QWIEBEL ġ L.S.458.04 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 458.04
REGOLAMENTI DWAR QWIEBEL
23 ta’ Ottubru, 1951
IN-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 505 ta’ l-1951.
Titolu.
Qwiebel.
Liċenza biex 
tagħmilha ta’ 
qabla.
2. Kull mara li għandha liċenza biex tagħmilha ta’ qabla,
qabel ma tagħmilha ta’ qabla jew qabel ma tibda taħdem ta’ qabla,
għandha tgħarraf bil-miktub li bi ħsiebha tagħmel hekk lit-Tabib
Prinċipali tal-Gvern, u għandha tgħarrfu wkoll kull meta tibdel l-
indirizz tagħha.
Ħwejjeġ li qabla 
għandu jkollha.
Kap. 464.
3. Skond ma titlob it-Taqsima IV ta’ l-Att dwar il-
Professjonijiet tas-Saħħa, kull qabla għandu jkollha borża jew
basket infurrat b’għażel li jista’ jinħasel u li jkun fih dawn il-
ħwejjeġ:
(a) strument għall-ħasil tal-vaġina;
(b) strument ieħor għal-lavativ;
(ċ) catheter, stetoskopju ta’ l-ostetriċja, termometru tad-
deni, imqass ta’ l-operazzjonijiet, imqass għaż-żokra u
żewġ pinzi ta’ l-arterji;
(d) pakketti siġillati u sterilizzati li jkun fihom it-tajjar,
garża asettika, u ħajt asettiku għall-irbit taż-żokra;
(e) flixkun bit-tapp tal-ħġieġ li jkun fih uqitejn liq.
ammon. fort.;
(f) tubu li jingħafas li jkun fih ungwent għad-
diżinfezzjoni bħal Dettol jew haġ’oħra magħrufa li
tiswa bħalu;
(g) kwantitajiet meħtiega ta’ duwa tajba għad-
diżinfezzjoni;
(h) mill-inqas żewġ fradal li jinħaslu u li jgħattu l-persuna
kollha u d-dirgħajn;
(i) xkupilja tad-dwiefer, strument għat-tindif tad-dwiefer
u sapuna;
(j) żewġ pari ingwanti tal-lastiku u żewġ maskri ta’
għamla approvata.
L-istrumenti u l-għodod imsemmija hawn fuq għandhom
ikunu ta’ għamla hekk li jkunu jistgħu jitnaddfu u jiġu sterilizzati
bla tbatija u għandhom dejjem jinżammu hekk li jistgħu jintużaw
f’kull ħin.
Malli tissejjaħ għal ħlas, il-qabla għandha tieħu magħha l-
borża jew il-basket bil-ħwejjeġ kollha ta’ ġo fihom.
Ħwejjeġ li 
jintlibsu.
4. Waqt il-ħlas il-qabla għandha tilbes libsa ta’ materjal li
jinħasel u minn fuqha fardal, kappun jew velu li jgħattilha
2 L.S.458.04 ħ QWIEBEL
xagħarha, ingwanti tal-lastiku u maskra kif imsemmi hawn fuq.
Meta jsejħula bħala qabla, hi għandha żżur il-mara f’darha biex
tagħtiha parir fuq dak kollu li jinħtieġ għall-ħlas sew fil-persuna
kemm fi ħwejjeġ oħra. Hija għandha tara li l-kamra tkun kemm
jista’ jkun fi stat iġjeniku u nadifa, u li l-bjankerija kollha tkun
nadifa.
Diżinfezzjoni ta’ l-
idejn.
5. Qabel ma tmiss il-partijiet ġenitali jew ħdejhom, il-qabla
għandha ta’ kull darba taħsel tajjeb u tiddiżinfetta idejha u
dirgħajha.
Meta jibda l-ħlas. 6. Meta jibda l-ħlas jew malli tasal fuq il-mara, il-qabla
għandha taħsel il-partijiet ġenitali ta’ barra tal-mara u madwarhom,
bis-sapun u bl-ilma fietel sterilizzat u tiddiżinfettahom b’soluzzjoni
antisettika. Din id-diżinfezzjoni għandha ssir ukoll -
(i) qabel ma jsir eżami tal-partijiet ta’ ġewwa;
(ii) wara l-ħlas;
(iii) qabel ma tgħaddi l-catheter; u
(iv) kull meta jinħtieġ, sakemm il-pazjenta tkun
għadha fis-sodda.
Biex tagħmel dan, il-qabla qatt ma għandha tinqeda bi
sponoż jew b’xi bċejjeċ tal-flanella ordinarji, imma biss b’tajjar
asettiku jew b’pannolini ndaf mgħaddsin f’soluzzjoni antisettika.
