xogħol ta’
kuljum massimu għandu jkun:
14- sa 15
fuq 15-16
(a) seba’ sigħat kull jum;
(b) tmien sigħat kull jum;
(ċ) Regolament 3(3)(b)(ii): xogħol
ħafif magħmul matul perjodu ta’ mill-
inqas ġimgħa matul il-vaganzi ta’ l-
iskola:
14-sa 15
fuq 15-16
seba’ sigħat kull jum u 35
siegħa f’ġimgħa*;
tmien sigħat kull jum u 40
siegħa f’ġimgħa*.
