TARIFFA TA’ DRITTIJIET LI GĦANDHOM 
JITĦALLSU LIT-TOBBA KURANTI ġ L.S.458.02 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 458.02
ORDNI DWAR IT-TARIFFA TA’ DRITTIJIET LI 
GĦANDHOM JITĦALLSU LIT-TOBBA 
KURANTI
13 ta’ Diċembru, 1938
IN-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 486 ta’ l-1938, kif emendata: bl-
Ordinanza ta’ Emerġenza II ta’ l-1959; bl-Avviż Legali 1 ta’ l-1960; u bl-
Att XIII ta’ l-1983.
Titolu.
Drittijiet li għandhom jitħallsu lit-Tobba Kuranti.
Tariffa ta’ drittijiet.
kuranti għandha tkun skond l-Iskeda ta’ dan l-Ordni.
Emendata:
II. 1959.31;
A.L. 1 ta’ l-1960;
XIII. 1983.5.
SKEDA
(Artikolu 2)
Tariffa ta’ Drittijiet li għandhom jitħallsu lit-Tobba Kuranti
Lm ċ
1. Visti ordinarji, bin-nhar jew bil-lejl ........... .25
2. Visti meta t-tabib jissejjaħ b’urġenza, bejn
is-7 a.m. u d-9 p.m. ................................ .50
3. Visti meta t-tabib jissejjaħ b’urġenza. bejn
id-9 p.m. u s-7 a.m. ....................... minn
sa
.50
.75
4. Eżamijiet speċjali (ostetriku, ġinekoloġiku,
oftalmiku, laringoloġiku u eżamijiet oħra
bħal dawn) .................................... minn
sa 1
.25
.00
5. Konsulta bejn żewġ tobba jew aktar:
It-tabib kuranti ...................................
It-tabib imsejjaħ għall-konsulta ...........
1
3
.50
.00
6. Meta t-tabib jibqa’ jdur bil-marid għal mill-
anqas siegħa sħiħa barra l-vista, għal kull
siegħa jew parti ta’ siegħa,
bejn is-7 a.m. u d-9 p.m.
id-9 p.m. u s-7 a.m.
.50
.75
7. Eżami komplut ta’ persuna, meta meħtieġ
għal skop speċjali, u rapport bil-fomm
tar-riżultat
.............................................. 1 .00
2 L.S.458.02 ħ
TARIFFA TA’ DRITTIJIET LI GĦANDHOM 
JITĦALLSU LIT-TOBBA KURANTI
8. Eżami komplut ta’ persuna u rapport bil-
miktub tar-riżultat jew tal-kura meħtieġa,
meta dan l-eżami u dan ir-rapport huma
mitlubin b’mod speċjali ......................... 1 .50
iżda meta, wara talba speċjali, tiġi wkoll
eżaminata l-kundizzjoni mentali ta’
persuna ......................................... minn
sa
2
5
.00
.00
9. Injezzjoni ipodermika jew intra muskolari  .12, 5
10. Injezzjoni intravenuża ....................... minn
sa
.37,
.75
5
11. Trasfużjoni tad-demm inkluża l-għażla tad-
donant ........................................... minn
sa
5
7
.00
.00
12. Li ddaħħal katerer (kateteriżmu) fil-
bużżieqa ........................................ minn
sa 2
.25
.00
13. Ħjata tal-ġilda, ftuħ ta’ axxessi minn barra
taqla xi ħaġa li tidħol superfiċjalment fil-
ġisem, idewwi feriti jew ħruq u
operazzjonijiet oħra bħal dawn ...... minn
sa 2
.50
.00
14. Paraċentesi għal axxiti, jew għal idroċeli,
ipodermokliżi, sundar, ħasil u
medikazzjoni ta’ kavitajiet jew kanali u
operazzjonijiet oħra bħal dawn ...... minn
sa 3
.50
.00
15. Puntura lombari, paraċentesi tat-toraċi jew
tal-bużżieqa ta’ l-awrina u
operazzjonijiet oħra bħal dawn ...... minn
sa
1
3
.50
.00
16. Meta terġa’ ssir xi waħda mill-
operazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi
10, 12, 13, 14 u 15 inkluż matul il-kors
ta’ l-istess marda minn għand l-istess
tabib kuranti l-ħlas għal kull operazzjoni
wara dik ta’ l-ewwel għandu jkun ta’
nofs ir-rati msemmijin hawn fuq
rispettivament
17. Tilqim għal skopijiet ta’ immunizzazzjoni
inkluż iċ-ċertifikat ................................. .37, 5
18. Rbit ta’ vini jew arterji ...................... minn
sa
3
12
.00
.00
19. Trakeotomija (ftuħ tal-grieżem) ........ minn
sa
5
10
.00
.00
20. Tqegħid, faxxatura, jew tikkura b’kull mod
il-ksur u qlugħ tal-ġogi .................. minn
sa
1
10
.00
.00
21. Assistenza waqt ħlas jew abort .......... minn
sa
2
6
.00
.00
TARIFFA TA’ DRITTIJIET LI GĦANDHOM 
