SUĠĠETTI TA’ L-EŻAMI GĦAL 
ASSISTENTI SPIŻJARA ġ L.S.458.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 458.01
REGOLAMENTI DWAR SUĠĠETTI TA’ 
L-EŻAMI GĦAL ASSISTENTI SPIŻJARA
17 ta’ Marzu, 1922
IN-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 60 ta’ l-1922.
Titolu.
Suġġetti ta’ l-Eżami għal Assistenti Spiżjara.
Suġġetti ta’ l-
eżami.
2. Is-suġġetti ta’ l-eżami għal assistenti spiżjara jkunu dawn
li ġejjin:
(a) l-ismijiet, il-kliem u l-indikazzjonijiet sempliċi bil-
Latin li soltu jintużaw fl-ispiżeriji; is-simboli diversi li
jintużaw fir-riċetti tat-tobba; it-tifsir tagħhom, l-użu
tagħhom u l-proporzjon bejniethom li għandu jkun
hemm fil-piż u fil-kapacità ;
(b) il-mediċini diversi tal-British Pharmacopoeia, u
rendikont eżatt, fi kliem tekniċi, ta’ l-apparenza, t-
togħma u r-riħa tagħhom; id-doża u l-inkompatibilità ;
(ċ) il-preparazzjoni uffiċjali ta’ dawn il-mediċini; il-
komposizzjoni, l-apparenza u d-doża tagħhom u l-
kwantitajiet proporzjonali ta’ l-ingredjenti fil-
preparazzjonijiet l-aktar importanti;
(d) sustanzi velenużi: l-ismijiet, karatteristiċi u dożi
perikulużi u l-antidoti tagħhom, jew il-miżuri li
għandhom jittieħdu f’każijiet ta’ avvelenament;
(e) riċetti tat-tobba: il-qari tagħhom u il-qis, l-użin u l-
komposizzjoni tal-mediċini, u kif jiġu mmarkati
b’kitba ċara u li tinqara.
