TARIFFA TA’ DRITTIJIET LI GĦANDHOM 
JITĦALLSU LILL-QWIEBEL ġ L.S.458.05 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 458.05
ORDNI DWAR IT-TARIFFA TA’ DRITTIJIET 
LI GĦANDHOM JITĦALLSU LILL-QWIEBEL
23 ta’ Lulju, 1954
IN-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 315 ta’ l-1954, kif emendata: bl-
Ordinanza ta’ Emerġenza II ta’ l-1959 u bl-Att XIII ta’ l-1983.
Titolu.
Drittijiet li għandhom jitħallsu lill-Qwiebel.
Tariffa ta’ drittijiet.
għandha tkun skond l-Iskeda ta’ dan l-Ordni.
Emendata:
II. 1959.31;
XIII. 1983.5.
SKEDA
(Artikolu 2)
Tariffa ta’ Drittijiet li għandhom jitħallsu lill-Qwiebel
Lm ċ
1. Viżta fuq talba tal-pazjenta, inkluż eżami tal-
pazjenta, djanjosi tat-tqala, preżentazzjoni
tal-fetu u eżami ta’ l-urina .......................... .37, 5
2. Viżti oħra wara fuq talba tal-pazjenta ............. .12, 5
3. Viżti għal sejħa urġenti
 bejn is-7 a.m. and 9 p.m.
 bejn id-9 p.m. and 7 a.m.
.20
.30
4. Meta l-viżta ddum iżjed minn siegħa, għal
kull siegħa addizzjonali jew parti minnha ... .07, 5
5. Eżami ta’ l-urina matul it-tqala ...................... .07, 5
6. Attendenza fil-ħlas għal mhux iżjed minn 3
siegħat ....................................................... 1 .50
7. Attendenza fil-ħlas għal mhux iżjed minn 3
siegħat, u 8 viżti matul l-ewwel ġimgħa tal-
pwerperju .................................................. 2 .50
8. Attendenza fil-ħlas għal perijodu itwal minn 3
siegħat, għal kull siegħa jew porzjoni
addizzjonali ta’ siegħa
 bejn is-7 a.m. and 9 p.m.
 bejn id-9 p.m. and 7 a.m.
.12,
.20
5
9. Kateterizzazzjoni tal-bużżieqa u irrigazzjoni
vaġinali meta ordnati mit-tabib matul l-
ewwel 8 ijiem tal-pwerperju jew wara abort  .12, 5
2 L.S.458.05 ħ
TARIFFA TA’ DRITTIJIET LI GĦANDHOM 
JITĦALLSU LILL-QWIEBEL
10. Kateterizzazzjoni tal-bużżieqa u irrigazzjoni
vaġinali, użu ta’ tampuni jew applikazzjoni
ta’ enema, meta ordnati mit-tabib wara l-
ewwel 8 ijiem tal-pwerperju ....................... .12, 5
11. Meta l-attendenza tal-qabla tkun meħtieġa
barra mill-belt, subborg jew raħal fejn tgħix
bid-dar, għal kull mil jew parti ta’ mil mil-
limiti ta’ dik il-belt, subborg jew raħal sal-
limiti tal-belt, subborg jew raħal fejn tgħix
bid-dar il-pazjenta, għandhom jitqiesu
addizzjonali għad-drittijiet stipulati f’din it-
tariffa u għall-ispejjeż tat-traġitt skond il-
liġi, rata ta’ ................................................ .05
12. Ir-rati kif stabbiliti b’din it-tariffa huma
obbligatorji biss meta ma jkunx sar ftehim
minn qabel bejn il-qabla u l-pazjenta. Id-
drittijiet għal servizzi li m’humiex inklużi
f’din it-tariffa għandhom ikunu stmati mill-
Kunsill Mediku, skond iċ-ċirkostanzi
kemm-il darba ma kienx sar ftehim minn
qabel.