JITĦALLSU LIT-TOBBA KURANTI ġ L.S.458.02 3
22. Użu ta’ forċepi, jew taqla jew toħroġ il-fetu
(barra l-attendenza) ....................... minn 
sa
2
6
.00
.00
23. Kura kirurġika u inċiżjoni ta’ feriti
(Debridement) ............................... minn
sa
2
6
.00
.00
24. Qlugħ bl-idejn tal-plaċenta, meta t-tabib
ma jkunx assista waqt il-ħ1as ........ minn
sa
3
5
.00
.00
25. Kolpoperineorrafija wara l-ħlas, meta t-
tabib ma jkunx assista waqt il-ħlas
minn
sa
3
6
.00
.00
26. Curettage jew żvojtar ta’ l-utru ......... minn
sa
3
6
.00
.00
27. Ċesarja fuq mara ħajja, sezzjoni addominali
għal tqala barra l-utru jew għat-tiċrit ta’
l-utru ............................................. minn
sa
20
40
.00
.00
28. Ċesarja fuq mara mejta ..................... minn
sa
10
20
.00
.00
29. Tirxoxta t-tarbija malli titwieled meta t-
tabib ma kienx jassisti waqt il-ħlas ......... 3 .00
30. Ċertifikat li jiddikjara l-marda li biha
persuna hix jew m’hix kapaċi tmur għax-
xogħol tagħha, barra mid-dritt tal-vista .. .25
31. Ċertifikat ta’ offiżi fil-ġisem biex jiġi
ppreżentat fil-qorti ................................. 1 .00
32. Eżami kimiku kwalitattiv ta’ l-awrina ........ .25
33. Eżami mikoroskopiku ta’ l-awrina ............. .50
34. Tindif kirurġiku, tqegħid u trattament ieħor
essenzali ta’ fratturi miftuħa jew
dislokazzjonijiet ............................ minn
sa
10
30
.00
.00
35. Meta t-tabib jiġi msejjaħ biex jagħmel vista
barra mill-belt, sobborg jew raħal fejn
huwa joqgħod, għal kull mil jew biċċa
minn mil mil-limiti ta’ dik il-belt,
sobborg jew raħal sal-limiti tal-belt,
sobborg jew raħal fejn joqgħod il-marid,
għandha tiġi kkalkolata, barra mid-
drittijiet imsemmija f’din it-tariffa u l-
ispjjeż tat-trasport skond il-liġi, rata ta’ .. .12, 5
4 L.S.458.02 ħ
TARIFFA TA’ DRITTIJIET LI GĦANDHOM 
JITĦALLSU LIT-TOBBA KURANTI
36. Meta t-tabib jissejjaħ abbord ta’ vapur
sorġut f’wieħed mill-portijiet jew bajji
ta’ dawn il-Gżejjer, mad-drittijiet li
huma msemmija f’din it-tariffa u barra
mill-ispejjeż tat-trasport bid-dgħajsa,
għandhom jiżdiedu
bejn is-7 a.m. u d-9 p.m.
bejn id-9 p.m. u s-7 a.m.
1
2
.00
.00
37. Meta t-tabib joqgħod ’il barra mill-post li
jmiss mal-port jew bajja fejn ikun sorġut
il-bastiment, għandhom jitħallsu wkoll
ir-rati stabbiliti fil-paragrafu 35 għad-
distanza ta’ bejn id-dar tat-tabib u l-mol
jew xatt tal-port jew bajja fejn ikun
sorġut il-bastiment
38. Meta t-tabib jissejjaħ fuq vapur ’il barra
mill-port jew bajja f’dawn il-Gżejjer,
barra mill-ispejjeż tat-trasport bl-art u l-
baħar u d-drittijiet u ħlasijiet l-oħra
skond din it-tariffa, għandu jitħallas
ukoll dritt ta’ .......................................... 5 .00
39. Anestesija ġenerali ............................ minn
sa
1
5
.50
.00
40. Anestesija spinali (fis-sinsla tad-dahar) ..... 3 .00
41. Għal visti ta’ tnejn min-nies jew iżjed ta’
familja waħda li joqogħdu f’dar waħda
għandhom jitħallsu nofs id-drittijiet
stabbiliti taħt il-paragrafi 1, 2 u 3 għal
kull wieħed ’il fuq mill-ewwel wieħed
42. Ir-rati kif stabbiliti b’din it-tariffa huma
obbligatorji biss kemm-il darba ma jkunx
hemm ftehim minn qabel bejn it-tabib
kuranti u l-pazjent. F’dawk il-każijiet
fejn hemm stabbiliti l-inqas u l-akbar rati
ta’ ħlas, jekk jinċaħad l-ammont mitlub
mit-tabib kuranti, d-dritt jiġi ffissat mill-
Kunsill Mediku, li jqis ċ-ċirkostanzi
kollha tal-każ.
Id-drittijiet ta’ l-operazzjoni u servizzi oħra
li ma jidħlux f’din it-tariffa għandu
jintaxxahom il-Kunsill Mediku, skond
iċ-ċirkostanzi, kemm-il darba ma jkunx
hemm ftehim minn qabel.
Il-Kunsill Mediku jista’ wkoll jintaxxa
drittijiet ta’ ħlas għal rapporti
magħmulin minn tobba għal quddiem il-
qorti.