L-ebda ħasil tal-vaġina ma għandu jsir la qabel u l-anqas wara l-
ħlas, ħlief meta jordnah it-tabib.
Projbizzjoni ta’ 
injezzjonijiet.
7. Mingħajr l-ordni bil-miktub tat-tabib, l-ebda qabla ma
għandha jkollha duwa li tħaffef il-ħlas u ma għandhiex tagħmel
injezzjonijiet jew tagħti mediċini, ħlief xi purgant ħafif.
Diżinfezzjoni ta’ l-
istrumenti.
8. L-istrumenti kollha u l-għodod l-oħra għandhom ikunu
diżinfettati bit-togħlija qabel ma jintużaw.
Eżamijiet tal-
partijiet ta’ ġewwa.
9. Il-qabla ma għandhiex tagħmel eżami tal-partijiet ta’
ġewwa iktar milli jkunu tabilħaqq meħtiġin, u minn x’ħin jinfaqgħu
l-membrani sakemm jispiċċa l-ħlas il-qabla għandha tagħmel kemm
tista’ biex iżżomm l-omm mimduda. Għandha tosserva bir-reqqa
kif inhu sejjer il-ħlas u l-effetti tiegħu kemm fuq l-omm kemm fuq
il-fetu.
Projbizzjoni milli 
tħalli l-pazjenta.
10. Qabla li tkun fuq ħlas ma għandhiex tħalli l-omm mingħajr
ma tagħti l-indirizz fejn jistgħu jsibuha bla dewmien u għandha
tibqa’ ma’ l-omm mill-bidu tat-tieni perijodu (jiġifieri minn x’ħin
jibda r-rass) sa mill-inqas siegħa wara li toħroġ is-sekonda. F’dawk
il-każijiet meta jkun imsejjaħ it-tabib, il-qabla għandha tistenna
sakemm jasal u tagħmel bir-reqqa kollha dak li jgħidilha.
Eżami tas-sekonda. 11. Il-qabla għandha, f’kull ħlas, teżamina s-sekonda u l-
membrani qabel ma jintremew, u għandha tkun żgura li ma jkun
baqa’ l-ebda biċċa minnhom ġewwa. Meta jkun hemm xi dubju,
għandha żżommhom biex jeżaminahom it-tabib.
Ħasil tal-partijiet 
ġenitali ta’ barra.
12. Wara li l-qabla tkun rat li l-ġuf reġa’ għaqad sewwa, hija
għandha taħsel il-partijiet ġenitali ta’ barra skond kif hemm fir-
regolament 6, u mbagħad tinfaxxa ż-żaqq ta’ l-omm skond ma
titlob is-sengħa.
QWIEBEL ġ L.S.458.04 3
Tneħħija ta’ 
ħwejjeġ 
maħmuġin.
13. Il-qabla għandha ġġiegħel li jitneħħew il-ħwejjeġ
maħmuġin kollha, id-dmija, il-ħmieġ, l-urina u s-sekonda minn
ħdejn il-pazjenta u mill-kamra tagħha mill-aktar fis wara l-ħlas u
dejjem qabel ma hija toħroġ minn dar il-pazjenta.
Fetu bla sinjal ta’ 
ħajja.
14. Meta jinħeles fetu bla sinjal ta’ ħajja, il-qabla għandha
tipprova tirxuxtah skond it-tagħlim li tkun tgħallmet, issejjaħ
minnufih tabib, u tibqa’ tirsisti biex tirxuxtah sakemm jasal it-tabib
jew għal mhux anqas minn siegħa wara li l-fetu jkun wera l-aħħar
sinjal ta’ ħajja.
Ix-xfar ta’ l-
għajnejn u 
madwarhom 
għandhom 
jitnaddfu.
15. Malli tidher ir-ras tat-tarbija u, jekk jista’ jkun, qabel ma
din tiftaħ għajnejha, ix-xfar ta’ l-għajnejn u madwarhom għandhom
jitnaddfu sewwa b’soluzzjoni ħafifa ta’ l-aċidu boriku. Jekk l-
għajnejn tat-tarbija jiħmaru jew jidhru li huma rritati, jkun meta
jkun, il-qabla għandha tagħti parir lill-ġenituri u tinsisti biex
jissejjaħ tabib minnufih. Meta l-ġenituri ma jkunux iridu, il-qabla
għandha tgħarraf lit-tabib tas-sanità  u sadattant għandha tibqa’
taħsel ta’ sikwit l-għajnejn tat-tarbija.
Tarbija fil-periklu 
tal-mewt.
16. Malli titwieled tarbija li tkun fil-periklu tal-mewt, il-qabla
għandha tgħarraf lill-missier jew, jekk dan ma jkunx hemm, lil xi
ħadd mill-qraba tiegħu bl-istat tat-tarbija, u ġġiegħel li jissejjaħ
tabib mill-aktar fis.
Żjara lill-omm.
matul l-ewwel tmint ijiem wara l-ħlas, sabiex tieħu t-temperatura
ta’ l-omm, tistaqsiha dwar it-tisfija, fuq il-għaqda tal-ġuf, fuq kif
inhuma l-bużżieqa ta’ l-urina u l-imsaren, u in ġenerali biex tara kif
inhi sejra l-pazjenta wara l-ħlas.
Każijiet ta’ mard.
xi ħaġa barra mis-soltu waqt it-tqala, il-ħlas jew il-pwerperju,
jinħtieġ bilfors jissejjaħ tabib u l-qabla għandha tinsisti li jissejjaħ
jekk jgħajtulha jew jekk ikunu ġa għajtulha fuq il-każ. Il-qabla ma
tistax tattendi jew tibqa’ tattendi fuq każijiet bħal dawn ħlief skond
kif imexxiha tabib.
Dan jgħodd speċjalment -
(a) meta l-omm, waqt it-tqala, il-ħlas jew il-pwerperju,
tidher li ser tmut jew li mietet;
(b) kull meta, waqt it-tqala, jkun hemm xi komplikazzjoni
jew ħwejjeġ barra mis-soltu bħalma huma -
(i) dardir u riġettar qawwi;
(ii) korriment jew periklu ta’ korriment;
(iii) telf ta’ demm;
(iv) albumina fl-urina;
(v) qtugħ ta’ nifs;
(vi) nefħa ta’ l-idejn jew tal-wiċċ;
(vii) ħass ħażin jew konvulsjonijiet;
(viii) tisfija ta’ materja;
(ix) irritazzjoni tal-partijiet ġenitali;
(x) vini varikużi perikolużi;
(xi) mankament jew nuqqas ta’ kobor jew difetti oħra
4 L.S.458.04 ħ QWIEBEL
li juru nuqqas ta’ proporzjon bejn ir-ras tat-
tarbija u l-pelvi;
(ċ) kull meta, waqt il-ħlas, ikun hemm xi komplikazzjoni
jew ħwejjeġ barra mis-soltu, bħalma huma -
(i) ħass ħażin jew konvulsjonijiet;
(ii) tisfija ta’ materja;
(iii) irritazzjoni tal-partijiet ġenitali;
(iv) dmija żejda;
(v) preżentazzjoni ħażina;
(vi) preżentazzjoni mhux tar-ras;
(vii) meta ma jkunx hemm preżentazzjoni;
(viii) is-sekonda ma tkunx ħarġet għal kollox sagħtejn
wara t-twelid tat-tarbija;
(ix) it-tiċrit tal-perinew jew ħsara oħra tal-partijiet
ta’ madwar;
(x) ħlas ta’ aktar minn tarbija waħda;
(xi) jekk jgħaddu sagħtejn minn x’ħin jinfaqgħu l-
membrani u t-tarbija tkun għadha ma twelditx;
(d) kull meta, wara l-ħlas, ikun hemm xi komplikazzjoni
jew ħwejjeġ barra mis-soltu, bħalma huma -
(i) ħass ħażin jew konvulsjonijiet;
(ii) nefħa u sensittività  taż-żaqq;
(iii) tisfija tinten;
(iv) tkexkix bid-deni;
(v) jitla’ d-deni u jdum aktar minn erbgħa u għoxrin
siegħa, jew deni ta’ aktar minn 101°  F., fil-ħalq;
(vi) polz mgħaġġel u progressiv;
(vii) nefħa barra minn lokha tas-sider, flimkien ma’
sensittività  u wġigħ;
(viii) dmija qawwija jew għal żmien twil;
(ix) flebite;
(e) kull meta fit-tarbija tidher xi komplikazzjoni jew
ħwejjeġ barra mis-soltu, bħalma huma -
(i) jekk tweġġa’ waqt it-twelid;
(ii) jekk titwieled immankata jew magħtuba;
(iii) debbulizza sew f’tarbija li tkun ta’ żmienha
kemm f’tarbija mwielda qabel iż-żmien;
(iv) infjammazzjoni jew tisfija, imqar ħafifa, mill-
għajnejn;
(v) infjammazzjoni madwar jew dmija miż-żokra;
(vi) ponot jew ħmura tal-ġilda.
Kap. 464.
Dan ir-regolament ma jħollx il-qabla mid-dmir li ssejjaħ
tabib skond ma titlob it-Taqsima IV ta’ l-Att dwar il-Professjonijiet
tas-Saħħa.
QWIEBEL ġ L.S.458.04 5
Sengħa jew post li 
jistgħu jġibu xi 
tniġġiż.
19. Ebda qabla ma għandha taqbad sengħa jew xogħol, jew
toqgħod f’xi mkien li, fil-fehma tat-tabib tas-sanità , jistgħu, fihom
infushom, iġibu xi tniġġiż.
Tkeffin ta’ mejjet.
tgħin biex jitkeffnu l-mejtin.
Avviż lit-tabib tas-
sanità .
21. Il-qabla għandha bla telf ta’żmien tgħarraf lit-tabib tas-
sanità  f’dawn il-każi li ġejjin, jiġifieri:
(i) meta tkun marret fuq mara, kemm bħala pazjenta
u kemm le, li jkollha d-deni ta’ wara l-ħlas jew
xi deni ieħor li jista’ jħassbek f’infezzjoni;
(ii) meta hija nfisha jkollha xi infezzjoni.
F’kull każ bħal dan, kemm-il darba ma jeżentahiex it-tabib
tas-sanità , il-qabla għandha tieħu dawn il-prekawzjonijiet speċjali
kontra l-infezzjoni qabel ma tmur żżur mara oħra:
(i) għandha tiddiżinfetta ruħha, l-istrumenti u l-
għodod l-oħra u, meta jinħtieġ, id-dar fejn
toqgħod skond ma jidhirlu t-tabib tas-sanità ;
(ii) kemm-il darba t-tabib tas-sanità  ma jordnax
xort’oħra, hija għandha tgħalli l-ħwejjeġ ta’ l-
ilbies li jinħaslu u tibgħat il-ħwejjeġ ta’ l-ilbies
l-oħra kollha biex jiġu diżinfettati mill-Awtorità
Sanitarja.
Reġistru tal-
każijiet.
22. Kull qabla, kemm jekk tkun taħdem għar-rasha kif ukoll
jekk taħdem bi sħab jew f’xi istitut, għandha żżomm għaliha
reġistru tal-każijiet skond l-Iskeda li tinsab ma’ dawn ir-
Regolamenti.
Barra minn xi purgant ħafif, il-qabla għandha tniżżel fir-
reġistru tal-każijiet tagħha kull meta tagħti jew tapplika, jkun kif
ikun, xi mediċina, billi tikteb l-isem u d-doża tal-mediċina, il-ħin li
tatha jew applikatha, u l-isem tat-tabib li jkun ordnaha.
6 L.S.458.04 ħ QWIEBEL
SKEDA
S C H E D U L E
REĠISTRU TAL-KAŻIJIET
REGISTER OF CASES
Nru. tal-każ (kif imiss) ...............................................................
Serial No. of case
Meta tistenna li jkun il-ħlas ........................................................
Date of expected confinement
Isem it-tabib, jekk ikun hemm, li jiċċertifika t-tqala u d-data taċ-
ċertifikat, jekk ikun hemm ........................................................
Name of doctor, if any, certifying pregnancy and date of such
certificate, if any
Isem l-omm u fejn toqghod ......................................................... 
Name and address of patient
Għomor ................... 
Age
Kemm kellha .........................
Number of previous labours and miscarriages
Data u ħin meta l-qabla tasal fuq il-ħlas ..................
Date and hour of midwife’s arrival at confinement
Presentazzjoni ............................................................................
Presentation
Data u ħin tat-twelid tat-tarbija ..................................................
Date and hour of child’s birth
Tifel jew tifla ................ Jekk twiledx/twildetx ħaj/ħajja
jew mejjet/mejta ...............
Sex of childWhether born living or dead
Jekk hix tarbija ta’ żmienha, jew imwielda qabel iż-żmien ..........
Full time or premature
Numru ta’ ġimgħat ........................
Number of weeks
Isem it-tabib, jekk jissejjaħ ................................................
Name of doctor if called
Komplikazzjonijiet (jekk jinqalgħu) matul jew wara l-ħlas ..........
Complications (if any) during or after labour
Meta l-qabla tagħmel l-aħħar żjara ..............................................
Date of midwife’s last visit
L-istat ta’ l-omm dak in-nhar ......................................................
Condition of mother then
L-istat tat-tarbija dak in-nhar ......................................................
Condition of child then
Rimarki (*)............................................................................
Remarks (*)
QWIEBEL ġ L.S.458.04 7
NOTA: Jekk tkun tajt xi mediċina, barra minn xi purgant ħafif, 
NOTE: If any drugs, except a simple aperient, have been 
b’xi mod jew ieħor, għid hawnhekk l-isem u d-doża tal-
administered or applied in any way, state here the 
mediċina, il-ħin u l-għaliex tajtha u min ordna li tingħata.
name and dose of the drug, the time and cause of its
administration or application, and by whom prescribed.
